22.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/8


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati skont l-annotazzjoni 27 tal-Anness XVII tar-REACH)

2012/C 142/05

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

CEN

EN 1811:2011

Metodu ta' referenza ta' ttestjar għat-tisfija ta' nikil minn tagħmir magħmul minn diversi partijiet li jiddaħħal f'partijiet imtaqqbin tal-ġisem uman u artikoli maħsubin biex jiġu f'kuntatt dirett u fit-tul mal-ġilda

EN 1811:1998 + A1:2008

EN 1811:2011: L-istandard il-ġdid għandu kamp ta' applikazzjoni idjeq mill-istandard sostitwit. Fil-31 ta’ Marzu 2013, l-istandard sostitwit (parzjalment) jieqaf japplika fir-rigward tal-metodi ta' ttestjar għat-turija tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-restrizzjoni għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandard il-ġdid.

CEN

EN 12472:2005+A1:2009

Metodu għas-simulazzjoni ta' xedd u korrożjoni biex wieħed jinduna bit-tisfija ta' nikil minn oġġetti miżbugħin

EN 12472:2005

CEN

EN 16128:2011

Metodu ta' referenza ta' ttestjar għat-tisfija ta' nikil minn dawk il-partijiet ta' frejms ta' nuċċalijiet u nuċċalijiet tax-xemx maħsubin biex ikunu f'kuntatt mill-qrib u fit-tul mal-ġilda

EN 1811:1998 + A1:2008

EN 16128:2011: L-istandard il-ġdid jieħu post l-istandard sostitwit fl-istess metodi ta' ttestjar għat-turija tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-restrizzjoni fl-annotazzjoni 27 tal-Anness XVII tar-REACH sakemm jiġi żviluppat standard ġdid għall-frejmijiet tan-nuċċalijiet tal-vista u għan-nuċċalijiet tax-xemx.

NOTA:

—

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

—

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

—

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

—

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

—

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:

—

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811, Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu)

—

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871, Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

—

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200, Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu)