<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑469/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0469</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:705">EU:C:2012:705</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121108">8.11.2012</DATE> – KAWŻA C-469/11 P</P><P>EVROPAÏKI DYNAMIKI vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda ta’ offerta magħmula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-469/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil-<DATE ISO="20110905">5 ta’ Settembru 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn N. Korogiannakis, dikigoros,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn E. Manhaeve u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, li qed taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, G. Arestis, J. Malenovský u T. von Danwitz (Relatur), imħallfin</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur:L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Evropäiki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Evropaïki Dynamiki<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Evropäiki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-409/09" PAGE.ECR="II-3765" YEAR="2011">T-409/09, Ġabra p. II-3765</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>digriet ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tiegħu l-imsemmija qorti ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li hija tallega li sofriet minħabba ċ-ċaħda ta’ offerta magħmula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-imsemmi Statut, jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fiż-żmien tal-preżentata tar-rikors:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-azzjonijiet kontra l-Unjoni f’materja ta’ responsabbillta non-kontrattwali jiġu preskritti b’ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Il-preskrizzjoni tiġi nterrotta kemm bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll bit-talba qabel il-preżentata li tista’ tagħmel il-parti leża lill-istituzzjonijiet kompetenti ta’ l-Unjoni. F’dan l-aħħar każ, ir-rikors għandu jiġi preżentat fit-terminu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 263 [TFUE]; japplikaw meta jkun il-każ, rispettivament id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikoli 265 [TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>It-termini tal-proċedura għandhom jiżdiedu darba b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>F’Mejju 2004, Evropaïki Dynamiki ppreżentat offerta fir-rigward ta’ sejħa għal offerti tal-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, Evropaïki Dynamiki rċeviet ittra mingħand il-Kummissjoni, li kellha d-data ta’ dak l-istess jum, li permezz tagħha din tal-aħħar informatha li l-offerta tagħha ma kinitx intgħażlet, filwaqt li ppreċiżat li l-motivi ta’ din iċ-ċaħda kienu jirrigwardaw il-kompożizzjoni u l-istabbiltà tat-tim, il-proċeduri proposti għat-trasferiment tal-għarfien fi tmiem il-proġett, kif ukoll il-fatt li l-offerta ma kinitx l-aħjar waħda f’termini ta’ kwalità u prezz. Hija indikat ukoll li Evropaïki Dynamiki setgħet titlob bil-miktub għal informazzjoni addizzjonali dwar il-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20041022">22 ta’ Ottubru 2004</DATE>, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Evropaïki Dynamiki, ipprovdiet xi informazzjoni addizzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Evropaïki Dynamiki ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni li għandha l-istess data, li tiċħad l-offerta tagħha u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni<?PAGE NO="3"?> (T-465/04), il-Qorti Ġenerali annullat din id-deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Hija kkunsidrat li kemm mill-imsemmija deċiżjoni kif ukoll, b’mod partikolari, mill-ittri sussegwenti, ma kinux jirriżultaw b’mod ċar ir-raġunijiet taċ-ċaħda tal-offerta ta’ Evropaïki Dynamiki.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, Evropaïki Dynamiki ppreżentat, permezz ta’ faks, rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li hija tallega li sofriet minħabba ċ-ċaħda illegali tal-offerta tagħha li kien jikkonsisti fil-profitt gross li hija setgħet tikseb mill-kuntratt li kieku dan ingħatalha. Barra minn hekk, hija talbet kumpens għat-telf ta’ opportunità, sa fejn hija sofriet dannu minħabba t-telf tal-opportunità kemm li teżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni kif ukoll li tingħata kuntratti oħra, b’mod partikolari l-kuntratt mogħti lill-offerent li rebaħ l-ewwel kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-pakkett bir-rikors oriġinali ffirmat, kif ukoll il-kopji u l-annessi tiegħu, intbagħtu fit-<DATE ISO="20091003">3 ta’ Ottubru 2009</DATE>, permezz ta’ servizz ta’ tqassim tal-posta.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali avża lill-avukati tar-rikorrenti li l-pakkett li kien fih l-oriġinali kien għadu ma wasalx. Kopja tad-dokumenti nieqsa u oriġinal ġdid iffirmat tar-rikors ġew ippreżentati fir-Reġistru fl-istess jum</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali informa lil-Evropaïki Dynamiki li l-oriġinali l-ġdid tar-rikors, ippreżentat fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, kien differenti mill-kopja tiegħu li ntbagħtet bil-faks fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>. Għalhekk, skont l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, id-data tal-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> tqieset bħala d-data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara dan, permezz ta’ żewġ ittri Evropaïki Dynamiki esponiet kemm ir-raġunijiet li għalihom l-oriġinal tar-rikors ma kienx wasal fit-termini previsti kif ukoll iċ-ċirkustanzi tat-telf tal-pakkett min-naħa tal-kumpannija li kienet ġiet inkarigata mis-servizz ta’ tqassim tal-posta. Barra minn dan, hija talbet lill-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi li dan kien każ ta’ forza maġġuri u li tikkunsidra li d-data tal-preżentata tal-oriġinal tar-rikors kienet il-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE> u mhux il-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’Diċembru 2009, Evropaïki Dynamiki ġiet infurmata mill-kumpannija tat-tqassim tal-posta li hija kienet użat li l-pakkett nieqes ma nstabx.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali l-Kummissjoni invokat eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà abbażi tal-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali peress li t-talba għal kumpens hija preskritta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-digriet ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-ewwel nett, permezz tad-digriet ikkontestat il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri minn meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti ġiet ikkomunikata lil din tal-aħħar, jiġifieri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li hija ċ-ċaħda tal-offerta, u mhux il-motivazzjoni ta’ din iċ-ċaħda, li kienet tikkostitwixxi l-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u li timmaterjalizza d-danni allegatament sofruti mill-offerent mhux magħżul. Għalkemm, ċertament, il-punti 44, 45 u 48 tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050914">14 ta’ Settembru 2005</DATE>, Ehcon vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-140/04" PAGE.ECR="II-3287" YEAR="2005">T-140/04, Ġabra p. II-3287</REF.DOC.ECR>), jistgħu jinqraw, kif sostniet ir-rikorrenti, li jfissru l-oppost, madankollu dawn ma jistgħux jikkonfutaw din is-soluzzjoni, peress li dawn għandhom jinqraw fil-kuntest tagħhom u skont l-ordni loġika tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni jitwaqqaf milli jibda jiddekorri sakemm il-parti allegatament leża tkun personalment konvinta li ġarrbet dannu, dan ikollu l-konsegwenza li jvarja l-mument tal-estinzjoni tal-imsemmija azzjoni skont il-perċezzjoni individwali li kull parti jista’ jkollha tar-realtà tad-dannu, u dan imur kontra l-eżiġenza taċ-ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu barra minn hekk jiġi osservat li minn ittra li r-rikorrenti bagħtet lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li din kienet tqis li l-aġir illegali tal-Kummissjoni deher sa minn meta ntbagħtet l-ittra tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> li kkomunikat iċ-ċaħda tal-offerta, peress li din impliċitament bdiet id-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni sa minn din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalhekk, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin skada fil-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-terminu ta’ preskrizzjoni ma kienx estiż mit-terminu għal raġuni ta’ distanza previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Dan it-terminu jikkonċerna biss it-termini tal-proċedura u mhux it-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-mogħdija tiegħu twassal għall-estinzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20020111">11 ta’ Jannar 2002</DATE>, Biret u Cie vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-210/00" PAGE.ECR="II-47" YEAR="2002">T-210/00, Ġabra p. II-47</REF.DOC.ECR>, punti 19 u 45, u tal-<DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-28/03" PAGE.ECR="II-1357" YEAR="2005">T-28/03, Ġabra p. II-1357</REF.DOC.ECR>, punt 74, kif ukoll id-digrieti tal-Qorti Ġenerali, tad-<DATE ISO="20080519">19 ta’ Mejju 2008</DATE>, Transport Schiocchet – Excursions vs Il-Kummissjoni, T-220/07, punti 15 u 35, u tas-<DATE ISO="20091216">16 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Cattin vs Il-Kummissjoni, T-194/08, punti 61 u 65].</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ tipi ta’ termini huma, min-natura tagħhom stess, differenti u dan jista’ jiġi dedott mill-ġurisprudenza. It-termini tal-proċedura, bħalma huma t-termini ta’ ordni pubbliku u ma humiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-qorti. Min-naħa l-oħra, il-qorti ma tistax tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motiv ibbażat fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà. Barra minn hekk, l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jagħmilx distinzjoni, sabiex jiġi kkalkulat it-terminu ta’ preskrizzjoni, skont jekk il-kawża tal-interruzzjoni ta’ dan it-terminu tirriżultax mill-preżentata ta’ rikors jew mill-preżentata ta’ talba minn qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, l-applikazzjoni tat-terminu tal-proċedura previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandha bħala konsegwenza li l-preskrizzjoni tinkiseb wara perijodu differenti, skont jekk il-vittma tkunx għażlet li tindirizza direttament lill-qorti Komunitarja jew, minn qabel, lill-istituzzjoni kompetenti. Differenza bħal din, li ma hijiex prevista fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, twassal sabiex l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tkun tiddependi minn fattur li ma huwiex oġġettiv u jkollha wkoll bħala konsegwenza li tiffavorixxi r-riżoluzzjoni tat-tilwim permezz tal-litigazzjoni iktar milli t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet amikevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-fatt li fis-sentenza tal-<DATE ISO="19950914">14 ta’ Settembru 1995</DATE>, Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-571/93" PAGE.ECR="II-2379" YEAR="1995">T-571/93, Ġabra p. II-2379</REF.DOC.ECR>, punt 26), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fil-kuntest ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet kontra l-Unjoni fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-terminu għal raġuni ta’ distanza, ma jikkonfutax din il-konklużjoni peress li din is-sentenza baqgħet każ iżolat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, abbażi ta’ dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa quddiemha kienet preskritta, f’dak li jikkonċerna ż-żewġ danni allegati, peress li din ġiet ippreżentata iktar minn ħames snin wara li seħħew il-fatti li taw lok għaliha, fis-sens tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra mressqa mill-partijiet, inkluż dak ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevedibbli jew ta’ każ ta’ forza maġġuri.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għall-kumpens għad-dannu li rriżulta mit-telf ta’ opportunità li tikseb il-kuntratti segwenti, il-Qorti Ġenerali qieset li din hija manifestament infondata, mingħajr l-ebda bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Evropaïki Dynamiki titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>Tiċħad fit-totalità tagħha l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha fuq il-mertu, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha inkorsi matul iż-żewġ istanzi, anki jekk l-appell jiġi miċħud.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tal-Appell tagħha Evropaïki Dynamiki tqajjem erba’ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali. L-ewwel u r-raba’ aggravji huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata rispettivament tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, moqri flimkien mal-imsemmi Artikolu 46. It-tieni u t-tielet aggravji huma bbażati fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, li għandu jiġi eżaminat l-ewwel, Evropaïki Dynamiki ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri sa minn meta d-deċiżjoni li tiċħad l-offerta tagħha kienet ġiet ikkomunikata lilha, jiġifieri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. Bil-kontra ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat, fis-sentenza Ehcon vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, l-istess qorti kienet ikkunsidrat li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri sa minn meta l-offerent isir effettivament jaf il-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tiegħu. Skont Evropaïki Dynamiki, offerent jista’ jevalwa l-legalità tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt biss minn meta jiġu kkomunikati lilu l-motivi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kien biss bejn l-20 ta’ Ottubru u t-<DATE ISO="20041023">23 ta’ Ottubru 2004</DATE> li hija rċeviet il-motivi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, b’tali mod li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri fit-<DATE ISO="20041023">23 ta’ Ottubru 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. Kif jirriżulta mid-diġriet appellat, Evropaïki Dynamiki impliċitament ammettiet li din id-data kienet il-bidu tad-dekorrenza ta’ dan it-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-analiżi tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-bidu tad-dekorrenza tal-imsemmi terminu hija, f’kull każ, korretta.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-azzjonijiet kontra l-Unjoni f’materja ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali jiġu preskritti b’ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>It-terminu ta’ preskrizzjoni hekk kif previst f’din id-dispożizzjoni ġie ddeterminat bit-teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, taż-żmien neċessarju għall-parti allegatament leża sabiex tiġbor l-informazzjoni xierqa għal rikors eventwali u sabiex tivverifika l-fatti li jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ dan ir-rikors (digriet tat-<DATE ISO="20020718">18 ta’ Lulju 2002</DATE>, Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/01 P" PAGE.ECR="I-6565" YEAR="2002">C-136/01 P, Ġabra p. I-6565</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, dan it-terminu jibda jiddekorri meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti li għalihom huwa suġġett l-obbligu ta’ kumpens u, b’mod partikolari, meta jimmaterjalizza ruħu d-dannu li jrid jiġi kkumpensat [sentenzi, tas-<DATE ISO="19820127">27 ta’ Jannar 1982</DATE>, Birra Wührer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="256/80+257/80+265/80+267/80+5/81" PAGE.ECR="85" YEAR="1982">256/80, 257/80, 265/80, 267/80 u 5/81, Ġabra p. 85</REF.DOC.ECR>, punt 10, tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/05 P" PAGE.ECR="I-2941" YEAR="2007">C-282/05 P, Ġabra p. I-2941</REF.DOC.ECR>, punt 29, kif ukoll tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/05 P" PAGE.ECR="I-5341" YEAR="2008">C-51/05 P, Ġabra p. I-5341</REF.DOC.ECR>, punt 54].</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preskrizzjoni ma tistax tiġi invokata kontra vittma li sofriet danni u li saret taf biss tard wisq bil-fatt li ta lok għal dawn id-danni u għalhekk ma setgħetx ikollha żmien raġonevoli biex tippreżenta r-rikors jew it-talba tagħha qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ preskrizzjoni (sentenza tas-<DATE ISO="19851107">7 ta’ Novembru 1985</DATE>, Adams vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="145/83" PAGE.ECR="3539" YEAR="1985">145/83, Ġabra p. 3539</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rekwiżiti li huwa suġġett għalihom l-obbligu ta’ kumpens għad-danni previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u, għaldaqstant, ir-regoli ta’ preskrizzjoni li jirregolaw l-azzjonijiet intiżi għall-kumpens tal-imsemmija danni, jistgħu jkunu bbażati biss fuq kriterji strettament oġġettivi (sentenza Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, għarfien preċiż tal-fatti tal-kawża ma jinsabx fost l-elementi li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni (digriet Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punt 31, u s-sentenza Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61). Barra minn hekk, l-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu mill-vittma ta’ dan id-dannu ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità (sentenza Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.)</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ tilwimiet li joriġinaw minn atti individwali, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri minn meta d-deċiżjoni pproduċiet l-effetti tagħha fir-rigward tal-persuni kkonċernati minnha [sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30, u tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Transports Schiocchet - Excursions vs Il-Kummissjoni, C-335/08 P, punt 33].</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba għal kumpens ta’ Evropaïki Dynamiki hija bbażata fuq iċ-ċaħda tal-offerta li hija għamlet għal sejħa għal offerti tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’tali każ, kif il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat fid-digriet appellat, mingħajr ma ġiet ikkontestata minn Evropaïki Dynamiki, id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tiċħad l-offerta magħmula tikkostitwixxi l-fatt li ta’ lok għad-dannu li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ din l-awtorità. L-effetti dannużi ta’ tali deċiżjoni jirriżultaw, fir-rigward tal-offerent ikkonċernat, sa minn meta l-offerta tiegħu tiġi miċħuda. Għalhekk, huwa l-fatt li l-offerent isir jaf b’tali deċiżjoni li għandu, bħala prinċipju, jiġi kkunsidrat bħala li jibda d-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni u mhux il-fatt li huwa jsir jaf bil-motivazzjoni tal-istess deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-konstatazzjonijiet esposti fil-punti 36 u 37 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkunsidrat li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri mill-jum ta’ meta Evropaïki Dynamiki rċeviet l-ittra tal-Kummissjoni li permezz tagħha din tal-aħħar informatha li l-offerta tagħha ma kinitx intgħażlet, jiġifieri l-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. F’dan ir-rigward, il-fatt li r-rikorrenti rċeviet, f’data ulterjuri, informazzjoni addizzjonali dwar il-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tagħha ma huwiex rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, lanqas ma huwa rilevanti l-fatt li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> ġiet annullata, fl-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Huwa fil-fatt irrilevanti, sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni, li l-aġir illegali tal-Unjoni jkun ġie kkonstatat b’deċiżjoni ġudizzjarja [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31].</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’kull każ, Evropaïki Dynamiki ma sostnietx li hija ma setgħetx ikollha żmien raġonevoli biex tippreżenta r-rikors jew it-talba tagħha qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ preskrizzjoni minħabba l-fatt li dan it-terminu beda jiddekorri minn meta hija saret taf bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tagħha jew saħansitra minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi deċiż li l-Qorti Ġenerali kienet iġġustifikata meta ddeċidiet li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri mill-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> u r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Evropaïki Dynamiki ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li jipprovdi terminu għal raġuni ta’ distanza, ma japplikax għat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tqis li t-terminu għal raġuni ta’ distanza japplika għat-termini kollha għall-preżentata ta’ rikorsi jew għall-produzzjoni ta’ atti proċedurali. Id-distinzjoni li l-Qorti Ġenerali għamlet bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>terminu tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>terminu ta’ preskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> la hija sostnuta mill-kliem ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas mill-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li l-Qorti Ġenerali ċċitat insostenn tat-teżi tagħha li tgħid li l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma japplikax għat-terminu ta’ preskrizzjoni, tikkonċerna unikament it-termini tal-proċedura u mhux it-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Bil-kontra ta’ dan, fil-punt 26 tas-sentenza Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet espliċitament li l-Artikoli 101 sa 103 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali japplikaw fir-rigward ta’ kawżi fil-qasam ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali u għalhekk għat-terminu ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat li t-terminu għal raġuni ta’ distanza ma huwiex applikabbli għat-terminu ta’ preskrizzjoni, peress li dan huwa ta’ natura <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>. Kemm il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-Qorti Ġenerali ddeċidew li rikors għad-danni huwa preskritt meta jiġi introdott ħames snin wara d-data ta’ meta seħħ id-dannu. Is-sentenza Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma taqbilx mal-ġurisprudenza ulterjuri u ma tistax tiġi invokata minħabba l-fatt li din ma titrattax espliċitament il-kwistjoni dwar jekk it-terminu għal raġuni ta’ distanza kienx applikabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, it-terminu għal raġuni ta’ distanza japplika għat-termini tal-proċedura u huwa intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li magħhom jistgħu jiltaqgħu l-partijiet minħabba d-distanza li, ftit jew wisq, tifridhom mis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19940615">15 ta’ Ġunju 1994</DATE>, Il-Kummissjoni vs BASF <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/92 P" PAGE.ECR="I-2555" YEAR="1994">C-137/92 P, Ġabra p. I-2555</REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>It-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jikkostitwixxix, madankollu, terminu tal-proċedura. Dawn iż-żewġ termini huma, min-natura tagħhom stess u kif ġustament ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>It-termini tal-proċedura ġew stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, iċ-ċarezza kif ukoll iċ-ċertezza ta’ sitwazzjonijiet legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, Moussis vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="227/83" PAGE.ECR="3133" YEAR="1984">227/83, Ġabra p. 3133</REF.DOC.ECR>, punt 12, kif ukoll tas-<DATE ISO="19860507">7 ta’ Mejju 1986</DATE>, Barcella <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="191/84" PAGE.ECR="1541" YEAR="1986">191/84, Ġabra p. 1541</REF.DOC.ECR>, punt 12). Għalhekk, b’mod partikolari, it-termini għall-preżentata ta’ rikors, bħal dak previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u t-terminu għall-preżentata ta’ appell, bħal dak previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma intiżi li jiżguraw li d-deċiżjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji jiksbu karattru definittiv, u għalhekk sabiex jipproteġu interessi pubbliċi. Konsegwentement, it-termini tal-proċedura huma ta’ ordni pubblika u għalhekk la huma għad-dispożizzjoni tal-partijiet u lanqas għal dik tal-qorti, peress li l-osservanza tagħhom għandha tiġi eżaminata <HT TYPE="ITALIC">ex offici</HT> mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, Coen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/95" PAGE.ECR="I-403" YEAR="1997">C-246/95, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-osservanza tat-termini ta’ preskrizzjoni ma tistax tiġi eżaminata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-Unjoni iżda għandha titqajjem mill-parti kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19890530">30 ta’ Mejju 1989</DATE>, Roquette frères vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="20/88" PAGE.ECR="1553" YEAR="1989">20/88, Ġabra p. 1553</REF.DOC.ECR>, punt 12).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’kuntrast mat-termini tal-proċedura, it-terminu ta’ preskrizzjoni inkwistjoni, peress li jinvolvi l-estinzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja, huwa relatat mad-dritt sostantiv peress li dan jaffettwa l-eżerċizzju ta’ dritt suġġettiv li l-persuna kkonċernata ma tistax iktar tinvoka quddiem qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-funzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija b’mod partikolari dik li, minn naħa, tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuna leża, peress li din għandu jkollha biżżejjed żmien sabiex tiġbor informazzjoni xierqa fid-dawl ta’ eventwali rikors, u, min-naħa l-oħra, li tevita li l-persuna leża tkun tista’ ddewwemm b’mod indefinit l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għad-danni. Għalhekk dan it-terminu jipproteġi, fl-aħħar mill-aħħar, lill-persuna leża u lill-persuna responsabbli għad-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, il-preskrizzjoni hija eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li, b’kuntrast mat-termini tal-proċedura, ma hijiex ta’ ordni pubbliku iżda ttemm l-azzjoni għal responsabbiltà biss fuq talba tal-konvenuta.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jiddetermina, fl-ewwel sentenza tiegħu, it-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni. Fit-tieni sentenza tagħha din id-dispożizzjoni tipprovdi l-avvenimenti li jwasslu għall-interruzzjoni tal-imsemmi terminu, jiġifieri rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja intiż li jikkontesta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, jew talba minn qabel indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti tal-Unjoni. Għalkemm huwa ċertament minnu li din it-tieni sentenza tindika l-effetti proċedurali tal-avvenimenti elenkati fiha li jinterrompu l-preskrizzjoni, li fosthom hemm, b’mod partikolari, att proċedurali, madankollu din ma hijiex intiża li timponi fuq il-parti leża terminu għall-preżentata ta’ rikors u għalhekk terminu tal-proċedura, peress li<?PAGE NO="9"?> din tal-aħħar tista’ wkoll tinterrompi t-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ talba minn qabel indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, il-kalkolu tat-terminu ta’ preskrizzjoni jista’ jkun ibbażat biss fuq kriterji strettament oġġettivi u ma jistax ikun, kif ġustament ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, differenti skont jekk l-interruzzjoni ta’ dan it-terminu tkunx ir-riżultat tal-preżentata ta’ rikors jew ta’ preżentazzjoni ta’ talba minn qabel. Il-konsegwenza tal-applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza għat-terminu ta’ preskrizzjoni tkun li l-preskrizzjoni tinkiseb wara żmien differenti skont jekk il-parti leża tkunx għażlet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali jew li tindirizza, permezz ta’ talba minn qabel, lill-istituzzjoni kompetenti tal-Unjoni, u dan ikun imur kontra r-rekwiżit ta’ ċertezza legali neċessarju għall-applikazzjoni tat-termini ta’ preskrizzjoni (sentenza Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effett li jista’ jkollu l-punt 26 tas-sentenza Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq u invokata minn Evropaïki Dynamiki insostenn tal-ewwel aggravju tagħha, għandu jiġi osservat li għalkemm f’din is-sentenza ġie applikat it-terminu għal raġuni ta’ distanza sabiex tinkiseb il-konklużjoni li r-rikors inkwistjoni kien ammissibbli, madankollu din l-applikazzjoni ma kinitx akkumpanjata minn xi motivazzjoni li tista’ tinfluwenza l-evalwazzjoni esposta iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li ma jidhirx li t-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa paragunabbli għal dak tat-termini relatati mal-preżentata ta’ rikors jew ta’ appell, b’tali mod li ma jistax jiġi sostnut li l-applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza għal dan it-terminu ta’ preskrizzjoni hija neċessarja sabiex tiġi żgurata t-tgawdija effettiva tad-dritt għad-danni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma japplikax għat-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet aggravji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet aggravji tagħaha, Evropaïki Dynamiki ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi kkunsidrat li l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma japplikax għall-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Sakemm l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jibqa fis-seħħ, il-Qorti Ġenerali tibqa marbuta li tapplikah b’mod uniformi. Għalkemm illum il-ġurnata d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-individwi jew l-Istati Membri sabiex jirrispettaw it-termini huma kunsiderevolment iżgħar milli kienu fiż-żmien ta’ meta ġie stabbilit it-terminu għal raġuni ta’ distanza, madankollu t-tneħħija tat-terminu għal raġuni ta’ distanza tkun tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-partijiet u l-avukati stabbiliti fil-Lussemburgu u dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li r-relazzjoni bejn l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 102 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma hijiex ippreċiżata fit-testi proċedurali inkwistjoni, bdil fl-applikazzjoni tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura jista’ jsir biss permezz ta’ emenda tar-Regoli tal-Proċedura, u mhux permezz ta’ digriet interpretattiv tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni dawn l-aggravji huma infondati fid-dawl tal-argumenti mqajma fir-rigward tal-ewwel aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet aggravji tagħha, Evropaïki Dynamiki essenzjalment tipprova turi li l-Qorti Ġenerali kellha tapplika, f’dan il-każ, it-terminu għal raġuni ta’ distanza previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-applikabbiltà, f’dan il-każ, tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tiddependi, skont kif ikkonstatat fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, biss fuq il-kwistjoni ta’ jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandux jew le jiġi kklassifikat bħala terminu tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont dak li ġie kkonstatat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, it-terminu ta’ preskrizzjoni ma huwiex terminu tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni u t-tielet aggravji, ibbażati rispettivament fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ċertezza legali, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq jirriżulta li, peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mir-rikorrenti ma ġie milqugħ, l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn l-istess regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Evropaïki Dynamiki tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>