13.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/104


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/734

tal-10 ta’ Mejju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-28 ta’ Novembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1991 (2) li taħtar lis-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2019 sal-14 ta’ Ġunju 2020.

(3)

Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/904 (3), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi l-mandat ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2023.

(4)

Fl-10 ta’ Ġunju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/959 (4) li estendiet il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala Kap tal-Missjoni ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2022.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2022 sal-14 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa b’dan estiż għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2022 sal-14 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2022.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)   ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1991 tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo) (EULEX Kosovo/2/2019) (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 105)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/904 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 114).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/959 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2021) (ĠU L 212, 15.6.2021, p. 1).