<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-27/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0027</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180705">5.7.2018</DATE> – Kawża C-27/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">flyLAL-Lithuanian Airlines</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjonijiet speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 3 tal-Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Materji ta’ delitt jew kważi delitt</KEYWORD><KEYWORD>Post fejn seħħ il-fatt dannuż</KEYWORD><KEYWORD>Post fejn tkun seħħet il-ħsara u post tal-fatt li kkawża l-ħsara</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn aġir antikompetittiv imwettaq fi Stati Membri differenti</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 5 tal-Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Operat ta’ fergħa</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑27/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AB</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/><HT TYPE="BOLD">flyLAL-Lithuanian Airlines</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, fi stralċ,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Starptautiskā lidosta <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Rīga<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> VAS,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Air Baltic Corporation<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> AS,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ŽIA Valda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> AB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>VA Reals<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> AB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader (Relatur), A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>flyLAL-Lithunian Airlines<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, minn R. Audzevičius, advokatas,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Starptautiskā lidosta <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Rīga<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> VAS, minn R. Simaitis, M. Inta u S. Novicka advokatai,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Air Baltic Corporation<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> AS, minn R. Zaščiurinskaitė, D. Pāvila, D. Bublienė, I. Norkus u G. Kaminskas, advokatai,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ŽIA Valda<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> AB u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>VA Reals<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> AB, minn P. Docka, advokatas,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u R. Dzikovič, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kucina u J. Davidoviča, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, G. Meessen u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>flyLAL-Lithuanian Airlines<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>flyLAL<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Litwan fi stralċ, kif ukoll il-partijiet intervenjenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ŽIA Valda<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> AB u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>VA Reals<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> AB, u min-naħa l-oħra, żewġ kumpanniji rregolati mid-dritt Latvjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Starptautiskā lidosta <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Riga<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> VAS (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ajruport ta’ Riga<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Air Baltic Corporation<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> AS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Air Baltic<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), intiża għal dikjarazzjoni li l-allegat aġir antikompetittiv adottat mill-ajruport ta’ Riga u Air Baltic imur kontra l-Artikoli 101 u 102 TFUE u sabiex dawn jiġu kkundannati jħallsu kumpens għad-dannu riżultanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Brussell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata mill-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-konvenut domiċiljat fit-territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jitħarrek fi Stat kontraenti ieħor:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, quddiem il-qrati tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, quddiem il-qrati tal-post li fih ikunu jinstabu l-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 11, 12 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet [ikun jeħtieġ] fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżżata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, li jagħti ġurisdizzjoni ġenerali lill-qrati tal-Istat tad-domiċilju tal-konvenut, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara [post fejn il-fatt dannuż] jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjoni li toriġina mill-operazzjonijiet ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fil-qrati tal-post li fih ikunu jinstabu l-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 782 taċ-Civilinio proceso kodeksas (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), il-qorti għandha tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-proċedura pendenti quddiemha taqax fil-ġurisdizzjoni tal-qrati Litwani.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-kumpannija tal-ajru Litwana flyLAL kienet topera, b’mod partikolari, titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius (il-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-2004, il-kumpannija tal-ajru Latvjana Air Baltic bdiet topera titjiriet minn u lejn dan l-ajruport, u parti minn dawn it-titjiriet kellhom l-istess destinazzjonijiet bħal dawk li kienu moqdija minn flyLAL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li sostniet telf finanzjarju, flyLAL tqiegħdet fi stralċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li qieset li Air Baltic kienet eliminata mis-suq billi applikat prezzijiet predatorji fuq ċerti rotot tal-ajru minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius, li kienu ffinanzjati mit-tnaqqis, favur Air Baltic, tat-tariffi għas-servizzi tal-ajruport ipprovduti mill-ajruport ta’ Riga (il-Latvja), fit-<DATE ISO="20080822">22 ta’ Awwissu 2008</DATE>, flyLAL ippreżentat rikors quddiem il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja) kontra Air Baltic u l-ajruport ta’ Riga, intiż għall-kumpens, li jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">57874</FT> 768.30, għad-danni allegatament ikkawżati mill-aġir antikompetittiv tagħhom. FlyLAL sostniet ukoll li, wara li hija ġiet eliminata mis-suq b’dan il-mod, Air Baltic biddlet ir-rotta tal-maġġoranza tat-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius għall-ajruport internazzjonali ta’ Riga. ŽIA Valda u VA Reals, azzjonisti ta’ flyLAL, intervjenew fil-proċedura prinċipali insostenn ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fil-kuntest ta’ proċedura distinta minn dik fil-kawża prinċipali, b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20061122">22 ta’ Novembru 2006</DATE>, il-Latvijas Republikas Konkurences padome (il-Kunsill tal-Kompetizzjoni, il-Latvja), iddikjara li s-sistema ta’ tnaqqis ipprattikata mill-ajruport ta’ Riga mill-<DATE ISO="20041101">1 ta’ Novembru 2004</DATE>, li kienet tipprevedi tnaqqis sa 80 % għas-servizzi ta’ tlugħ, ta’ nżul u ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru, kienet tikser il-punt ċ tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE, li sar il-punt c tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, u ordnalu jwaqqaf din il-prattika. Żewġ kumpanniji tal-ajru, fosthom Air Baltic, kienu bbenefikaw minn din is-sistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) laqgħet parzjalment it-talbiet ta’ flyLAL billi kkundannat lil Air Baltic tħallasha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">16121094</FT> bħala danni, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 6 %. Min-naħa l-oħra, hija ċaħdet ir-rikors ta’ flyLAL sa fejn dan kien indirizzat kontra l-ajruport ta’ Riga kif ukoll it-talbiet ta’ ŽIA Valda u ta’ VA Reals.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li l-ajruport ta’ Riga u Air Baltic invokaw quddiem il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Litwani sabiex jieħdu konjizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, din il-qorti qabelxejn osservat, fl-imsemmija sentenza, li dan l-aspett kien diġà ġie deċiż mil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ din is-sentenza, il-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja), li kienet ċaħdet l-appelli ppreżentati mill-ajruport ta’ Riga u minn Air Baltic kontra digriet tal-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) tal-<DATE ISO="20080925">25 ta’ Settembru 2008</DATE>, li kien jordna, bħala miżuri provviżorji u kawtelatorji, it-tqegħid taħt sekwestru tal-beni mobbli u/jew immobbli kif ukoll tad-drittijiet għall-proprjetà ta’ Air Baltic u tal-ajruport ta’ Riga, ikkonstatat ukoll li l-qrati Litwani kellhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali abbażi tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001. L-imsemmija sentenza kienet is-suġġett ta’ talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni quddiem il-Augstākās tiesas Senāts (is-Senat tal-Qorti Suprema,<?PAGE NO="5"?> il-Latvja) u din il-qorti ħadet l-okkażjoni sabiex tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2319">EU:C:2014:2319</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) sussegwentement ikkonstatat li l-qrati Litwani bbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq l-Artikolu 5(3) u (5) tar-Regolament Nru 44/2001, sa fejn, minn naħa, l-aġir antikompetittiv li kkawża dannu lil flyLAL, b’mod partikolari, l-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji, l-aġġustament tal-ħinijiet tat-titjiriet, ir-reklamar illegali, it-tneħħija tat-titjiriet diretti kif ukoll it-trasferiment tat-traffiku tal-passiġġieri lejn l-ajruport internazzjonali ta’ Riga, kien seħħ fil-Litwanja u, min-naħa l-oħra, Air Baltic kienet topera fil-Litwanja permezz tal-fergħa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>FlyLAL, l-ajruport ta’ Riga u Air Baltic kif ukoll ŽIA Valda u VA Reals appellaw mis-sentenza tal-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) tas-<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tfakkar li mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2319">EU:C:2014:2319</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li t-tilwima fil-kawża prinċipali hija ta’ natura ċivili u kummerċjali u li hija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001. Hija tiddikjara, min-naħa l-oħra, li għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-punti 3 u 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001. Hija tispeċifika li għandha l-obbligu li tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha, f’dan l-istadju tal-proċedura, abbażi tal-Artikolu 782 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> previst fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, il-qorti tar-rinviju, wara li fakkret il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li dan il-kunċett ikopri kemm il-post fejn tkun seħħet il-ħsara u l-post tal-fatt li kkawża l-ħsara, tqis, l-ewwel nett, li d-determinazzjoni tal-post tal-fatt li kkawża l-ħsara ma hijiex faċli peress li, f’dan il-każ, atti li jistgħu jwasslu, flimkien jew b’mod iżolat, għal ħsara twettqu fi Stati Membri differenti, jiġifieri fil-Litwanja u fil-Latvja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tispeċifika li huwa paċifiku li Air Baltic ibbenefikat minn tnaqqis ta’ 80 % fuq il-prezzijiet tas-servizzi pprovduti mill-ajruport ta’ Riga. Din is-sistema ta’ tnaqqis tat lok għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni, tat-<DATE ISO="20061122">22 ta’ Novembru 2006</DATE>, li tikkonstata ksur tal-punt ċ tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE, li sar il-punt c tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE. Skont il-konvenuti fil-kawża prinċipali, dan it-tnaqqis kien bbażat fuq atti regolatorji, maħruġa mill-awtoritajiet Latvjani, u l-implimentazzjoni tiegħu seħħ biss fil-Latvja, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni tal-imsemmi tnaqqis, tal-provvista ta’ servizzi fl-ajruport ta’ Riga, kif ukoll permezz tal-profitt miksub minn Air Baltic. Min-naħa l-oħra, flyLAL tallega li din is-sistema ta’ tnaqqis, filwaqt li tikkostitwixxi abbuż minn pożizzjoni dominanti, hija bbażata fuq ftehim antikompetittiv konkluż bejn il-konvenuti fil-kawża prinċipali bi ksur tal-Artikolu 81 KE, li sar l-Artikolu 101 TFUE. Skont din tal-aħħar, minħabba l-profitti miksuba minn dan il-ftehim u minħabba s-sussidji trażversali pprattikati, Air Baltic kienet f’pożizzjoni li teżegwixxi atti antikompetittivi fl-ajruport ta’ Vilnius, inkluża l-prattika ta’ prezzijiet predatorji u operazzjonijiet marbuta mal-aġġustament tal-ħinijiet tat-titjiriet, ir-reklamar illegali u t-tneħħija tat-titjiriet wara li flyLAL irtirat mis-suq ikkonċernat. Għalhekk, fl-opinjoni tagħha, id-dannu allegat oriġina fil-Litwanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-post fejn seħħet il-ħsara, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li d-dannu allegatament sostnut minn flyLAL jikkonsisti fi profitti mitlufa matul is-snin 2004 sa 2008 fis-suq tat-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius. F’dan ir-rigward, din il-qorti tistaqsi dwar il-mod kif għandu jiġi kklassifikat dan id-dannu kif ukoll dwar il-post fejn dan seħħ, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-danni li jikkonsistu esklużivament f’telf finanzjarju, murija permezz tas-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950919">19 ta’ Settembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Marinari</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C-364/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:289">EU:C:1995:289</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040610">10 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Kronhofer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-168/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:364">EU:C:2004:364</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tistaqsi, it-tielet nett, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>operat ta’ fergħa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ma għandhiex dubju dwar il-fatt li l-fergħa ta’ Air Baltic fil-Litwanja, li l-attività tagħha tikkonsisti fit-trasport internazzjonali bl-ajru ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija u ta’ posta, tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>fergħa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-imsemmi artikolu. Hija tikkonstata wkoll li, mill-istatut ta’ din il-fergħa jirriżulta li hija kellha s-setgħa li tiffissa l-prezzijiet tat-titjiriet ta’ Air Baltic minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius. Madankollu, ma teżistix, skont din il-qorti, informazzjoni li turi li l-fergħa effettivament iffissat dawn il-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-attività tal-fergħa ta’ Air Baltic fil-Litwanja tistax tiġġustifika l-applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appel tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1.</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq [post fejn seħħ il-fatt dannuż]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> użata [fil-punt 3 tal-]Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001] għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-post tal-konklużjoni, mill-konvenuti, tal-ftehim illegali kontra [l-punt ċ tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 KE] [li sar il-punt c tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102] jew bħala li tirreferi għall-post fejn l-atti li jisfruttaw il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn dan il-ftehim twettqu, billi jintalbu prezzijiet predatorji (permezz ta’ sussidji trażversali) sabiex jikkompetu mar-rikorrenti fl-istess swieq inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dannu (profitti mitlufa) subit mir-rikorrenti f’din il-kawża bħala konsegwenza tal-fatti illegali mwettqa mill-konvenuti jista’ jitqies bħala ħsara fis-sens tal-[punt 3] tal-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-attività tal-fergħa tal-Air Baltic fil-Litwanja taqa’ fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>operazzjonijiet ta’ fergħa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> fis-sens tal-[punt 5] tal-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001]?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu jitfakkar li huwa biss b’deroga mir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li tattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huwa domiċiljat il-konvenut, li s-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament tipprevedi ċertu numru ta’ attribuzzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni speċjali, fosthom dik li tinsab fil-punti 3 u 5 tal-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament. Sa fejn kemm il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż, fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, kif ukoll dik tal-qrati tal-post fejn tkun tinsab fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor fir-rigward tal-kontestazzjonijiet dwar l-operat tagħhom, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 5 tal-istess regolament, jikkostitwixxu regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu u restrittiv, li ma jippermettix interpretazzjoni li tmur lil hinn mill-ipoteżijiet previsti b’mod espliċitu mill-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, fil-qasam ta’ operat ta’ fergħa, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19781122">22 ta’ Novembru 1978</DATE>, <NAME.CASE>Somafer</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:205">EU:C:1978:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, fil-qasam ta’ responsabbiltà delittwali, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, dawn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali previsti fil-punti 3 u 5 tal-Artikoli 5 tal-imsemmi regolament huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn il-kontestazzjoni u l-qrati li jistgħu jieħdu konjizzjoni tal-kawża, li jiġġustifika l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lil dawn tal-aħħar għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ta’ organizzazzjoni effettiva tal-proċeduri (ara, f’dan is-sens, fil-qasam ta’ operat ta’ fergħa, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19781122">22 ta’ Novembru 1978</DATE>, <NAME.CASE>Somafer</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:205">EU:C:1978:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, <NAME.CASE>Lloyd’s Register of Shipping</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:104">EU:C:1995:104</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, fil-qasam ta’ responsabbiltà delittwali, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171017">17 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bolagsupplysningen u Ilsjan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:766">EU:C:2017:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li jinsab fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, hija ġurisprudenza stabbilita li dawn it-termini jkopru kemm il-post fejn tkun seħħet il-ħsara kif ukoll il-post tal-fatt li kkawża din il-ħsara, b’tali mod li l-konvenut ikun jista’ jiġi mħarrek, fuq għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Wintersteiger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑523/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:220">EU:C:2012:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kolassa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-375/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:37">EU:C:2015:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, it-telf ta’ profitti allegat mill-vittma ta’ dan l-aġir jista’ jikkostitwixxi ħsara li fuqha tista’ tiġi bbażata l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Sa fejn il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment ukoll għat-twettiq ta’ tali ħsara, din id-domanda għandha tinftiehem, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, bħala relatata, b’mod partikolari, mad-determinazzjoni tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif tfakkar mill-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandha ssir distinzjoni bejn il-ħsara inizjali, li tirriżulta direttament mill-fatt li kkawża l-ħsara, li l-post tat-twettiq tiegħu jista’ jiġġustifika l-ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, mill-konsegwenzi dannużi sussegwenti li ma jistgħux jiġġustifikaw attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni abbażi ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-punti 14 u 15 tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950919">19 ta’ Settembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Marinari</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑364/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:289">EU:C:1995:289</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ma jistax jiġi interpretat b’mod estensiv tant li jinkludi kull post li fih jistgħu jinħassu l-konsegwenzi dannużi ta’ fatt li diġà kkawża ħsara li effettivament seħħet f’post ieħor. Konsegwentement, hija speċifikat li dan il-kunċett ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-post fejn il-vittma tallega li sofriet dannu patrimonjali li jsegwi ħsara inizjali li seħħet u ġġarrbet minnha fi Stat ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, fl-ewwel lok, jekk telf ta’ profitti, bħal dak allegat minn flyLAL, jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ħsara inizjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza, jew jekk jikkostitwixxix biss dannu finanzjarju bħala konsegwenza, li ma jistax jiġġustifika, waħdu, l-applikazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u, bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-fatti li għandha titwettaq mill-qorti tar-rinviju, il-profitti mitlufa allegati minn flyLAL jikkonsistu fit-telf allegatament imġarrab minħabba d-diffikultà ta’ operazzjoni b’mod profittabbli tat- titjiriet minn u lejn<?PAGE NO="8"?> l-ajruport ta’ Vilnius, minħabba l-prezzijiet predatorji pprattikati minn Air Baltic, li ġew iffinanzjati mit-tnaqqis tat-tariffi tal-ajruport li Air Baltic ibbenefikat minnhom qabel, permezz ta’ ftehim antikompetittiv konkluż mal-ajruport ta’ Riga. F’dan il-każ, kif ġie sostnut minn flyLAL waqt is-seduta, dan jikkonsisti b’mod partikolari f’telf ta’ bejgħ fuq ir-rotot tal-ajru minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius li kienu affettwati minn dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-kuntest ta’ allegat ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti barra minn netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva, li tirriżulta mill-offerta fuq siti internet ta’ prodotti li jaqgħu taħt dan in-netwerk, li t-tnaqqis tal-volum tal-bejgħ u t-telf ta’ profitti riżultanti, imġarrba minn distributur awtorizzat, jikkostitwixxu dannu li jirrendi applikabbli il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Concurrence</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:976">EU:C:2016:976</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi, ukoll, ikkunsidrat li profitti mitlufa li jikkonsistu, b’mod partikolari, f’telf ta’ bejgħ allegatament imġarrab minħabba aġir antikompetittiv kuntrarju għall-Artikoli 101 u 102 TFUE jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, li jippermetti li fuqu tiġi bbażata, bħala prinċipju, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ il-fatt dannuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni domanda hija intiża, fit-tieni lok, għall-istabbiliment tal-post fejn seħħet tali ħsara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta, minn naħa, li l-aġir allegatament antikompetittiv tal-konvenuti fil-kawża prinċipali affettwa s-suq tat-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius, li wassal, skont flyLAL, għal distorsjoni fil-kompetizzjoni fi ħdan dan is-suq. Min-naħa l-oħra, dan l-aġir ikkawża dannu lil flyLAL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, u fir-rigward ta’ telf imġarrab minn kumpannija tal-ajru fuq it-titjiriet operati minn u lejn il-kapitali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-imsemmija kumpannija, is-suq essenzjalment affettwat għandu jitqies li huwa dak tal-imsemmi Stat Membru li fuqu l-imsemmija kumpannija tiżviluppa il-parti l-kbira tal-attivitajiet ta’ bejgħ tagħha relatati ma tali titjiriet, jiġifieri s-suq Litwan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Meta s-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv ikun jinsab fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun allegatament seħħet il-ħsara allegata, għandu jiġi kkunsidrat li l-post fejn tkun seħħet il-ħsara, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, huwa f’dan l-Istat Membru. Din is-soluzzjoni, ibbażata fuq il-konkordanza ta’ dawn iż-żewġ elementi, tirrispondi, fil-fatt, għall-għanijiet ta’ prossimità u ta’ prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, sa fejn, minn naħa, il-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab is-suq affettwat huma fl-aħjar pożizzjoni biex jeżaminaw tali rikorsi għal danni u li, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku li jwettaq aġir antikompetittiv jista’ raġonevolment jistenna li jitressaq quddiem il-qrati tal-post fejn l-aġir tiegħu jkun wettaq distorsjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali determinazzjoni tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara hija konsistenti mar-rekwiżiti ta’ koerenza previsti fil-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>), sa fejn, skont l-Artikolu 6(3)(a) ta’ dan ir-regolament, il-liġi applikabbli fil-każ ta’ kawżi għad-danni flimkien ma’ att li jillimita l-kompetizzjoni tkun dik tal-pajjiż li fih is-suq huwa jew jista’ jkun affettwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li t-tilwima fil-kawża prinċipali tinvolvi diversi konvenuti, għandu jitfakkar li, barra minn hekk, dan il-kap ta’ ġurisdizzjoni japplika wkoll fil-każ ta’ pluralità ta’ awturi ta’ ħsara, sa fejn il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 jippermetti l-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti abbażi<?PAGE NO="9"?> tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara allegata fir-rigward tal-atturi kollha allegatament responsabbli, bil-kundizzjoni li din timmaterjalizza ruħha fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hi Hotel HCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:215">EU:C:2014:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari, għall-post fejn ikun seħħ it-telf ta’ profitti li jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ, jiġifieri l-post tas-suq affettwat mill-imsemmi aġir li fih il-vittma tallega li ġarrbet dan it-telf.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalkemm l-ewwel domanda tikkonċerna, skont il-kliem tagħha, il-prattika ta’ prezzijiet predatorji li taqa’ taħt l-Artikolu 102 TFUE, hija tirrigwarda wkoll l-ipoteżi tal-konklużjoni, minn qabel, ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jista’ jinftiehem bħala li jirreferi jew għall-post tal-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, jew li jirreferi għall-post fejn l-atti li jisfruttaw il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn dan il-ftehim twettqu, li jikkonsistu fl-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji li jikkostitwixxu abbuż minn pożizzjoni dominanti previst fl-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat qabelxejn, kif tfakkar fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, li il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti lir-rikorrent il-fakultà li jressaq kawża jew quddiem il-qorti tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara, jew inkella quddiem dik tal-post tal-fatt li kkawża l-ħsara, b’tali mod li qorti tista’ tiġi legalment adita abbażi ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ kapijiet ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kawża prinċipali hija kkaratterizzata mill-eżistenza ta’ katina ta’ fatti li kull wieħed minnhom jista’ jikkostitwixxi, fih nnifsu, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>fatt li kkawża l-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> allegata, filwaqt li tibqa’ madankollu miftuħa wkoll l-ipoteżi li l-ħsara tirriżulta mill-interazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment, minn naħa, għal aġir antikompetittiv li fil-kuntest tiegħu l-ajruport ta’ Riga ta skontijiet preferenzjali lil Air Baltic, relatati mas-servizzi ta’ tlugħ, ta’ nżul u ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru, li saħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta’ din tal-aħħar fis-suq tat-titjiriet minn u lejn l-ajruport internazzjonali ta’ Riga, kif ukoll għal ftehim antikompetittiv allegatament konkluż bejn l-imsemmi ajruport u Air Baltic għal dan il-għan u, min-naħa l-oħra, għal atti li jisfruttaw il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn dan il-ftehim, b’mod partikolari bl-applikazzjoni, minn Air Baltic, ta’ prezzijiet predatorji fuq ċerti titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius. Peress li l-eżistenza ta’ ftehim illegali skont l-Artikolu 101 TFUE ġiet allegata fil-kawża prinċipali, il-prattika tal-prezzijiet predatorji tista’ tkun limitata għal eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim jew tista’ tikkostitwixxi, min-naħa tagħha, ksur distint skont l-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolarment kumplessi, id-determinazzjoni konkreta tal-post fejn seħħet il-ħsara tiddependi, b’mod partikolari, fuq il-kwistjoni dwar jekk l-aġir antikompetittiv allegat jikkostitwixxix ftehim antikompetittiv, skont l-Artikolu 101 TFUE, u/jew abbuż minn pożizzjoni dominanti, skont l-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju dwar, f’dan il-każ, ir-rabta bejn id-diversi istanzi ta’ aġir antikompetittiv ikkonċernati, għandu jiġi osservat li, sa fejn jirriżulta miċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża prinċipali li l-ftehim antikompetittiv, allegatament konkluż bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, jikkostitwixxi l-fatt li kkawża l-ħsara allegata, il-ġurisdizzjoni, abbażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>post<?PAGE NO="10"?> tal-fatt li kkawża l-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u fir-rigward tal-awturi kollha ta’ dan il-ftehim, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża għal dannu allegatament ikkawżat minnu, skont il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, tista’ tkun tal-qorti tal-post fejn il-ftehim ikun ġie definittivament konkluż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CDC Hydrogen Peroxide</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑352/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:335">EU:C:2015:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’tali każ, il-post tal-konklużjoni tal-allegat ftehim antikompetittiv jista’ jiġi identifikat bħala li huwa l-Latvja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali soluzzjoni għandha tiġi adottata wkoll jekk jiġi stabbilit li l-prattika minn Air Baltic ta’ prezzijiet predatorji fuq ċerti titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius kienet limitata għal atti ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk il-prattika ta’ prezzijiet predatorji tikkostitwixxi ksur distint tal-Artikolu 102 TFUE, il-qorti tal-post fejn l-aġir antikompetittiv ikkonċernat ikun ġie implimentat ikollha ġurisdizzjoni skont il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’mod differenti minn ħsara li tirriżulta minn akkordju illegali bejn diversi parteċipanti, il-fatt li kkawża l-ħsara fil-każijiet ta’ operat abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti ma huwiex ibbażat fuq ftehim, iżda jikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ dan l-operat, jiġifieri fl-atti mwettqa mill-impriża dominanti sabiex iqiegħdu fil-prattika, b’mod partikolari billi joffri u japplika prezzijiet predatorji fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-każ li l-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali jkunu jagħmlu parti minn strateġija komuni intiża għall-eliminazzjoni ta’ flyLAL mis-suq tat-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vilnius u flimkien jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ħsara allegata, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tidentifika l-fatt ta’ importanza partikolari għall-implimentazzjoni ta’ tali strateġija fil-kuntest tal-katina ta’ fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Dan l-eżami ser jitwettaq biss għall-identifikazzjoni tal-punti ta’ rabta mal-Istat tal-qorti li jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni tagħha bis-saħħa tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li l-qorti tar-rinviju għandha tillimita ruħha f’dan ir-rigward għal eżami prima facie tat-tilwima mingħajr ma twettaq eżami fuq il-mertu tagħha sa fejn, kif essenzjalment ġie osservat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 89 sa 92 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-determinazzjoni tal-elementi tar-responsabbiltà ċivili delittwali, inkluż il-fatt li kkawża d-dannu, taqa’ taħt id-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, soluzzjoni li tikkonsisti fid-dipendenza tal-identifikazzjoni tal-punt ta’ rabta fuq kriterji ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw mid-dritt sostantiv nazzjonali tmur kontra l-għan ta’ ċertezza legali, peress li, skont id-dritt applikabbli, l-aġir ta’ persuna li jkun twettaq fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti adita jista’ jiġi kklassifikat jew le bħala fatt li kkawża l-ħsara għall-finijiet tal-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni skont il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Melzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑228/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:305">EU:C:2013:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 96 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għażla ta’ fatt speċifiku bħala rilevanti għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ ġurisdizzjoni tevita proliferazzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet. Dan huwa konformi man-natura speċjali tal-ġurisdizzjoni prevista fil-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, u mal-ħtieġa għal interpretazzjoni restrittiva, filwaqt li jippermetti prevedibbiltà aħjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jista’ jinftiehem bħala li jirreferi jew għall-post tal-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, jew għall-post fejn il-prezzijiet predatorji ġew offruti u applikati, jekk dawn il-prattiki kienu jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja identifikat żewġ kriterji li jiddeterminaw jekk azzjoni ġudizzjarja dwar l-operat ta’ fergħa hijiex marbuta ma’ Stat Membru. Fl-ewwel lok, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>fergħa<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jippreżupponi l-eżistenza ta’ ċentru operattiv li jimmanifesta ruħu fit-tul lejn l-estern, bħall-estensjoni ta’ sede prinċipali. Dan iċ-ċentru għandu jkollu tmexxija u jkun materjalment mgħammar b’mod li jkun jista’ jinnegozja ma’ terzi li huma b’hekk eżenti milli jindirizzaw direttament lis-sede prinċipali. Fit-tieni lok, it-tilwima għandha tikkonċerna jew atti li jirrigwardaw l-operat ta’ fergħa, jew impenji meħuda minnha f’isem is-sede prinċipali, meta dawn tal-aħħar għandhom ikunu eżegwiti fl-Istat fejn tinsab din il-fergħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahamdia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:491">EU:C:2012:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ma jeżisti l-ebda dubju li l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-ewwel kriterju, kif stabbiliti mill-ġurisprudenza, huma ssodisfatti f’dan il-każ. Din il-qorti tistaqsi biss, fil-kuntest tal-eżami tat-tieni kriterju, jekk it-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċernax l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>operat<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tal-fergħa li Air Baltic għandha fil-Litwanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tindika li, għalkemm din il-fergħa għandha, skont l-istatut tagħha, is-setgħa li tistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi ma’ terzi, u b’mod partikolari li tiffissa l-prezzijiet tas-servizzi tagħha, ma teżisti l-ebda informazzjoni li turi li hija fil-fatt iffissat il-prezzijiet tat-titjiriet fis-swieq ikkonċernati mill-kawża prinċipali. Barra minn hekk, hija ma stabbilixxietx kontabbiltà separata għaliha minn dik tas-sede prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxi deroga mir-regola ġenerali ta’ ġurisdizzjoni indikata fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, huwa għandu, kif tfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, jiġi interpretat b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 137 u 142 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-każ ta’ kawżi bbażati fuq ir-responsabbiltà delittwali, sabiex il-kontestazzjoni tkun tirrigwarda l-operat ta’ fergħa, hija għandha effettivament tipparteċipa f’xi wħud mill-atti li jikkostitwixxu delitt ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tidentifika l-eventwali rwol tal-fergħa ta’ Air Baltic fit-twettiq tal-aġir antikompetittiv allegat. Fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju, hija għandha teżamina, b’mod partikolari, jekk l-attivitajiet imwettqa minn din il-fergħa kkonsistewx f’atti effettivi ta’ offerta u ta’ applikazzjoni tal-prezzijiet predatorji allegati u jekk din il-parteċipazzjoni fl-abbuż minn pożizzjoni dominanti allegat kinitx suffiċjentement sinjifikattiva sabiex tiġi kkunsidrata bħala li tirrappreżenta rabta stretta mat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li l-fergħa ta’ Air Baltic ma stabbilixxietx dokumenti ta’ kontabbiltà distinti minn dawk tal-kumpannija omm, għandu jiġi rrilevat li tali fatt ma jikkostitwixxix kriterju rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk din il-fergħa effettivament ipparteċipatx fil-prattika tal-prezzijiet predatorji li flyLAL tikkritika lil Air Baltic li segwiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jkopri kawża intiża għall-kumpens għal dannu allegatament ikkawżat minn abbuż minn pożizzjoni dominanti li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji, meta fergħa tal-impriża li għandha l-pożizzjoni dominanti tkun, b’mod effettiv u sinjifikattiv, ipparteċipat f’din il-prattika abbużiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari għall-post fejn ikun seħħ it-telf ta’ profitti li jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ, jiġifieri l-post tas-suq affettwat mill-imsemmi aġir li fih il-vittma tallega li hija ġarrbet dan it-telf.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jista’ jinftiehem bħala li jirreferi jew għall-post tal-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv kuntrarju għall-Artikolu 101 TFUE, jew għall-post fejn il-prezzijiet predatorji ġew offruti u applikati, jekk dawn il-prattiki kienu jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 102 TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 5 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>kontestazzjoni dwar l-operat ta’ fergħa<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> jkopri kawża intiża għall-kumpens għal dannu allegatament ikkawżat minn abbuż minn pożizzjoni dominanti li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ prezzijiet predatorji, meta fergħa tal-impriża li għandha l-pożizzjoni dominanti tkun, b’mod effettiv u sinjifikattiv, ipparteċipat f’din il-prattika abbużiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>