|
12.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1342
tal-14 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-istandard Ewropew EN 1873 dwar it-tamboċċi tal-plastik individwali ġie adottat inizjalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fl-2005 u l-istandard Ewropew EN 14963 dwar it-tamboċċi tal-plastik kontinwi fl-2006. Dawk l-istandards armonizzati ma kienx fihom klassifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-prodotti koperti minnu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-permeabbiltà tal-arja. |
|
(2) |
Sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq aħjar, il-verżjonijiet il-ġodda ta' dawk l-istandards, EN 1873-1, EN 1873-2 u EN 1873-3, li jkopru t-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u l-aperturi tas-saqaf, kif ukoll EN 14963 jenħtieġ li jinkludu klassifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-prodotti koperti minnhom fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-permeabbiltà tal-arja. Il-klassifikazzjoni jenħtieġ li tipprevedi tliet klassijiet ta' prestazzjoni. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tal-bini jistgħu jiġu stabbiliti sew mill-Kummissjoni sew minn korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni fuq il-bażi ta' mandat rivedut maħruġ mill-Kummissjoni. Minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti klassijiet ta' prestazzjoni addizzjonali mill-aktar fis possibbli, il-klassijiet ta' prestazzjoni ġodda jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dak ir-Regolament, dawk il-klassijiet iridu jintużaw fi standards armonizzati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf, huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf
|
Klassi |
Valur tal-limitu inferjuri tal-Pressjoni Interna (4 Pa) |
Valur tal-limitu superjuri tal-Pressjoni Interna (100 Pa) |
||||||
|
Permeabbiltà tal-Arja (f'm3/(h,m)) |
||||||||
|
A (*1) |
< 1,4 |
< 12 |
||||||
|
B |
≥ 1,4 |
≥ 12 |
||||||
|
C |
≥ 6 |
≥ 50 |
||||||
|
Nota: Il-konfini tal-klassijiet użati f'din it-Tabella jistgħu jiġu derivati mill-formula li ġejja:
Fejn:
|
||||||||
(*1) Fil-każ tal-klassi A, minbarra d-dikjarazzjoni tal-klassi, għandu jiġi ddikjarat ukoll l-agħar kejl minn fost il-passi ta' pressjoni kollha bl-użu tal-mudell li ġej: Klassi A (pressjoni interna (100 Pa), rata ta' tnixxija vvalutata).