|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 50/2011
tal-20 ta’ Mejju 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) li hemm mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 47 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 238/2010 tat-22 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżit għall-ittikettjar tax-xarbiet li fihom volum ta’ aktar minn 1,2 % ta’ alkoħol u li fihom ċerti koloranti tal-ikel (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(9) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/67/KE tal-20 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva 2008/84/KE li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ike apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(10) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/69/UE tat-22 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE dwar addittivi tal-ikel għajr kuluri u ħlewwiet (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 62/2645/KEE (11) u 78/663/KEE (12), id-Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE (13), id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE (14) u d-Deċiżjoni Nru 292/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) li huma inkorporati fil-Ftehim u għandhom għalhekk jiġu rrevokati skont il-Ftehim. |
|
(12) |
Ir-Regoalment (KE) Nru 1334/2008 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE (16), id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (17) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/389/KEE (18) li huma inkorporati fil-Ftehim u għandhom għalhekk jiġu rrevokati skont il-Ftehim. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test fil-punti 1 (Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962), 16 (Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE), 29 (Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE), 44 (Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE), 45 (Deċiżjoni tal-Kunsill 88/389/KEE), 46 (Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE) u 54u (Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 292/97/KE) għandu jistħassar. |
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 18 (Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 32 (Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE):
|
|
4. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 54q (Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
5. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zb (il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill Nru 95/2/KE):
|
|
6. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zq (Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE):
|
|
7. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzzzg (Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE):
|
|
8. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzzo (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009):
|
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 3 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II mal-Ftehim:
|
“— |
32008 R 1334: Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 354, 31.12.2008. p. 34).” |
Artikolu 3
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999) fl-Appendiċi I tal-Protokoll 47 għall-Ftehim:
|
“— |
32008 R 1332: Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 354, 31.12.2008. p. 7).” |
Artikolu 4
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1332/2008, (KE) Nru 1333/2008, (KE) Nru 1334/2008, (UE) Nru 238/2010 u (UE) Nru 257/2010 u d-Direttivi 2010/67/UE u 2010/69/UE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 30.
(2) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(3) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(4) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.
(5) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(6) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(7) ĠU L 75, 23.3.2010, p. 17.
(8) ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19.
(9) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 17.
(10) ĠU L 279, 23.10.2010, p. 22.
(11) ĠU 115, 11.11.1962, p. 2645/62.
(12) ĠU L 223, 14.8.1978, p. 7.
(13) ĠU L 257, 10.9.1981, p. 1.
(14) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.
(15) ĠU L 48, 19.2.1997, p. 13.
(16) ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61.
(17) ĠU L 42, 15.2.1991, p. 25.
(18) ĠU L 184, 15.7.1988, p. 67.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.