Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.