<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0591</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:9">EU:C:2012:9</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET TRSTENJAK — KAWŻA C-591/10</P><P>LITTLEWOODS RETAIL LTD <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Trstenjak</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20120112">12 ta’ Jannar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-591/10</P><P>Littlewoods Retail Ltd et</P><P>vs</P><P>Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (ir-Renju Unit)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rimbors tal-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE</KEYWORD><KEYWORD>Interessi</KEYWORD><KEYWORD>Interessi sempliċi</KEYWORD><KEYWORD>Interessi komposti</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ekwivalenza</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda preliminari tal-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division, il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita b’erba’ domandi li jirrigwardaw l-obbligu li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni Ewropea li tirrimborsa l-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE. Il-qorti tar-rinviju tixtieq b’mod partikolari tkun taf jekk, u jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, sa liema punt, Stat Membru li jkun ġabar il-VAT bi ksur tal-liġi tal-UE dwar il-VAT ikun meħtieġ, barra li jirrimborsa l-VAT, iħallas ukoll l-interessi fuq is-somma prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Value Added Tax Act 1994 (il-Liġi dwar il-VAT tal-1994, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>VATA 1994<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>) tinkludi dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jirrigwardaw l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-infurzar tal-VAT, kif ukoll l-appelli li jistgħu jiġu ppreżentati quddiem qorti speċjalizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk persuna taxxabbli tħallas VAT żejda, din tista’, skont it-Taqsima 80 tal-VATA 1994, tagħmel talba biex tirkupra l-ammont żejjed li tkun ħallset. Fir-rigward ta’ dak li hu rilevanti għall-kawża preżenti, it-Taqsima 80 tal-VATA 1994 tipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-kreditu għal, jew ir-rimbors ta’, VAT iddikjarata jew imħallsa żejda</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Meta persuna —</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="2"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tkun ippreżentat dikjarazzjoni lill-Commissioners tal-VAT tal-UE fir-rigward ta’ perijodu bażi partikolari ta’ kontabbiltà (irrispettivament mid-data li fiha jkun skada), u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>b’dan il-mod, tkun iddikjarat bħala taxxa tal-output ammont li ma kienx dovut bħala taxxa tal-output,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>il-Commissioners għandhom l-obbligu li jikkreditaw lil din il-persuna b’dan l-ammont.</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(1B)</NO.P><TXT>Meta persuna tkun, fir-rigward ta’ perijodu bażi partikolari ta’ kontabbiltà (irrispettivament mid-data li fiha jkun skada), ħallset lill-Commissioners ammont ta’ VAT li ma kienx VAT dovut lilhom, f’każijiet differenti minn dawk fejn —</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ammont li ma kienx dovut bħala taxxa tal-output kien iddikjarat bħala taxxa tal-output, jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>il-Commissioners għandhom l-obbligu li jirrimborsaw lil din il-persuna b’dan l-ammont hekk imħallas.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-Commissioners għandhom jikkreditaw jew jirrimborsaw ammont skont din it-taqsima biss jekk issir talba għal dan il-għan.</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(2A)</NO.P><TXT>Meta —</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>wara talba magħmula skont din it-taqsima bis-saħħa tal-paragrafu (1) jew (1A) imsemmija iktar ’il fuq ammont għandu jiġi kkreditat lil persuna, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>wara li jkunu ġew paċuti s-somom kollha dovuti taħt jew bis-saħħa ta’ dan l-att, parti minn dan l-ammont jew l-ammont kollu jkun għadu dovut lilha,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>il-Commissioners għandhom l-obbligu jħallsu (jew jirrimborsaw) lilha dak li jkun għad fadal minn dan l-ammont.</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Ħlief skont kif ipprovdut f’din it-taqsima, il-Commissioners ma għandhomx l-obbligu li jikkreditaw jew li jirrimborsaw ammont li jkun ġie ddikjarat jew imħallas lilhom bħala VAT li ma kienx VAT dovuta lilhom.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Meta talba mressqa taħt it-Taqsima 80 tal-VATA 1994 tintlaqa’, il-persuna taxxabbli tista’ tkun ukoll intitolata għal interessi fuq is-somma mħallsa żejda, ikkalkolati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 78 tal-VATA 1994. Din it-Taqsima 78 tistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-interessi f’ċerti każijiet ta’ żball amministrattiv</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Meta, minħabba żball magħmul mill-Commissioners, persuna tkun —</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>iddikjaratilhom ammont bħala taxxa tal-output li ma kienx taxxa tal-output dovut minnha, u minħabba dan, il-Commissioners għandhom, skont it-Taqsima 80(2A), l-obbligu li jħallsu lura (jew jirrimborsaw) ammont lilha, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>naqqset milli tagħmel talba għall-kreditu skont it-Taqsima 25 għal ammont li għalih kienet intitolata titlob il-kreditu, u li b’konsegwenza ta’ dan il-Commissioners għandhom l-obbligu li jirrimborsawha, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>(f’każ li ma jaqax fl-ambitu tal-paragrafu (a) jew (b) iktar ’il fuq) ħallsithom bħala VAT ammont li ma huwiex dovut bħala VAT u li b’konsegwenza ta’ dan il-Commissioners għandhom konsegwentement l-obbligu jirrimborsawha, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>irċeviet tard mingħand il-Commissioners il-ħlas ta’ ammont dovut lilha bħala VAT,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>il-Commissioners għandhom, jekk u safejn dawn ma jkunux diġà obbligati jagħmlu hekk skont xi dispożizzjoni oħra, iħallsuha l-interessi fuq dan l-ammont għall-perijodu inkwistjoni, iżda suġġett għad-dispożizzjonijiet segwenti ta’ din it-taqsima.</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-interessi skont din it-taqsima għandhom jitħallsu skont ir-rata applikabbli prevista fit-Taqsima 197 tal-Liġi tal-Finanzi tal-1996 [Finance Act 1996]. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu jew għadhom imexxu negozju ta’ bejgħ bieb bieb permezz ta’ katalogu ġewwa r-Renju Unit, fejn il-katalogi jitqassmu u l-prodotti li jidhru fihom jinbiegħu minn grupp ta’ persuni magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>aġenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. L-aġenti jirċievu kummissjoni fuq bejgħ magħmul minnhom jew permezz tal-intermedjarju tagħhom (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>xiri permezz ta’ terzi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li setgħu jitħallsu tagħha fi flus kontanti, inaqsuha minn xi xiri li jkunu għamlu, jew jużawha għal xiri fil-futur (b’rata ogħla ta’ kummissjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li bejn l-1973 u Ottubru tal-2004 il-kummissjonijiet fuq ix-xiri permezz ta’ terzi ġew ikklassifikati skorrettament għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-VAT kemm skont id-dritt tal-UE kif ukoll skont id-dritt nazzjonali, u li minħabba dan, fir-rigward ta’ ċerti provvisti, l-ammont taxxabbli ġie ffissat żbaljatament ogħla ħafna milli fil-fatt kien, u għalhekk sar ħlas żejjed ta’ VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Minn Ottubru tal-2004, Her Majesty’s Commissioners for Revenue &amp; Customs (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konvenuti fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) irrimborsaw VAT imħallsa żejda għal madwar GBP 204 774 763 lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, skont it-Taqsima 80 tal-VATA 1994. Barra minn hekk, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ħallsu interessi sempliċi ta’ GBP 268 159 135 skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali qed jitolbu li jitħallsu somom oħra li jammontaw għal madwar GBP 1 biljun fit-total. Fil-fehma tagħhom, din is-somma tirrappreżenta l-vantaġġ li bbenefika minnu r-Renju Unit permezz tal-użu tal-ammonti prinċipali ta’ taxxa mħallsa żejda. Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li, skont id-dritt nazzjonali, u mingħajr riferiment għad-dritt tal-UE, din it-talba għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Minħabba li l-qorti tar-rinviju għandha d-dubji dwar kemm dan ir-riżultat huwa kompatibbli mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, hija għamlet id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Meta persuna tax[x]abbli tkun ħallset ammont żejjed ta’ VAT, li nġabar mill-Istat Membru bi ksur tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-VAT, ir-rimedju pprovdut minn dan l-Istat Membru huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk ir-rimedju inkwistjoni<?PAGE NO="4"?> jikkonsisti (a) fil-ħlas lura [fir-rimbors] tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, u (b) tal-interessi sempliċi fuq dawn l-ammonti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħat-Taqsima 78 tal-[VATA] 1994?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk le, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jitlob li r-rimedju pprovdut mill-Istat Membru jipprovdi (a) il-ħlas lura [ir-rimbors] tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, u (b) il-ħlas ta’ interessi komposti skont il-valur tal-użu tal-ammonti mħallsa żejda lill-Istat Membru u/jew tat-telf tal-valur tal-użu tal-ammont f’idejn il-persuna taxxabbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta kemm għall-ewwel domanda u għat-tieni domanda hija fin-negattiv, x’għandu jinkludi r-rimedju li d-dritt tal-Unjoni jitlob lill-Istat Membru jipprovdi, minbarra l-ħlas lura [ir-rimbors] tal-ammonti prinċipali mħallsa żejda, fid-dawl tal-valur tal-użu tal-ammont imħallas żejjed u/jew tal-interessi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-effettività jirrikjedi illi Stat Membru ma japplikax restrizzjonijiet tad-dritt nazzjonali (bħat-Taqsimiet 78 u 80 tal-[VATA] 1994) fil-konfront ta’ azzjonijiet jew ta’ rimedji li kieku kienu jkunu disponibbli, fin-nuqqas ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, għall-persuna taxxabbli sabiex issostni d-dritt ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea stabbilit fir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel tliet domandi, jew huwa biżżejjed illi l-qorti nazzjonali ma tapplikax dawn ir-restrizzjonijiet fid-dawl biss ta’ waħda minn dawn l-azzjonijiet jew rimedji?</TXT><P>Liema prinċipji oħra għandhom jiggwidaw lill-qorti nazzjonali sabiex tagħti effett lil dan id-dritt ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’tali mod illi tikkonforma ruħha mal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ effettività?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju tal-<DATE ISO="20101104">4 ta’ Novembru 2010</DATE> waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20101214">14 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom. Ir-rappreżentanti tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ir-Renju Unit u l-Kummissjoni pparteċipaw fis-seduta tat-<DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-risposta għall-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi għandha tkun fis-sens li meta persuna taxxabbli tkun ħallset VAT żejda li tkun inġabret mill-Istat Membru bi ksur tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-VAT, rimedju li jipprovdi biss għar-rimbors tas-somom prinċipali mħallsa żejda u għall-ħlas tal-interessi sempliċi fuq dawn is-somom huwa konformi mad-dritt tal-UE sa fejn dan ir-rimedju jipprovdi restituzzjoni adegwata jew kumpens adegwat għat-telf fir-rigward tal-użu tal-flus, u sa fejn fid-dritt nazzjonali ma jkun disponibbli ebda rimedju ieħor iżjed ġeneruż fir-rigward ta’ taxxi oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet tar-Renju Unit, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika Franċiża u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jirrispondu għall-ewwel domanda fis-sens li, meta l-VAT tinġabar bi ksur tad-dritt tal-UE, ir-rimedju pprovdut minn Stat Membru li jipprovdi r-rimbors tas-somom prinċipali skont id-dritt nazzjonali hu konsistenti mad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Finlandiż ukoll jirrispondi għall-ewwel domanda f’dan is-sens u jgħid li għandu jittieħed kont tal-prinċipji ta’<?PAGE NO="5"?> effettività u ta’ ekwivalenza. Bl-istess mod, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jikkontendi li d-dritt tal-Unjoni Ewropea ma jirrikjedix li l-Istati Membri jħallsu l-interessi komposti f’dak li jirrigwarda r-rimbors tal-VAT miġbur bi ksur tad-dritt tal-UE. Konsegwentement, fil-fehma tal-Gvernijiet tar-Renju Unit, tar-Repubblika ta’ Ċipru, u tal-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Finlandja, ma hemm ebda bżonn li jiġu risposti t-tieni, it-tielet, u r-raba’ domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma tal-fehma li r-rimedju li għandhom jipprovdu l-Istati Membri fir-rigward tar-rimbors tal-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE għandu jikkumpensa għall-vantaġġ li l-Istat Membru jkun ibbenefika minnu permezz tal-użu tas-somma prinċipali li tkun inġabret bi ksur tad-dritt tal-UE. Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jiddeterminaw jekk, barra r-rimbors tas-somma prinċipali mħallsa żejda, ir-rimedju għandux jipprovdi wkoll għall-ħlas ta’ interessi sempliċi, ta’ interessi komposti jew ta’ xi tip ta’ interessi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-fehma tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun fis-sens li restrizzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-UE tal-eżekuzzjoni ta’ talbiet, bħal dik li tinsab fit-Taqsima 78 u fit-Taqsima 80 tal-VATA 1994, u li tirrigwarda żewġ rimedji nazzjonali differenti, għandha tibqa’ inapplikabbli fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ rimedji meta, skont id-dritt nazzjonali, il-persuna intitolata li tirċievi rimbors ikollha l-għażla bejn iż-żewġ rimedji.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda. Madankollu, li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li tirrispondi din id-domanda, din għandha tkun fis-sens li t-Taqsima 78 tal-VATA 1994 ikollha tibqa’ kollha kemm hija inapplikabbli jekk jirriżulta li din tkun inkompatibbli mad-dritt tal-UE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi preliminari tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment tixtieq tikkjarifika l-mod kif għandhom jitħallsu l-interessi, fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE, lill-persuna responsabbli tħallas il-VAT li tkun intitolata għar-rimbors, fil-każ bħal dak tal-kawża preżenti. Il-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari, tistaqsi jekk. minbarra li jipprovdi għar-rimbors tas-somma prinċipali mħallsa żejda, id-dritt nazzjonali għandux jipprovdi wkoll għall-ħlas ta’ interessi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fuq din is-somma (l-ewwel domanda), interessi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>komposti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (it-tieni domanda) jew xi interessi oħra li għandhom jiġu ddeterminati b’mod iżjed preċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja (it-tielet domanda).</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>B’interessi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> il-qorti tar-rinviju tifhem il-ħlas ta’ interessi mingħajr il-kapitalizzazzjoni tal-pagamenti tal-interessi fir-rigward tal-perijodi ta’ kalkolu preċedenti. Min-naħa l-oħra interessi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>komposti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ifissru li l-pagamenti tal-interessi fir-rigward tal-perijodi ta’ kalkolu preċedenti jiġu kkapitalizzati, bir-riżultat li dawn isiru parti mill-bażi għall-istima għal perijodi ta’ kalkolu sussegwenti.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-punt ta’ tluq sabiex tingħata risposta għad-domandi preliminari 1 sa 3 hija l-konstatazzjoni li l-kwistjoni ta’ ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE ma kinitx espressament irregolata la mit-Tieni Direttiva dwar il-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-<DATE ISO="19670411">11 ta’ April 1967</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u modalitajiet ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud <REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="1303" DATE.PUB="1967">ĠU L 71, p. 1303</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u lanqas mis-Sitt Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma għamlu ebda kawża għad-danni abbażi tal-ksur ta’ liġi tal-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt tal-Unjoni ma tipprekludix li kawża għad-danni bbażata fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi eżerċitata parallellament ma’ kawża għall-irkupru ta’ pagament mhux dovut; ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Danfoss u Sauer-Danfoss (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/10" PAGE.ECR="I-9963" YEAR="2011">C-94/10, Ġabra p. I-9963</REF.DOC.ECR>) , punt 32).</P></NOTE>. Skont il-qorti tar-rinviju, ma huwiex ikkontestat fil-kawża prinċipali li r-rekwiżiti biex tkun tista’ issir kawża għad-danni kontra l-Istat skont id-dritt tal-UE ma ġewx issodisfatti. Għalhekk il-kawża prinċipali tikkonċerna kawżi għall-irkupru tal-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE, li ma jistgħux jitqiesu bħala kawżi għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kjarifiki, ir-risposta għall-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi preliminari għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tipprovdi li l-Istati Membri għandhom, fil-prinċipju, jirrimborsaw it-taxxi miġbura bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, Accor (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/09" PAGE.ECR="I-8115" YEAR="2011">C-310/09, Ġabra p. I-8115</REF.DOC.ECR>) punt 71); tat-<DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/01" PAGE.ECR="I-11365" YEAR="2003">C-147/01, Ġabra I-11365</REF.DOC.ECR>, punt 93); u tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra I-1727</REF.DOC.ECR>, punt 84).</P></NOTE>. Id-dritt riżultanti li persuna taxxabbli tiġi rrimborsata t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE huwa l-konsegwenza ta’ u komplementari għad-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li jipprojbixxu dawn it-taxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenzi Danfoss u Sauer-Danfoss (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 20); tas-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/09" PAGE.ECR="I-7375" YEAR="2011">C-398/09, Ġabra p. I-7375</REF.DOC.ECR>, punt 17); tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, Direct Parcel Distribution Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/08" PAGE.ECR="I-731" YEAR="2010">C-264/08, Ġabra I-731</REF.DOC.ECR>, punt 45); tal-<DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-192/95+C-193/95+C-194/95+C-195/95+C-196/95+C-197/95+C-198/95+C-199/95+C-200/95+C-201/95+C-202/95+C-203/95+C-204/95+C-205/95+C-206/95+C-207/95+C-208/95+C-209/95+C-210/95+C-211/95+C-212/95+C-213/95+C-214/95+C-215/95+C-216/95+C-217/95+C-218/95" PAGE.ECR="I-165" YEAR="1997">C-192/95 sa C-218/95, Ġabra I-165</REF.DOC.ECR>, punt 20); u tad-<DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, San Giorgio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="199/82" PAGE.ECR="3595" YEAR="1983">199/82, Ġabra 3595</REF.DOC.ECR> punt 12).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Biex legalment jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta’ dawn it-talbiet għar-rimbors li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-persuni għandhom jirrikorru għall-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>It-TFUE tagħti lill-individwi d-dritt ta’ rikors dirett lill-Qorti tal-Ġustizzja biss fil-każ ta’ proċeduri speċifiċi ħafna, pereżempju d-dritt ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jibdew proċeduri skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, l-Artikolu 268 TFUE jew l-Artikolu 270 TFUE. Ara wkoll fuq dan il-punt Basedow, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Der Europäische Gerichtshof und das Privatrecht<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, <HT TYPE="ITALIC">Archiv für die civilistische Praxis</HT>, Vol. 210 (2010), p. 157, punti 192 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, li jqis il-fatt li l-atturi privati ma jistgħux iressqu t-tilwim tagħhom, li jkun jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, quddiem qorti tal-Unjoni Ewropea bħala inkonsistenza inaċċettabbli bejn id-dritt proċedurali tal-UE u d-dritt sostantiv.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ regoli tal-UE rilevanti, huma wkoll l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet proċedurali ddettaljati li jirregolaw it-talbiet għar-rimbors, filwaqt li dejjem josserva l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi C-94/10 Danfoss u Sauer-Danfoss (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4, punt 24); tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, MyTravel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/03" PAGE.ECR="I-8477" YEAR="2005">C-291/03 Ġabra I-8477</REF.DOC.ECR>, punt 17); u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, punt 103).</P></NOTE>. Kull Stat Membru għandu jaħtar qrati u tribunali kompetenti u jistabbilixxu l-modalitajiet proċedurali ddettaljati li jirregolaw talbiet għar-rimbors, sakemm dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw kawżi simili ta’ natura domestika (prinċipju ta’ ekwivalenza), u sakemm ma jirrendux prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna l-eżerċizzju ta’ drittijiet mogħtija lilu mid-dritt tal-UE (prinċipju ta’ effettività)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenzi Accor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, punt 79); tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Bulicke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/09" PAGE.ECR="I-7003" YEAR="2010">C-246/09, Ġabra p. I-7003</REF.DOC.ECR>, punt 25); tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04 Ġabra I-2107</REF.DOC.ECR>, punt 111); u tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 203).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dan id-dover tal-Istati Membri li jistabbilixxu modalitajiet proċedurali li jirregolaw it-talbiet magħmula minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, u s-setgħa diskrezzjonali li l-Istati Membri jgawdu minn dan huma tradizzjonalment inklużi fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>awtonomija proċedurali tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Madankollu, din l-espressjoni tikkawża kemmxejn konfużjoni u impreċiżjoni. Filwaqt li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>awtonomija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tidher li tindika li l-Istati Membri għandhom setgħa assoluta ta’ diskrezzjoni meta jkunu qed jistabbilixxu r-regoli proċedurali, skont<?PAGE NO="7"?> il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma teżistix tali setgħa ta’ diskrezzjoni assoluta bħal din. Fil-fatt, minn naħa, f’dan il-qasam ġurisprudenzjali, il-Qorti tal-Ġustizzja titlaq mill-obbligu għall-Istati Membri, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jippermetu mill-perspettiva proċedurali l-eżerċizju tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara wkoll f’dan ir-rigward is-sentenza tas-<DATE ISO="19761216">16 ta’ Diċembru 1976</DATE>, Rewe-Zentralfinanz u Rewe-Zentral (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="33/76" PAGE.ECR="1989" YEAR="1976">33/76, Ġabra p. 1989</REF.DOC.ECR>) li hi meqjusa bħala s-sentenza ewlenija fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. F’din is-sentenza li kienet tittratta l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ termini, previsti mid-dritt nazzjonali li fihom jistgħu jiġu legalment infurzati drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja assoċjat il-kunċett ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, issa stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE. B’mod partikolari, minn dan il-kunċett hija ddeduċiet li huma l-qrati nazzjonali li huma fdati biex jiżguraw il-ħarsien ġuridiku li ċ-ċittadini jiksbu mill-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dan id-dover tal-Istati Membri huwa li jiġi żgurat l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u hu konness mill-qrib mal-prinċipju ta’ ħarsien ġuridiku effettiv u d-dritt fundamentali ta’ rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. F’dak li jirrigwarda l-konnessjoni bejn id-doveri tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 TUE, il-garanzija tal-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ħarsien ġuridiku effettiv u d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, Impact (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/06" PAGE.ECR="I-2483" YEAR="2008">C-268/06, Ġabra I-2483</REF.DOC.ECR>, punt 41 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Minn dan isegwi li d-deċiżjoni jekk għandhomx jiġu pprovduti regoli proċedurali li jikkonċernaw l-eżerċizzju ta’ drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE ma taqax taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri. It-tieni nett, is-setgħa diskrezzjonali li jgawdu minnha l-Istati Membri meta jkunu qed jistabbilixxu l-proċeduri u l-modalitajiet proċedurali hija limitata mill-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għalhekk il-kunċett ta’ awtonomija proċedurali ma jikkonferixxix awtonomija reali lill-Istati Membri, iżda pjuttost ċerta setgħa diskrezzjonali meta jkunu qed jistabbilixxu l-modalitajiet proċedurali tad-drittjiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ġuridiku tagħhom ma humiex iffissati fid-dettall minnu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, C.N. Kakouris, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Do the Member States possess judicial procedural <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>autonomy<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, C.M.L.Rev. 1997, p. 1389 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. Ara ukoll W. Van Gerven, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Of Rights, Remedies and Procedures<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, C.M.L.Rev. 2000, p. 501, 502, li fost affarijiet oħra jipproponi li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>awtonomija proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tiġi ssostitwita bl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kompetenza proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-Istati Membri. Ara ukoll J. Delicostopoulos, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Towards European Procedural Primacy in National Legal Systems<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, ELJ 2003, p. 599 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, li f’dan ir-rigward hu favur li jiġu kkombinati l-kompetenza proċedurali nazzjonali u s-supremazija tad-dritt proċedurali tal-UE.</P></NOTE>. Barra minn hekk, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>awtonomija <HT TYPE="ITALIC">proċedurali</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-Istati Membri ma baqgħetx limitata għall-aspetti proċedurali. Pjuttost, din testendi wkoll, sa ċertu punt, għall-kontenut tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="2006">C-212/04, Ġabra I-6057</REF.DOC.ECR>, punt 90 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali sabiex tirriżolvi l-kwistjoni dwar liema miżuri u sanzjonijiet għandhom jipprovdu għalihom l-Istati Membri biex ikunu jistgħu jirregolaw il-ksur ta’ drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea li kienu qed jiġu ttrattati f’dik il-kawża. Ara ukoll is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Marrosu u Sardino (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-53/04" PAGE.ECR="I-7213" YEAR="2006">C-53/04, Ġabra p. I-7213</REF.DOC.ECR>, punt 50 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), u Vassallo (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/04" PAGE.ECR="I-7251" YEAR="2006">C-180/04, Ġabra p. I-7251</REF.DOC.ECR>, punt 35 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, b’tali mod li l-kunċett ta’ awtonomija proċedurali tinkludi ukoll ċerta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>awtonomija rimedjali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara V. Trstenjak / E. Beysen, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>European Consumer Protection Law: Curia semper dabit remedium?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, C.M.L.Rev. 2011, p. 104 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalkemm il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>awtonomija proċedurali tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa għalhekk impreċiż f’żewġ rigwardi, madankollu l-kunċett sar magħruf sew u stabbilit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fuq ir-rwol tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri fis-sistema tad-dritt tal-proċedura ċivili Ewropea, ara G. Wagner, f’Stein/Jonas, <HT TYPE="ITALIC">Kommentar zur Zivilprozessordnung</HT>, Edizzjoni 22, Tübingen 2011, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Einleitung vor Art. 1<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, punti 68 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Suġġett għall-preċiżjonijiet magħmula iktar ’il fuq, jien ser inkompli nuża din l-espressjoni iktar ’l isfel.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha li tirrigwarda l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ħadet bosta deċiżjonijiet dwar il-kwistjoni tal-interessi dovuti fuq somom miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE. Madankollu, f’kull sentenza, hija introduċiet sfumaturi differenti li abbażi tagħhom huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn żewġ orjentamenti ġurisprudenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’serje ta’ sentenzi minn tal-ewwel — il-biċċa l-kbira antiki — il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-problema dwar il-ħlas tal-interessi fuq somom miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea kienet tikkostitwixxi problema anċillari li għandha tiġi rregolata mill-qrati nazzjonali. F’dan il-kuntest, huma l-Istati Membri li għandhom b’mod partikolari jirregolaw il-kwistjoni tal-ħlas tal-interessi, inkluż<?PAGE NO="8"?> id-data li minnha dawn għandhom jiġu kkalkolati, kif ukoll il-kwistjoni tar-rata tal-interessi. Huwa f’dan is-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenzi Roquette Frères vs Commission<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19760521">21 ta’ Mejju 1976</DATE>, Roquette Frères vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="26/74" PAGE.ECR="677" YEAR="1976">26/74, Ġabra p. 677</REF.DOC.ECR>, punt 11 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE> u Express Dairy Foods<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19800612">12 ta’ Ġunju 1980</DATE>, Express Dairy Foods (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="130/79" PAGE.ECR="1887" YEAR="1980">130/79, Ġabra p. 1887</REF.DOC.ECR>, punti 16 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Dan l-orjentament ġurisprudenzjali ġie kkonfermat, fost oħrajn, mis-sentenza Ansaldo Energia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, Ansaldo Energia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/96+C-280/96+C-281/96" PAGE.ECR="I-5025" YEAR="1998">C-279/96, C-280/96 u C-281/96, Ġabra p. I-5025</REF.DOC.ECR>, punt 28).</P></NOTE> u mis-sentenza N<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, N (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" PAGE.ECR="I-7409" YEAR="2006">C-470/04, Ġabra p. I-7409</REF.DOC.ECR>, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra f’serje oħra ta’ sentenzi — il-biċċa l-kbira tagħhom iżjed reċenti —, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-persuna taxxabbli għandha d-dritt li titħallas l-interessi fuq it-taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-UE. Dan l-orjentament ġurisprudenzjali ġie introdott bis-sentenza Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tittratta każ ta’ ħlas bil-quddiem ta’ taxxa bi ksur tad-dritt tal-UE. F’din is-sentenza, l-ewwel nett il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisprudenza preċedenti li tipprovdi li huwa d-dritt nazzjonali li għandu jirregola l-kwistjonijiet anċillari kollha relatati mal-irkupru ta’ taxxi indebitament miġbura, bħalma huwa l-ħlas eventwali tal-interessi, inkluż ir-rata tal-interessi u d-data li minnha għandhom jiġu kkalkolati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 86.</P></NOTE>. Iżda, hija madankollu ppreċiżat sussegwentement li, fil-każ ta’ ħlas qabel iż-żmien ta’ taxxi bi ksur tad-dritt tal-UE, l-interessi neċessarji għandhom jitħallsu skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, hija sostniet b’mod partikolari li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li tipprekludi l-ħlas qabel iż-żmien ta’ taxxi tagħti lill-persuna taxxabbli d-dritt li tikseb l-interessi akkumulati fuq it-taxxa mħallsa bil-quddiem fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn il-ħlas bil-quddiem, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u d-data tal-ħlas, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, ta’ dan il-ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 87 u 89.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dan l-orjentament ġurisprudenzjali l-ġdid ġie kkonfermat fis-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 202.<HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> u Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 112.</P></NOTE>. Barra minn hekk, minn dawn iż-żewġ sentenzi jirriżulta b’mod ċar li l-argumenti żviluppati fis-sentenza Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fir-rigward ta’ ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxi bi ksur tad-dritt tal-UE jistgħu jiġu applikati wkoll fil-każijiet fejn l-impożizzjoni tat-taxxa kollha kemm hi kienet kontra d-dritt tal-UE. Dan huwa wkoll loġiku. Fil-fatt, sabiex timmotiva d-dritt li jinkisbu interessi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni minħabba l-ħlas qabel iż-żmien tat-taxxa, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi fuq l-konstatazzjoni li, minħabba li kien hemm nuqqas ta’ flus disponibbli wara l-ħlas qabel iż-żmien tat-taxxa, il-persuna taxxabbli sofriet telf li għandu jiġi kkunsidrat bħala ammont miżmum mill-Istat Membru jew imħallas lilha bi ksur tad-dritt tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza Test Claimants in the FII (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 205).</P></NOTE>. Minħabba li l-impożizzjoni ta’ taxxi bi ksur tad-dritt tal-UE twassal ukoll għal indisponibbiltà ta’ somom ta’ flus imħallsa sad-data li dawn jiġu rrimborsati, ma hemm ebda raġuni li ssir distinzjoni bejn id-dritt tal-persuna taxxabbli li jirriżulta mid-dritt tal-UE li tikseb interessi fil-kuntest ta’ ħlasijiet qabel iż-żmien li huma kuntrarji għad-dritt tal-UE, u dan l-istess dritt bħal fil-kuntest ta’ ħlasijiet, essenzjalment, kuntrarji għad-dritt tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li skont il-ġurisprudenza l-iktar reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri li kienu imponew taxxi bi ksur tad-dritt tal-UE għandhom, fil-prinċipju, kemm jirrimborsaw it-taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-UE, kif ukoll iħallsu l-interessi bħala kumpens għall-fatt li s-somom imħallsa ma kinux baqgħu disponibbli. Għalhekk, il-persuna taxxabbli tgawdi minn dritt għall-irkupru tat-taxxi kif minn dritt għall-ħlas tal-interessi. Dawn id-drittijiet tal-persuna taxxabbli huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE li jipprojbixxu t-taxxi imposti inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza dwar l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, huma dawn tal-aħħar li għandhom jiddefinixxu l-kontenut tad-dritt li jinkisbu interessi li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll li jistabbilixxu modalitajiet proċedurali tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li josservaw il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, jiddeterminaw il-metodi tal-ħlas tal-interessi, inkluż li jiddeċiedu jekk għandux jintervjeni fil-kuntest ta’ sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>interessi sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew inkella f’dak ta’ sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>interessi komposti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li r-Renju Unit osserva l-obbligu tiegħu, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-persuna taxxabbli għall-VAT li tkun intitolata għal rimbors tagħha d-dritt għall-ħlas ta’ interessi. Min-naħa l-oħra, huwa kkonstestat il-punt dwar jekk, meta stabbilixxa l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ dan id-dritt, ir-Renju Unit kisirx il-prinċipju ta’ effettività jew il-prinċipju ta’ ekwivalenza billi ta biss interessi sempliċi fuq is-somma prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-prinċipju ta’ effettività ġie osservat.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ effettività jipprojbixxi lil Stat Membru milli jrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti mill-ordinament ġuridiku tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza Accor (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, punt 79), u tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/09" PAGE.ECR="I-5669" YEAR="2011">C-262/09, Ġabra p. I-5669</REF.DOC.ECR>, punt 55)</P></NOTE>. Fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ dritt għall-ħlas ta’ interessi li jirriżulta mid-dritt tal-UE, ma jkunx hemm ksur tal-prinċipju ta’ effettività ħlief meta l-interessi jkunu tant baxxi li, f’dak li jirrigwarda s-sustanza, dan id-dritt jiġi kompromess b’mod serju.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li r-Renju Unit ħallas l-interessi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 fuq il-VAT miġbura, bi ksur tad-dritt tal-UE, mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-interessi mħallsa skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 huma kkalkolati b’riferiment għat-Taqsima 197 tal-Finance Act 1996 (Liġi tal-Finanzi tal-1996) u tal-Air Passenger Duty and Other Indirect Taxes (Interest Rate) Regulations 1998 [Regolament tal-1998 dwar it-taxxa tal-passiġġieri tal-ajru u taxxi oħra indiretti (rata tal-interessi)]. L-effett ġenerali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li, mill-1998, għall-iskopijiet tat-Taqsima 78, ir-rati jiġu ffissati skont metodu li jirreferi għar-rati ta’ self bażi medji ta’ sitt clearing banks; din ir-rata tissejjaħ ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>rata ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Fir-rigward tal-perijodi ta’ bejn l-1973 u 1988, ir-rati jinsabu speċifikati fit-Tabella 7 tar-Regolament tal-1988. Ir-rata tal-interessi applikabbli skont it-Taqsima 78 hija r-rata ta’ referenza mnaqqsa b’ 1 %. It-Taqsima 78 tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>perijodu applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li fir-rigward tiegħu huma dovuti interessi. Fil-kawża prinċipali, dan il-perijodu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-Commissioners ikunu rċivew il-ħlas żejjed u jintemm fid-data li fiha l-Commissioners jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont li fuqu huma dovuti l-interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Renju Unit irrimborsa lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali l-VAT miġbura matul il-perijodu ta’ bejn 1973 u 2004 bi ksur tad-dritt tal-UE, li kien jammonta għal madwar GBP 204 774 763, flimkien mal-interessi sempliċi li ammontaw għal GBP 268 159 135. Għalhekk, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tħallsu l-interessi sempliċi skont t-Taqsima 78 tal-VATA 1994, li tipprovdi li l-ammont tal-interessi dovuti tul perijodu ta’ madwar 30 sena (GBP 268 159 135) jeċċedu s-somma prinċipali (GBP 204 774 763) b’iżjed minn 25%. Fil-fehma tiegħi, il-modalitajiet ta’ ħlas tal-interessi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 jikkonforma sew mal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra ma huwiex faċli li tingħata risposta għad-domanda dwar jekk, fil-każ bħala dak inkwistjoni f’din il-kawża, il-ħlas ta’ interessi sempliċi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 jikkonformawx mal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jirrikjedi li r-regoli kollha applikabbli fil-każ tal-proċeduri ġudizzjarji japplikaw ukoll mingħajr distinzjoni għal dawk il-proċeduri ġudizzjarji li jallegaw ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u għal proċeduri ġudizzjarji simili li jallegaw ksur tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Barth (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-542/08" PAGE.ECR="I-3189" YEAR="2010">C-542/08, Ġabra, p. I-3189</REF.DOC.ECR>, punt 19); tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Transportes Urbanos y Servicios Generales (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-118/08" PAGE.ECR="I-635" YEAR="2010">C-118/08, Ġabra p. I-635</REF.DOC.ECR>, punt 33); u tad-<DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE>, i-21 Germany u Arcor (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/04+C-422/04" PAGE.ECR="I-8559" YEAR="2006">C-392/04 u C-422/04, Ġabra p. I-8559</REF.DOC.ECR>, punt 62).</P></NOTE>. Għall-iskopijiet tal-kawża preżenti, dan ifisser li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt għall-ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk tad-drittijiet simili għall-ħlas ta’ interessi li jirriżultaw minn ksur ta’ liġi nazzjonali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). F’dan ir-rigward, is-similitudni tad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala bażi ta’ paragun tirrikjedi li, fid-dawl tal-għan u tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom, dawn id-drittijiet jistgħu jitqiesu bħala simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenzi Transportes Urbanos y Servicios Generales (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 35); Bulicke (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 28); u tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, Preston <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/98" PAGE.ECR="I-3201" YEAR="2000">C-78/98, Ġabra p. I-3201</REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju, li hija biss għandha konoxxenza diretta tal-modalitajiet tal-ħlas ta’ interessi fil-kuntest ta’ kawża għal ħlas lura kontra l-Istat, għandha għalhekk teżamina jekk il-modalitajiet li, skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994, japplikaw għall-ħlas ta’ interessi fuq VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jikkorrispondux ma’ dawk li japplikaw fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ drittijiet simili ta’ natura interna għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-partijiet f’din il-kawża jiddefinixxu b’mod differenti l-grupp ta’ drittjiet simili ta’ natura interna għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżami tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jsir paragun bejn l-interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE u dawk dovuti fil-każ ta’ ġbir illegali ta’ taxxi oħrajn. Skont dan l-approċċ, għandhom jiġu pparagunati għalhekk l-interessi dovuti fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE ma’ dawk dovuti skont id-dritt nazzjonali fil-każ ta’ ġbir illegali ta’ taxxi diretti jew indiretti li ma humiex VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Gvern tar-Renju Unit isostni li l-interessi dovuti fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE jistgħu jiġu pparagunati biss mal-interessi dovuti fil-każ ta’ ġbir illegali ta’ taxxi indiretti u mhux mal-interessi dovuti fil-każ ta’ ġbir illegali ta’ taxxi diretti.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-fehma tal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, punt 21.</P></NOTE>, fil-każ bħal dak tal-kawża preżenti, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li t-talbiet għar-rimbors tal-VAT indebitament miġbura għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod li jiġi ttrattat rikors ta’ natura nazzjonali għall-irkupru ta’ taxxi jew ta’ tariffi simili. Skont dan l-approċċ, jeħtieġ l-ewwel nett li jiġi ddeterminat liema taxxi u liema ħlasijiet jistgħu jiġu pparagunati mal-VAT. Sussegwentement, jeħtieġ li jiġu pparagunati l-modalitajiet ta’ ħlas ta’ interessi fil-każ ta’ ġbir illegali ta’ tali taxxi u ħlasijiet ma dawk eżistenti fil-qasam tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Gvern Franċiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Franċiż, punt 55.</P></NOTE> jirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li modalità nazzjonali ta’ rimbors josserva l-prinċipju ta’ ekwivalenza peress li huwa japplika mingħajr distinzjoni għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u għal dawk ibbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali, għal dak li jikkonċerna l-istess tip ta’ taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dawn l-osservazzjonijiet differenti tal-Kummissjoni, tal-Gvern tar-Renju Unit u tal-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u ta’ Franza juru ċar li, fil-każ bħal dak tal-kawża prinċipali, jista’ jkun diffiċli ħafna li jiġu ddeterminati b’mod konkret id-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Biex tidentifika drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi, il-qorti tar-rinviju għandha titlaq minn elementi essenzjali tad-dritt għall-ħlas ta’ interessi fuq VAT miġbura illegalment li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, id-drittjiet li jinkisbu interessi fuq taxxi indiretti miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali huma simili. Min-naħa l-oħra, ma tistax tingħata risposta <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT> għad-domanda dwar jekk, fil-każ bħal dak ta’ din il-kawża, id-drittijiet għall-ħlas ta’ interessi fuq ħlasijiet jew taxxi diretti miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali jistgħux ukoll jitqiesu bħala drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-<DATE ISO="20070315">15 ta’ Marzu 2007</DATE>, Reemtsma Cigarettenfabriken (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/05" PAGE.ECR="I-2425" YEAR="2007">C-35/05, Ġabra p. I-2425</REF.DOC.ECR>, punti 43 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), fejn, fil-kuntest tal-eżami tan-natura paragunabbli tat-taxxi diretti u indiretti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li s-sistema tat-tassazzjoni diretta kollha kemm hi ma hijiex relatata mas-sistema tal-VAT.</P></NOTE>. Sa fejn din il-kwistjoni titqajjem <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fil-kawża prinċipali fil-kuntest tal-eżami tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju jkollha tagħmel domanda preliminari motivata ġdida biex tkun tista’ tiġi kkjarifikata aħjar is-similitudni tad-drittjiet rilevanti ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-każ li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-qorti tar-rinviju jkollha finalment tasal għall-konklużjoni li jeżistu diversi drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi li l-modalitajiet tagħhom huma differenti, ma jfissirx madankollu li jkun hemm ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza minħabba l-fatt biss li l-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE ma jkollhix interessi fuqha skont il-modalitajiet l-iktar vantaġġużi li japplikaw għal dritt jew drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ekwivalenza ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li l-Istati Membri jestendu s-sistema nazzjonali tagħha l-iżjed regoli favorevoli tagħhom għall-azzjonijiet kollha ppreżentati f’ċertu qasam tal-liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenzi Bulicke (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 27; Transportes Urbanos y Servicios Generales (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 34); tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Pontin (Ġabra p. I-10467, punt 45); u Ansaldo Energia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel, it-tieni u t-tielet domandi għandha tkun fis-sens li, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-persuna taxxabbli li tkun ħallset ammont żejjed ta’ VAT, miġbura mill-Istat Membru bi ksur tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-VAT tal-UE, għandha dritt li tiġi rrimborsata l-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE kif ukoll id-dritt li titħallas l-interessi fuq is-somma prinċipali. Id-domanda dwar jekk is-somma prinċipali għandhiex ikollha interessi fuqha skont sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>interessi sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jew pjuttost skont sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>interessi komposti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tikkonċerna l-modalità ta’ eżerċizzju tad-dritt li jinkisbu interessi li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri skont il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikkjarifika x’tip ta’ proċedura għandha tiġi adottata skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk il-ħlas tal-interessi sempliċi, skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 fuq il-VAT imħallsa żejda matul il-perijodu ta’ bejn 1973 u 2004 ma jissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Kif diġà għidt, il-ħlas ta’ interessi sempliċi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 fuq VAT imħallsa żejda għall-perijodu 1973 u 2004 jissodisfa sew il-prinċipju ta’ effettività. Madankollu, dan ma jfissirx li r-raba’ domanda preliminari għandha tiġi kkunsidrata irrilevanti. Fil-fatt, mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju fuq l-oriġini tar-raba’ domanda jirriżulta li minkejja r-riferiment espress għall-prinċipju ta’ effettività, dan jirrigwarda essenzjalment fuq l-effett tal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Sabiex tiftiehem aħjar ir-raba’ domanda preliminari, għandu l-ewwel nett jiġu eżaminati d-diversi azzjonijiet intiżi għall-ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE li qed jiġu ttrattati fil-kawża prinċipali. B’mod partikolari, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li, minbarra d-dritt għal interessi sempliċi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994, qed jiġu ttrattati żewġ azzjonijiet jew modi ta’ kumpens tad-dritt nazzjonali, jiġifieri, minn naħa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Skont il-qorti tar-rinviju, l-applikazzjoni tat-Taqsima 78 tal-VATA 1994 teskludi dawn iż-żewġ azzjonijiet tal-Common Law.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-każ li jirriżulta, fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel u t-tielet domandi preliminari, li jkun kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li dawn iż-żewġ azzjonijiet jiġu esklużi minħabba l-applikazzjoni tat-Taqsima 78 tal-VATA 1994, il-qorti tar-rinviju tħalli x’jinftiehem li soluzzjoni konformi mad-dritt tal-UE tista’ tintlaħaq billi r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jitħallew jeżerċitaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, filwaqt li tibqa’ tiġi eskluża l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz tar-raba’ domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tista’, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità kkonstatata fid-dritt tal-Unjoni tat-Taqsimiet 78 u 80 tal-VATA 1994, in-nuqqas ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tar-restrizzjoni li fihom id-dispożizzjonijiet tistax twassal, fil-kawża prinċipali, għall-ħlas ta’ interessi skont id-dritt tal-Unjoni, jew inkella jekk din teskludix l-applikazzjoni ta’ din ir-restrizzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet jew modi ta’ kumpens kollha tal-Common Law.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u orali, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sostnew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-osservazzjonijiet bil-miktub, punti 34 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> u punti 112 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> li l-azzjonijiet tal-Common Law li huma rilevanti fil-kawża prinċipali huma koperti mill-prinċipju ta’ sistema ta’ konkomitanza ta’ rimedji. Minn dawn isegwi li, meta l-kundizzjonijiet kollha huma ssodisfatti, ir-rikorrent jista’ liberament jagħżel li jinvoka liema rimedju jrid. Skont il-Common Law iż-żewġ talbiet (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) li minnhom jistgħu jagħżlu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt snin. Fil-każ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda’ jiddekorri mid-data li fiha jsir il-ħlas, filwaqt li fil-każ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jibda jiddekorri mid-data li fiha r-rikorrent jista’ jitlob rimbors wara li jiskopri l-illegalità tal-ħlas li għamel jew li fiha seta’, b’attenzjoni raġonevoli, jiskopriha. Minħabba li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jidhrilhom li għamlu t-talbiet tagħhom fi żmien is-sitt snin li bdew jiddekorru mid-data li fiha skoprew l-iżball, għandhom interess partikolari li jinvokaw il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għar-raba’ domanda, għandu jittieħed kont tal-prinċipju li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, skont il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, il-modalitajiet li jirregolaw il-ħlas tal-interessi fuq taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-UE. F’dan ir-rigward, jien diġà kkonkludejt li l-ħlas ta’ interessi sempliċi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE, stabbiliti mir-Renju Unit fit-Taqsima 78 tal-VAT 1994, jissodisfaw il-prinċipju ta’ effettività<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punti 33 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tirrispondi, skont il-kriterji msemmija iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punti 38 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet preżenti.</P></NOTE>, għad-domanda dwar jekk dan il-ħlas ta’ interessi sempliċi skont it-Taqsima 78 tal-VATA 1994 u r-restrizzjoni marbuta mal-eżerċizzju ta’ azzjonijiet ta’ Common Law li hija relatata magħhom humiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwivalenza. Fil-kuntest tar-raba’ domanda preliminari, din il-qorti għandha b’mod partikolari tiddetermina jekk persuna taxxabbli li tkun qed titlob il-ħlas lura, flimkien mal-interessi, ta’ taxxi jew ħlasijiet simili miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali tistax liberament tagħżel il-bażi li fuqha tagħmel it-talba għall-interessi skont id-dritt komuni, jew skont kif ikun il-każ, skont id-dispożizzjoni statutorja, u allura tistax — jekk il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa jkunu ssodisfatti — tiddeċiedi li tagħżel il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Woolwich claim<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mistake-based claim<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew azzjoni oħra, u b’hekk, tiddetermina l-modalitajiet li bihom għandu jiġi rregolat il-ħlas tal-interessi.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-modalitajiet tal-ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE huma inqas favorevoli mill-modalitajiet tad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi peress li, bl-għazla tas-sistema tal-azzjonali, il-persuni taxxabbli jistgħu jiddeterminaw it-terminu ta’ preskrizzjoni kif ukoll l-elementi l-oħra ta’dawn id-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali, filwaqt li dan ma huwiex il-każ għal dak li jikkonċerna l-ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati l-modalitajiet l-iktar favorevoli li japplikaw għal dawn id-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali anki għall-interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u b’hekk tkun qed tippermetti lill-persuna taxxabbli għażla libera tal-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja totali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tkun obbligata, skont il-każ, li teskludi d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jostakolaw il-ħlas tal-interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE skont il-modalitajiet l-iżjed favorevoli li japplikaw għad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi u li tapplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu modalitajiet l-iżjed favorevoli ta’ eżerċizzju tad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi għad-drittijieet għall-ħlas ta’ interessi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20051108">8 ta’ Novembru 2005</DATE>, Leffler (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/03" PAGE.ECR="I-9611" YEAR="2005">C-443/03, Ġabra p. I-9611</REF.DOC.ECR>, punt 51); tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Kyrian (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-233/08" PAGE.ECR="I-177" YEAR="2010">C-233/08, Ġabra p. I-177</REF.DOC.ECR>, punt 61), u tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, Purrucker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/09" PAGE.ECR="I-7353" YEAR="2010">C-256/09, Ġabra p. I-7353</REF.DOC.ECR> , punt 99).</P></NOTE>. Dan l-obbligu jirriżulta direttament mill-effett dirett u ta’ supremazija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-Konklużjonijiet 1/91 tal-<DATE ISO="19911214">14 ta’ Diċembru 1991</DATE> (Ġabra p. I-6079, punt 21) u 1/09 tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE> (Ġabra p. I-2099, punt 65).</P></NOTE> tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li minnhom jirriżulta d-dritt għall-ħlas ta’ interessi tal-persuna li għandha tħallas il-VAT u li hi intitolata għar-rimbors.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-punt għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ekwivalenza ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi lill-Istati Membri jestendu s-sistema nazzjonali tagħhom l-iżjed favorevoli tagħhom għal azzjonijiet simili li jirrigwardaw il-ħlas tal-interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31.</P></NOTE>. Jekk allura jkollu jirriżulta li l-persuni taxxabbli li huma intitolati għar-rimbors jistgħu jiddeterminaw it-terminu ta’ preskrizzjoni u l-modalitajiet l-oħra relatati mal-ħlas tal-interessi biss fir-rigward ta’ ċerti drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi, filwaqt li dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ drittijiet oħrajn simili ta’ natura nazzjonali, l-Istat Membru jista’ wkoll ma jippermettix l-għażla libera ta’ azzjoni fir-rigward tal-ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda preliminari għandha tkun fis-sens li, jekk il-qorti tar-rinviju jkollha tikkonkludi li l-modalitajiet, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE huma inqas favorevoli minn dawk tad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interess u li għaldaqstant jeżisti minħabba dan ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju għandha tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-sens li jitħallsu l-interessi fuq VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE skont il-modalitajiet l-iżjed favorevoli li japplikaw għad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari skont kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-persuna taxxabbli li tkun ħallset ammont żejjed ta’ VAT, miġbura mill-Istat Membru bi ksur tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-VAT, għandha d-dritt li tiġi rrimborsata tal-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-dritt li titħallas l-interessi fuq is-somma prinċipali. Il-kwistjoni dwar jekk l-interessi fuq is-somma prinċipali għandhomx jitħallsu skont sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>interessi sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jew pjuttost skont<?PAGE NO="14"?> sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>interessi komposti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tikkonċerna l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt li jinkisbu l-interessi li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri skont il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li modalitajiet, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ ħlas ta’ interessi fuq il-VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni huma inqas favorevoli minn dawk tad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi u li għalhekk teżisti minħabba dan il-fatt ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju għandha tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-sens li jitħallsu l-interessi fuq VAT miġbura bi ksur tad-dritt tal-UE skont il-modalitajiet l-iżjed favorevoli li japplikaw għad-drittijiet simili ta’ natura nazzjonali għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>