|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7187 |
27.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11724 - SCHWENK / GOLDBECK / CONFINITY JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7187)
1.
Fl-20 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Schwenk Zement GmbH & Co. KG (iktar “il quddiem ‘Schwenk Group’, il-Ġermanja), |
|
— |
Aurum Private Equity GmbH (iktar” il quddiem “Goldbeck Group”, il-Ġermanja). |
Schwenk Group u Goldbeck Group se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Confinity GmbH & Co. KG.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Schwenk Group huwa prinċipalment attiv fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-siment, il-konkrit imħallat lest, ir-ramel u ż-żrar, il-ġestjoni tar-riċiklaġġ, is-servizzi tal-ippumpjar tal-konkrit, u l-produzzjoni ta’ materjali tal-bini, u sistemi għal firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ materjal tal-bini fiż-ŻEE, |
|
— |
Goldbeck Group huwa prinċipalment attiv bħala kostruttur ġenerali u fornitur ta’ servizzi tal-bini għal bini residenzjali u mhux residenzjali fiż-ŻEE. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Confinity GmbH & Co. KG se jkunu prinċipalment dawn li ġejjin:|
— |
l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ taħlitiet innovattivi magħmula minn materjali u komponenti tal-konkrit u materjali u komponenti oħra marbutin b’mod idrawliku li jużaw taħlitiet bħal dawn fiż-ŻEE. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11724 - SCHWENK / GOLDBECK / CONFINITY JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7187/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)