|
19.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 370/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1828
tas-7 ta’ Ottubru 2021
dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej bit-titolu “Stop (((5G))) — Stay Connected but Protected” [“Waqqfu l-(((5G))) — Nibqgħu Konnessi imma Protetti”] skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021) 7293)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Talba għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Waqqfu l-(((5G))) - Nibqgħu Konnessi imma Protetti” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Awwissu 2021. |
|
(2) |
L-għanijiet tal-inizjattiva kif espressi mill-organizzaturi huma: “L-implimentazzjoni tal-5G qed tipperikola d-drittijiet tagħna għal ambjent b’saħħtu, għal-libertà u għall-privatezza. Nappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni li tipproteġi liċ-ċittadini u lill-ambjent minn dan it-theddid:
|
|
(3) |
L-anness jipprovdi dettalji ulterjuri dwar is-suġġett u l-objettivi tal-inizjattiva, li jelenka 23 sejħa għal azzjoni, imsejħin “proposti li jridu jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni”. Aktar informazzjoni dwar it-23 sejħa għal azzjoni hija pprovduta f’dokument ippreżentat bħala “abbozz ta’ att legali”. Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda wkoll traduzzjonijiet tal-objettivi f’għadd ta’ lingwi tal-Unjoni bħala “informazzjoni addizzjonali”. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-ewwel objettiv, l-inizjattiva telenka l-għaxar sejħiet għal azzjoni li ġejjin:
|
|
(5) |
Fir-rigward tat-tieni objettiv, l-inizjattiva telenka t-tmien sejħiet għal azzjoni li ġejjin:
|
|
(6) |
Fir-rigward tat-tielet objettiv, l-inizjattiva tistabbilixxi l-ħames sejħiet għal azzjoni li ġejjin:
|
|
(7) |
Fir-rigward tas-sejħiet għal azzjoni biex jiġi implimentat l-ewwel objettiv tal-inizjattiva, li tiġi adottata “regolamentazzjoni biex il-ħajjiet kollha jiġu protetti mill-frekwenza tar-radju u r-radjazzjoni tal-mikromewġ”, sa fejn uħud minn dawn għandhom l-għan li jintroduċu miżuri li jwasslu għat-titjib, b’mod partikolari, tal-ambjent tax-xogħol biex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali skont l-Artikolu 153(2) tat-Trattat. |
|
(8) |
Fir-rigward tas-sejħiet għal azzjoni biex jiġi implimentat l-ewwel objettiv tal-inizjattiva li tikkonċerna l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Direttiva (UE) 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-Tagħmir tar-Radju (3) jew proposti bl-għan li jkun hemm regoli li jipprevedu ttestjar aktar komplut ta’ apparati u antenni bla fili, sa fejn dawn għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat. |
|
(9) |
L-inizjattiva titlob ukoll proposta biex il-“konnessjonijiet bla fili [jiġu sostitwiti] b’kejbils” fid-dawl tal-effetti dannużi għall-bnedmin tal-RFEMF. Sa fejn dik il-proposta għandha l-għan li jkun hemm miżuri ta’ inċentiva maħsuba biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem, u miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ, it-twissija bikrija ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih, bl-esklużjoni ta’ miżuri biex jiġu armonizzati l-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti abbażi tal-Artikolu 168(5) tat-Trattat. |
|
(10) |
Sa fejn xi wħud mis-sejħiet għal azzjoni biex jiġu implimentati l-ewwel żewġ inizjattivi għandhom l-għan li jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent, jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali abbażi tal-Artikolu 192(1) tat-Trattat. |
|
(11) |
Sa fejn waħda mis-sejħiet għal azzjoni biex jiġi implimentat it-tieni objettiv tal-inizjattiva titlob aġġornament tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposta għal att legali abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat. |
|
(12) |
L-inizjattiva fiha ħames sejħiet għal azzjoni sabiex jinkiseb l-objettiv tat-tielet inizjattiva li tiġi adottata “protezzjoni effettiva tad-data biex il-privatezza, is-sigurtà u l-libertà tagħna jkunu salvagwardjati”. Sa fejn dawk is-sejħiet għal azzjoni jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għal atti legali relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u r-regoli relatati mal-moviment liberu ta’ dik id-data, dawk il-proposti jistgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 16(2) tat-Trattat. |
|
(13) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda parti mill-inizjattiva ma taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati. |
|
(14) |
Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjonijiet fattwali u sostantivi konkreti meħtieġa biex il-Kummissjoni taġixxi, inklużi l-konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà u l-kompatibilità mad-drittijiet fundamentali, jkunux issodisfati f’dan il-każ. |
|
(15) |
Uħud mit-23 sejħa għal azzjoni, b’mod partikolari l-miżuri msemmijin fin-numri 4, 7, 12, 13, 17, 18 u 23, ma jitolbux lill-Kummissjoni tadotta proposta għal att legali tal-Unjoni iżda jidhru li huma anċillari jew preparatorji għal dawk li jitolbu proposti għal atti legali. Peress li l-Kummissjoni mhijiex mitluba tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni fir-rigward ta’ ebda waħda minn dawk il-miżuri, dawn tal-aħħar ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2019/788 biex jiġu rreġistrati bħala parti mis-suġġett tal-inizjattiva. Dawk il-miżuri għalhekk imorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tadotta proposta għal att legali fl-oqsma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva, tkun tista’ tikkunsidra wkoll li tqis uħud minn dawk l-elementi fil-proposta tagħha. |
|
(16) |
Il-grupp ta’ organizzaturi pprovda evidenza xierqa li huwa jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/788 u ħatar il-persuni ta’ kuntatt f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(17) |
L-inizjattiva la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(18) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-inizjattiva intitolata “Waqqfu l-(((5G))) - Nibqgħu Konnessi imma Protetti” tiġi rreġistrata. |
|
(19) |
Il-konklużjoni li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2019/788 huma ssodisfati ma timplikax li l-Kummissjoni bl-ebda mod tikkonferma l-korrettezza fattwali tal-kontenut tal-inizjattiva, li hija r-responsabbiltà unika tal-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva. Il-kontenut tal-inizjattiva jesprimi biss il-fehmiet tal-grupp ta’ organizzaturi, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies li jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva intitolata “Waqqfu l-(((5G))) — Nibqgħu Konnessi imma Protetti” għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-grupp ta’ organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini bit-titolu “Waqqfu l-(((5G))) — Nibqgħu Konnessi imma Protetti”, irrappreżentat mis-Sa Pernille SCHRIVER u s-Sa Elisabeth Birgit MADSEN li jaġixxu bħala persuni ta’ kuntatt.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Věra JOUROVÁ
Viċi President
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(3) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(4) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).