|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/633 |
27.1.2025 |
Notifika preliminari ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11831 — BNPP LCTIEF / MET 6 / ARKOLIA)
Il-Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/633)
1.
Fis-17 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas Asset Management Europe (“BNPP AM”, Franza), kumpanija tal-ġestjoni tal-assi ta’ BNP Paribas Low Carbon Transition Infra Equity Fund I S.L.P (“BNPP LCTIEF”, Franza), li tappartjeni għal BNP Paribas Group (“BNPP”, Franza), |
|
— |
Mirova Energy Transition 6 S.L.P. (“MET 6”, Franza), fond ta’ investiment immexxi minn Mirova SA, (“Mirova”, Franza), ikkontrollat minn Natixis Investment Managers Participations I (“Natixis IMP I”, Franza), sussidjarja ta’ Natixis S.A. (“Natixis”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar proprjetà ta’ BCPE, SA (“BCPE”, Franza), u |
|
— |
Arkolia Energies SAS (“Arkolia”, Franza). |
BNPP AM u MET 6 se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Arkolia.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BNPP AM toffri soluzzjonijiet ta’ investiment għal dawk li jfaddlu, kumpaniji u investituri istituzzjonali individwali, u permezz tal-BNPP LCTIEF tinvesti fi proġetti ta’ infrastruttura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju f’diversi setturi, b’mod partikolari dawk relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija, bħall-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, l-ekonomija ċirkolari u l-qbid tal-karbonju. BNPP AM u BNPP LCTIEF jappartjenu għal BNPP, grupp bankarju Franċiż, |
|
— |
MET 6 huwa fond ta’ investiment ġestit minn Mirova, ġestit minn Natixis, u jispeċjalizza f’investimenti responsabbli, inklużi soluzzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli fil-mobbiltà, l-enerġija, il-bini u l-bliet, il-konsum, ir-riżorsi, is-saħħa, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-finanzi. |
3.
L-attivitajiet ta’ Arkolia huma l-iżvilupp, l-installazzjoni u l-ġestjoni ta’ unitajiet fotovoltajċi, tal-enerġija mir-riħ u tal-metanizzazzjoni, kif ukoll stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.
4.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11831 – BNPP LCTIEF / MET 6 / ARKOLIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
L-indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/633/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)