Official Journal L 050 , 22/02/1978 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0173
Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0173
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0249
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0249
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 tal-20 ta’ Frar 1978 dwar l-akkreditazzjoni ta’ sigurtajiet, depożiti u garanziji mogħtija taħt il-politika agrikola komuni u sussegwentement sekwestrati IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 miġjub fih, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2788/72 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(2) miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Billi taħt regolamenti tal-Komunità, sigurtajiet numerużi huma meħtieġa f’konnessjoni ma operati li għandhom x’jaqsmu ma prodotti agrikoli; billi disposizzjoni trid issir għall-akkreditazzjoni ta'sigurtajiet bħal dawn f'każijiet fejn ikunu sekwestrati; Billi fil-maġġoranza tal-każijiet fejn siguratjiet huma sekwestrati, l-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) isofri telf finanzjarju jew għaliex iffinanzja miżura u l-operatur naqas li jilħaq l-obbligazzjonjiet tiegħu jew għaliex nuqqas bħal dan mill-operatur sussegwentement idaħħal il-FAEGG fi spiża; billi telf bħal dan għandu kosegwentement jiġi rimedjat permezz ta' l-użu ta' sigurtajiet sekwestrati biex inaqqsu l-ispiża tal-FAEGG; Billi, madankollu, sigurtajiet li ma jkoprux riskju ta’ telf finanzjarju mill-FAEGG għandhom jinżammu mill-Istati Membri; Billi sigurtajiet sekwestrati rigward operati ta’ għajnuna fl-ikel għandhom jintużaw biex titnaqqas l-ispiża konċernata; Billi huwa tajjeb ukoll li sigurtajiet sekwestrati bħala parti minn operat speċifiku għandhom jintużaw biex inaqqsu l-ispiża li għandha x’taqsam ma dak it-tip ta’ operat; Billi regoli simili diġa jeżistu f’ċerti setturi; billi għandhom jiġu mħassra, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal kull sigurtà, depożitu jew garanzija fornita skond id-disposizzjonijiet adottati taħt il-politika agrikola komuni (minn issa l quddiem riferita bħala "sigurtà"). 2. Madankollu, dan ir-Regolament m’għandux jgħodd għal kull sigurtà fornita (a) f’ konnessjoni mal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni jew importazzjoni ma’ jew mingħajr fissar bil-quddiem ta’ ammonti; (b) taħt proċedura ta’ l-għoti ta’ l-offerti għall-uniku għan li jiżgura s-sottomissjoni permezz ta’ dawk li jagħmlu l-offerti ġenwini; (ċ) sabiex jiġi garantit dazju li jikkostitwixxi parti mir-risorsi stess tal-Komunita kif definit fid-Deċiżjoni Nru 70/243/KEFA, KEE, Euratom [4], fejn l-ammont ta’ dazju bħal dan diġa’ ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2891/77 [5] u disponibbli lill-Kummissjoni. Artikolu 2 1. Kull sigurtà riferita fl-Artikolu 1 li hija sekwestrata għandha tintuża fl-intier tagħha mill-awtoritajiet jew il-korpi fl-Istati Membri biex tnaqqas l-ispiża tal-FAEGG. 2. Madankollu, kull sigurtà li hija sekwestrata rigward operati ta’ għajnuna fl-ikel għandha tintuża mill-awtoritajiet jew korpi li jħallsu fl-Istati Membri biex titnaqqas l-ispiża ta’ l-għajnuna fl-ikel konċernata. Artikolu 3 1. Kull sigurtà riferita fl-Artikolu 2(1) għandha titnaqqas: (a) mir-rifużjonijiet konċernati jekk l-operat kompletat jew propost rigward liema ġiet fornita s-sigurtà jikkonċerna kummerċ ma’ pajjiżi terzi; (b) mill-ispiża ta’ l-intervent konċernata fil-każijiet l-oħra kollha. 2. Jekk l-ispiża li trid titħallas mill-FAEGG hija appoġġjata minn kontijiet, kontijiet bħal dawn għandhom jiġu akkreditati ma’ kull sigurtà riferita fl-Artikolu 2(1). Artikolu 4 L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2306/70 tal-10 ta’ Novembru 1970 dwar il-finanzjament ta’ l-ispiża ta’ l-intervent rigward is-suq intern f’ ħalib u prodotti tal-ħalib [6] u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 786/69 tat-22 ta’ April 1969 dwar il-finanzjament ta’ l-ispiża ta’ l-intervent rigward is-suq intern fi żjut u xaħmijiet [7] huma hawnhekk imħassra. Artikolu 5 Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adotti b’mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika għal kull sigurtà sekwestrata mill-1 ta’ Jannar 1978. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 1978. Għall-Kunsill Il-President Per Hækkerup [1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. [2] ĠU L 295, tat-30.12.1972, p. 1. [3] ĠU C 125, tat-8.6.1976, p. 34. [4] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 19. [5] ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 1. [6] ĠU L 249, tas-17.11.1970, p. 4. [7] ĠU L 105, tat-2.5.1969, p. 1. --------------------------------------------------