|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/578 |
4.1.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Frar 2022
dwar l-Artikolu 21, paragrafu 4, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004
(Kawża M.10494 – VIG/AEGON CEE (Proċedura tal-Artikolu 21))
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(C/2024/578)
Fil-21 ta’ Frar 2022 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 21(4) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2
I. IL-PARTIJIET U L-OPERAZZJONI
|
(1) |
Vienna Insurance Group AG Wiener Versicherung Gruppe (“VIG”) hija l-kumpanija possedenti tal-Grupp tal-Assigurazzjoni ta’ Vjenna, grupp internazzjonali tal-assigurazzjoni li għandu l-kwartieri ġenerali fl-Awstrija. Hija twettaq in-negozju tagħha permezz ta’ sussidjarji u fergħat fi 30-il pajjiż, prinċipalment fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż fl-Ungerija permezz tas-sussidjarji lokali tagħha). Hija toffri servizzi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja. |
|
(2) |
AEGON N.V. (“AEGON”) huwa grupp tal-assigurazzjoni bil-kwartieri ġenerali fin-Netherlands. In-negozji Ungeriżi, Pollakki, Rumeni u Torok tagħha (“AEGON CEE”) huma attivi fl-oqsma tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, tan-negozju tal-fondi tal-pensjonijiet, tas-servizzi tal-ġestjoni tal-assi u tas-servizzi anċillari relatati. Is-sussidjarji Ungeriżi ta’ Aegon li jiffurmaw parti minn AEGON CEE jissejħu “AEGON Hungary”. |
|
(3) |
VIG għandha l-intenzjoni li tikseb kontroll esklużiv ta’ AEGON CEE (it-“Tranżazzjoni”). VIG u AEGON iffirmaw Ftehim ta’ Bejgħ u Xiri għal dan il-għan fid-29 ta’ Novembru 2020 (il-“FBX”). |
|
(4) |
L-akkwist jikkostitwixxi konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. VIG innotifikat l-akkwist propost lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 2021. Wara r-rieżami tagħha, il-Kummissjoni approvat mingħajr kundizzjonijiet it-Tranżazzjoni fit-12 ta’ Awwissu 2021. |
II. SOMMARJU
A. Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
|
(5) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jagħti lill-Kummissjoni ġuriżdizzjoni unika biex teżamina konċentrazzjonijiet b’dimensjoni tal-Unjoni u jipprevedi li l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-kompetizzjoni għal tali konċentrazzjonijiet. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-interessi leġittimi, tali miżuri jridu jkunu meħtieġa u proporzjonati, u kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-UE. |
|
(6) |
Is-sigurtà pubblika, flimkien mal-pluralità tal-midja u r-regoli prudenzjali, huma interessi rikonoxxuti bħala leġittimi skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“interessi rikonoxxuti”). Il-miżuri mmirati lejn il-protezzjoni ta’ dawn l-interessi rikonoxxuti li jistgħu jipprojbixxu, jissottomettu għal kundizzjonijiet jew jippreġudikaw konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-Unjoni jistgħu jiġu adottati u jidħlu fis-seħħ mingħajr komunikazzjoni minn qabel u approvazzjoni mill-Kummissjoni, dment li ġenwinament jimmiraw li jipproteġu interess rikonoxxut u jkunu f’konformità ċara mal-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri nazzjonali mmirati lejn il-protezzjoni ta’ interessi oħra minbarra l-“interessi rikonoxxuti” msemmija hawn fuq iridu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżerċita kontroll qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom (l-“Obbligi ta’ Komunikazzjoni u ta’ Waqfien Totali”). |
|
(8) |
Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat l-effet utile tal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) li jimponi fuq l-UE u l-Istati Membri obbligu ta’ kooperazzjoni sinċiera, il-Komunikazzjoni u l-Obbligi ta’ Waqfien Totali japplikaw ukoll kull meta għall-miżuri nazzjonali jkollhom l-għan li jipproteġu interess rikonoxxut meta jkun hemm dubji raġonevoli dwar jekk dawn il-miżuri ġenwinament għandhomx l-għan li jipproteġu “interess rikonoxxut” u / jew jikkonformawx mal-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni (2). |
B. Id-Deċiżjoni ta’ Veto adottata mill-Ungerija
|
(9) |
Fit-28 ta’ Novembru 2020, il-gvern Ungeriż adotta digriet, li jestendi l-ambitu tal-Leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-Investiment Dirett Barrani (“IDB”) bħala parti mill-istat ta’ emerġenza li kien ġie ddikjarat fil-kuntest tal-pandemija tal-coronavirus. Din l-estensjoni tfisser li l-akkwisti minn impriża minn kwalunkwe Stat Membru tal-UE għajr l-Ungerija, ta’ impriżi Ungeriżi attivi fis-settur tal-assigurazzjoni huma koperti mil-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-IDB u għalhekk jistgħu jiġu eżaminati mill-Gvern Ungeriż, li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jopponihom. |
|
(10) |
Abbażi ta’ din il-leġiżlazzjoni emendata dwar l-IDB, VIG innotifikat l-akkwist tagħha ta’ AEGON Hungary lill-Ministeru Ungeriż għall-Intern. Fis-6 ta’ April 2021, il-Ministru għall-Intern tal-Ungerija adotta deċiżjoni li tipprojbixxi l-akkwist propost minn VIG ta’ AEGON Hungary (id-“Deċiżjoni ta’ Veto”), mingħajr ma pprovda ebda ġustifikazzjoni oħra ħlief li t-Tranżazzjoni tikser l-interess tas-sigurtà nazzjonali tal-Ungerija. |
|
(11) |
Fil-5 ta’ Mejju 2021, VIG ippreżentat appell kontra d-Deċiżjoni ta’ Veto quddiem il-Qorti Metropolitana ta’ Budapest. Sussegwentement, AEGON ġiet ammessa fil-proċedimenti bħala parti interessata. Fil-31 ta’ Awwissu 2021, il-Qorti Metropolitana ta’ Budapest ċaħdet l-appell ta’ VIG. Fid-19 ta’ Ottubru 2021, VIG u AEGON ippreżentaw appell kontra s-sentenza tal-Qorti Metropolitana ta’ Budapest quddiem il-Qorti Suprema Ungeriża. Il-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema Ungeriża għadhom għaddejjin. |
C. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni
|
(12) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni rigward il-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni ta’ Veto mal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(13) |
Fl-20 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija dwar il-konklużjoni preliminari tagħha li d-Deċiżjoni ta’ Veto kienet inkompatibbli mal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u talbet lill-Ungerija biex tipprovdi l-osservazzjonijiet tagħha dwar din il-konklużjoni preliminari. |
|
(14) |
Fl-10 ta’ Frar 2022, l-Ungerija wieġbet għall-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rrevediet l-argumenti tal-Ungerija u kkunsidrathom b’mod xieraq meta ffurmat il-konklużjonijiet tagħha riflessi fid-Deċiżjoni. |
D. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni
|
(15) |
Il-Kummissjoni sabet li:
|
|
(16) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm dubji raġonevoli dwar jekk id-Deċiżjoni ta’ Veto ġenwinament għandhiex l-għan li tipproteġi interess leġittimu (sigurtà pubblika) u hijiex kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni ta’ Veto kellha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni (u approvata minnha) qabel l-implimentazzjoni tagħha u għalhekk kien hemm ksur tal-Komunikazzjoni u l-Obbligi ta’ Waqfien Totali. |
|
(17) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni investigat il-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni ta’ Veto mal-prinċipji ġenerali u mad-dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-UE u b’mod partikolari mal-libertà tal-istabbiliment skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni ta’ Veto tirrestrinġi l-libertà ta’ stabbiliment ta’ VIG. L-Ungerija ma wrietx bl-istandard meħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Veto ittieħdet biex tipproteġi minn theddida ġenwina u serja biżżejjed għas-sigurtà pubblika, b’tali mod li din ir-restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata bħala deroga mil-libertà tal-istabbiliment. Barra minn hekk, l-Ungerija naqset milli turi li d-Deċiżjoni ta’ Veto hija xierqa u proporzjonata għall-għan tagħha li tissalvagwardja s-sigurtà pubblika. |
|
(19) |
Konsegwentement, id-Deċiżjoni ta’ Veto hija inkompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Veto mhijiex kompatibbli mal-prinċipji ġenerali u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, u għalhekk tmur kontra l-Artikolu 21(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
III. KONKLUŻJONI
|
(20) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-Ungerija kisret l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 billi adottat, mingħajr komunikazzjoni u approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni tal-Ministru Ungeriż għall-Intern tas-6 ta’ April 2021 li tipprojbixxi l-akkwist ta’ AEGON Hungary minn VIG, li hija inkompatibbli mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk tinterferixxi indebitament mal-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-Unjoni. |
|
(21) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni tordna lill-Ungerija biex tirtira d-Deċiżjoni ta’ Veto sat-18 ta’ Marzu 2022. |
(2) Ara l-prattika passata tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006 fil-Każ M.4197 E.ON / Endesa, il-paragrafu 27; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 fil-Każ M.4197 E.ON / Endesa, il-paragrafu 24; u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 1999 fil-Każ M.1616 BSCH / Champalimaud (miżuri interim), il-paragrafi 65-67. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li deċiżjoni tal-Kummissjoni li ssegwi dan l-approċċ ma kien fiha l-ebda żball manifest ta’ ġudizzju - sentenza tas-6 ta’ Marzu 2008 fil-Kawża C-196/07 Il-Kummissjoni vs Spanja, C-196/07, UE:C:2008:146, il-paragrafi 35-36
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/578/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)