|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/848 |
15.3.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/848
tal-14 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b’effett mill-1 ta’ April 2024
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12, il-ħames paragrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jikkonsisti b’mod partikolari minn kontribuzzjoni tal-Unjoni u mill-miżati li jħallsu l-impriżi lil dik l-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn il-miżati. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-miżati jiġu riveduti u aġġornati b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2023 kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (3). Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni fl-2023 kienet ta’ 3,4 %. |
|
(3) |
Għall-fini tas-sempliċità, jenħtieġ li l-livelli aġġustati tal-miżati jiġu ttondjati għall-eqreb EUR 100. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 297/95 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2024. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95, l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2024. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u li jibda japplika minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, l-ammont “EUR 86 000” huwa sostitwit bl-ammont “EUR 88 900”; |
|
(3) |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, l-ammont “EUR 51 800” huwa sostitwit bl-ammont “EUR 53 600”; |
|
(5) |
l-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2024.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/297/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/726/oj).
(3) https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/18343103/2-17012024-AP-EN.pdf/9d885442-f323-cdde-e149-17ed99a63a6f.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/848/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)