|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1548 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1548
tal-25 ta’ Lulju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7, il-paragrafi (3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2023/1529. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġġeddu sas-27 ta’ Lulju 2026. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li jiġu aġġornati l-entrati li jikkonċernaw żewġ persuni u entità waħda deżinjati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1529/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1529, intitolat “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati 7 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-lista intitolata “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, l-entrata 20 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1548/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)