|
5.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61/11 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2013
li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li huma reżistenti għat-tfal biss jitqiegħdu fis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ novelty lighters
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 1089)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/113/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li huma reżistenti għat-tfal biss jitqiegħdu fis-suq u tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ novelty lighters |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li trażżan il-validità tad-Deċiżjoni sa perjodu li ma jaqbiżx sena, iżda tippermetti l-konferma ta’ perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom m’għandu jaqbeż sena. |
|
(3) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet estiża għal perjodi ta’ sena (1), l-ewwel permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta’ Mejju 2009, it-tielet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta’ Mejju 2010, ir-raba’ permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta’ Mejju 2011, il-ħames permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta’ Mejju 2012, u s-sitta permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta’ Mejju 2013. |
|
(4) |
Il-lajters li mhumiex reżistenti għat-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Attivitajiet imsaħħa għas-sorveljanza tas-suq, minn kampjunar immirat sa miżuri ristrettivi effettiv, għandhom ikomplu jnaqqsu l-preżenza tagħhom. |
|
(5) |
Fin-nuqqas ta’ miżuri sodisfaċenti oħra li jindirizzaw is-sikurezza tat-tfal fil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi estiża għal 12-il xahar oħra. |
|
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 jeħodlu postu dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2014.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2013 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.
(3) ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.
(4) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.
(5) ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.