|
10.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/59 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2010
tad-9 ta' Diċembru 2010
li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata dikjarazzjoni għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament u sakemm ma jkunux inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet li huma permessi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejjħa l-Awtorità. |
|
(3) |
Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandha tagħti opinjoni dwar id-dikjarazzjoni kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta' dikjarazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. |
|
(5) |
Wara applikazzjoni minn Laboratoire Vie et Santé mressqa fid-29 ta' Diċembru 2008 skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq dikjarazzjoni dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-Catalgine® bouffées de chaleur fuq it-tnaqqis fl-għadd ta' sħanat (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00852) (2). Id-dikjarazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “Tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-għadd ta' sħanat”. |
|
(6) |
Fit-13 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-Catalgine® bouffées de chaleur u l-effett iddikjarat. Għaldaqstant, billi d-dikjarazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(7) |
Id-dikjarazzjonijiet dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma soġġetti għall-miżuri ta' tranżizzjoni stipulati fl-Artikolu 28(5) ta' dak ir-Regolament biss jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fih, li fosthom għandhom ikunu konformi mar-Regolament. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni soġġetta għar-Regolament attwali, l-Awtorità kkonkludiet li l-ebda relazzjoni ta' kawża u effett ma ġiet stabbilita bejn il-konsum tal-ikel u l-effett iddikjarat u għaldaqstant hija mhijiex konformi mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u ma tistax tibbenefika mill-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 28(5) ta' dan ir-Regolament. Perjodu tranżitorju ta' sitt xhur huwa previst sabiex jgħin lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw irwieħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dikjarazzjoni dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta' dikjarazzjonijiet permessi stipulati fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Madankollu, tista’ tibqa’ tintuża għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(1):1422.
ANNESS
Dikjarazzjoni rrifjutata dwar is-saħħa
|
Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 |
Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta' ikel |
Dikjarazzjoni |
Referenza tal-opinjoni tal-EFSA |
|
L-Artikolu 13(5) tal-istqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta' dejta tad-detentur |
Catalgine® bouffées de chaleur |
Tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-għadd ta' sħanat |
Q-2009-00852 |