8.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9477 — STEAG/OYAK/SET)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 4/05)

1.   

Fl-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

STEAG GmbH (“STEAG”, il-Ġermanja),

—

Ordu Yardımlaşma Kurumu (“OYAK”, it-Turkija),

—

STEAG Enerji Ticareti ve Hizmetleri A.Ş., (“SET”, it-Turkija), attwalment ikkontrollata minn STEAG Beteilungsgesellschaft mbH (“STEAG BG”), fl-aħħar ikkontrollata minn STEAG.

STEAG (permezz ta’ STEAG BG) u OYAK (permezz ta’ OYAK Birleşik Enerji), skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) jiksbu l-kontroll konġunt ta’ SET kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

STEAG hija kumpanija internazzjonali tal-enerġija attiva l-aktar fil-qasam tal-ġenerazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ enerġija elettrika u termika u l-provvista ta’ servizzi relatati,

—

OYAK huwa fond tal-pensjoni privat Tork u s-sussidjarji tiegħu huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ setturi, prinċipalment l-attivitajiet tal-estrazzjoni, il-metallurġija, is-siment, il-konkrit, il-karti, il-prodotti kimiċi, is-servizzi finanzjarji, l-industrija tal-karozzi, il-loġistika, il-kostruzzjoni, l-enerġija u s-servizzi,

—

SET hija attiva l-aktar fil-qasam tal-kummerċ tal-enerġija u s-servizzi relatati mal-enerġija fit-Turkija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9477 — STEAG/OYAK/SET

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+ 32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.