|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3943 |
16.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Lulju 2025
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Estonja
(C/2025/3943)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Marika LIIV sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
L-Estonja ddeżinjat kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Kaire SAAREP hija maħtura membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Marika LIIV għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3943/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)