|
16.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9491 — Ardagh Group/OTPP-Element/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 311/05)
1.
Fil-5 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ardagh Group S.A. (il-Lussemburgu) (“Ardagh”), |
|
— |
Element Holdings II LLP (l-Istati Uniti tal-Amerka) (“Element”), u l-kumpanija omm tagħha l-Ontario Teachers’ Pension Plan Board (il-Kanada) (“OTPP”) |
|
— |
Impriża konġunta ġdida (“JV”) (in-Netherlands). |
Ardagh u OTPP jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa bil-kontribut tan-negozju ta’ Element u dak tan-negozju tal-Ikel u tal-Ispeċjalitajiet ta’ Ardagh fil-JV.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ardagh hija l-kumpanija azzjonarja ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji li huma prinċipalment attivi fil-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ imballaġġ riġidu għall-industriji tal-ikel, ix-xorb u l-prodotti tal-konsumatur. Hija tipprovdi firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-imballaġġ tal-ħġieġ u tal-metall għal varjetà ta’ swieq aħħarin fuq bażi globali, |
|
— |
Element, permezz ta’ sussidjarja ta’ EXAL waħda jew aktar, posseduti kollha, timmanifattura u tbigħ prodotti tal-imballaġġ tal-metall. Il-prodotti tal-imballaġġ tal-metall ta’ Exal jikkonsistu minn bottijiet tal-aerosol tal-aluminju li jintużaw biex jiġu ppakkjati prodotti tas-sbuħija, tal-kura personali, farmaċewtiċi, tal-ikel u l-prodotti għall-kura tad-dar; kif ukoll il-fliexken tal-aluminju għax-xarbiet, |
|
— |
OTPP huwa pjan tal-pensjoni indipendenti għal professjoni unika li jittratta l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u tal-investiment tal-assi fil-pjan tal-pensjoni. |
|
— |
Wara t-tranżazzjoni, l-impriża konġunta (JV) se tkun attiva f’imballaġġ tal-metall, speċifikament fil-produzzjoni tal-ikel, tan-nutrizzjoni, taż-żebgħa u l-kisi, tal-aerosols u ta’ bottijiet għal prodotti speċjalizzati oħra, kif ukoll fil-produzzjoni tal-fliexken tal-aluminju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9491 — Ardagh Group/OTPP-Element/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Fax +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).