European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2633

6.5.2026

Avviż għall-attenzjoni ta' Babbar Khalsa, Communist Party of the Philippines, inkluż New People's Army (NPA), Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), Ejército de Liberación Nacional (“National Liberation Army”), Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi' – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), (magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People's Liberation Army/Front/Party”) u The Base, inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi u entitajiet koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 dwar miżuri restrittivi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(C/2026/2633)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Babbar Khalsa, Communist Party of the Philippines, inkluż New People's Army (NPA), Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), Ejército de Liberación Nacional (“National Liberation Army”), Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi' – “DHKP/C” Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi' – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), (magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People's Liberation Army/Front/Party”) u The Base, gruppi li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 (1) u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/456 tas-26 ta' Frar 2026 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2).

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-gruppi msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Il-gruppi kkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-13 ta' Mejju 2026, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations)

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L, 2026/455, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/455/oj.

(2)   ĠU L, 2026/456, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/456/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2633/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)