<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑413/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0413</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2411">EU:C:2014:2411</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141204">4.12.2014</DATE> — KAWŻA C‑413/13</P><P>FNV KUNSTEN INFORMATIE EN MEDIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim kollettiv ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjoni li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑413/13,</P><P>Li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gerechtshof te 's‑Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130709">9 ta’ Lulju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">FNV Kunsten Informatie en Media</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staat der Nederlanden,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano (Relatur), President ta’ Awla, A. Borg Barthet, E. Levits, M. Berger u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140618">18 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-FNV Kunsten Informatie en Media, minn R. Duk, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M.K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Ronkes Agerbeek u P. J. O. Van Nuffel, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-FNV Kunsten Informatie en Media (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>FNV<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), federazzjoni sindakali, u l-iStaat der Nederlanden fir-rigward tal-fondatezza ta’ dokument ta’ riflessjoni li bih in-Nederlandse Mededingingsautoriteit (awtorità tal-Kompetizzjoni Olandiża, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>NMa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) irrilevat li d-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol li tipprevedi tariffi minimi għal fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom ma hijiex eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi dwar il-ftehim kollettiv ta’ xogħol (Wet op de collectieve arbeidsovereenkomst) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ftehim kollettiv ta’ xogħol ifisser il-ftehim, konkluż minn persuna li timpjega waħda jew diversi jew assoċjazzjoni ta’ persuni li jimpjegaw waħda jew diversi li jkollhom kapaċità legali sħiħa u assoċjazzjoni ta’ ħaddiema waħda jew diversi li jkollha kapaċità legali sħiħa, li jirregola prinċipalment jew esklużivament il-kundizzjonijiet ta’ xogħol li għandhom jiġu osservati fil-kuntest tal-kuntratti ta’ xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan jista’ jikkonċerna wkoll lill-impriżi ta’ xogħlijiet u l-ftehim ta’ xogħlijiet. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi dwar il-kuntratti ta’ xogħol, l-impjegati u l-ħaddiema japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni (Mededingingswet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Mw<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li l-kliem tiegħu jikkorrispondi għal dak tal-Artikolu 101(1) TFUE, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Huma pprojbiti l-ftehimiet bejn impriżi, id-deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet tal-impriżi u l-prattiċi miftiehma, li għandhom bħala suġġett jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Pajjiżi l-Baxxi kollu kemm hu jew f’parti minnu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(a) tal-Mw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 6(1) ma għandux japplika:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal ftehim kollettiv ta’ xogħol bħal dak imsemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-ftehim kollettiv ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-proċess, il-fornituri li jaħdmu għal rashom tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom id-dritt li jissieħbu fil-Pajjiżi l-Baxxi ma’ kull assoċjazzjoni sindakali, ta’ min iħaddem jew professjonali. Konsegwentement, skont il-Liġi dwar il-ftehim kollettiv ta’ xogħol, il-federazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema jistgħu jikkonkludu ftehim kollettiv ta’ xogħol f’isem u għan-nom mhux biss tal-ħaddiema, iżda anki tal-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom li huma membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul l-2006 u 2007, il-FNV u n-Nederlandse toonkunstenaarsbond (assoċjazzjoni Olandiża tal-mużiċisti), assoċjazzjoni ta’ ħaddiema, minn naħa, u l-Vereniging van Stichtingen Remplaçanten Nederlandse Orkesten (federazzjoni tal-fondazzjonijiet ta’ sostituti ta’ orkestri Olandiża), assoċjazzjoni ta’ persuni li jimpjegaw, min-naħa l-oħra, kkonkludew ftehim kollettiv ta’ xogħol dwar il-mużiċisti li jissostitwixxu lill-membri ta’ orkestra (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sostituti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Dan il-ftehim kollettiv ta’ xogħol kien jimponi, b’mod partikolari, tariffi minimi mhux biss għas-sostituti impjegati fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>sostituti impjegati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), iżda anki għas-sostituti li jeżerċitaw l-attività tagħhom abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet u li ma jitqisux li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-ftehim stess (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sostituti li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B’mod partikolari l-Anness 5 tal-imsemmi ftehim kollettiv ta’ xogħol kien jipprovdi li s-sostituti li jaħdmu għal rashom kellhom jirċievu mill-inqas it-tariffa tal-prattika u tal-kunċert miftiehma għas-sostituti impjegati, miżjuda b’16 %.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071205">5 ta’ Diċembru 2007</DATE>, in-NMa ppubblikat dokument ta’ riflessjoni li fih ikkonstatat li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol li jipprevedi tariffi minimi għas-sostituti li jaħdmu għal rashom ma kienx jevita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Mw u tal-Artikolu 81(1) KE, skont is-sentenza Albany (C‑67/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, skont in-NMa, ftehim kollettiv ta’ xogħol li jirregola kuntratti ta’ xogħlijiet ikollu karattru mibdul u jikseb il-karatteristiċi ta’ ftehim interprofessjonali, peress li dan jiġi nnegozjat min-naħa sindakali minn organizzazzjoni li taġixxi, f’dan ir-rigward, mhux bħala assoċjazzjoni ta’ ħaddiema, iżda bħala assoċjazzjoni ta’ persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara din l-adozzjoni ta’ pożizzjoni, l-assoċjazzjoni ta’ persuni li jimpjegaw Vereniging van Stichtingen Remplaçanten Nederlandse Orkesten u l-assoċjazzjoni ta’ ħaddiema Nederlandse toonkunstenaarsbond itterminaw il-ftehim kollettiv ta’ xogħol u ma riedux jikkonkludu ftehim ġdid li fih kundizzjoni relattiva għat-tariffi minimi tas-sostituti li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-FNV ippreżentat rikors quddiem ir-Rechtbank Den Haag (Tribunal ta’ Den Haag) intiż, minn naħa, biex jiġi deċiż li l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi u dik tal-Unjoni ma jipprekludux dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol li tobbliga lill-persuna li timpjega li tosserva tariffi minimi mhux biss għas-sostituti impjegati, iżda anki għas-sostituti li jaħdmu għal rashom u, min-naħa l-oħra, biex l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jiġi ordnat ibiddel il-perspettiva espressa min-NMa fid-dokument ta’ riflessjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Meta ġie ppreżentat dan ir-rikors quddiemha, ir-Rechtbank Den Haag irrilevat li tali dispożizzjoni ma kinitx tissodisfa waħda miż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li jippermettu li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni skont is-sentenzi Albany (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Brentjens’ (C‑115/97 sa C‑117/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:434">EU:C:1999:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), Drijvende Bokken (C‑219/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:437">EU:C:1999:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u van der Woude (C‑222/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:475">EU:C:2000:475</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Skont ir-Rechtbank Den Haag, l-iffissar ta’ tariffa prevista minn din id-dispożizzjoni għandu, l-ewwel nett, ikun ġie ġġenerat permezz tad-djalogu soċjali u jkun ġie konkluż taħt forma ta’ ftehim kollettiv bejn l-organizzazzjonijiet ta’ persuni li jimpjegaw u l-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema, u, it-tieni nett, għandu jikkontribwixxi direttament għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema. F’dan il-każ, id-dispożizzjoni inkwistjoni ma tikkontribwixxix direttament għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol tal-ħaddiema. Għal din ir-raġuni, ir-Rechtbank Den Haag ċaħad it-talbiet imressqa mill-FNV, mingħajr lanqas ma vverifikat jekk kinitx sodisfatta l-ewwel kundizzjoni meħtieġa minn din il-ġurisprudenza, dwar il-ħtieġa li, min-natura tagħha, id-dispożizzjoni inkwistjoni tkun iġġenerata permezz ta’ djalogu soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-FNV ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Gerechtshof te 's‑Gravenhage (Qorti tal-Appell ta’ Den Haag), fejn qajmet motiv wieħed li jirrigwarda l-kwistjoni jekk il-projbizzjoni ta’ ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE, tapplikax għal dispożizzjoni<?PAGE NO="4"?> ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol li jipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom li jwettqu favur persuna li timpjega l-istess attività bħall-ħaddiema impjegati ta’ din il-persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, filwaqt li kkwalifikat b’mod provviżorju s-sostituti li jaħdmu għal rashom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sidien ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, minħabba li d-dħul tagħhom jiddependi mill-inkarigi miksuba b’mod li jaħdmu għal rashom mis-suq tas-sostituti, li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ sostituti oħrajn u li jinvestu fi strumenti tal-mużika, madankollu l-qorti msemmija rrilevat li s-soluzzjoni għat-tilwima fil-kawża prinċipali ma tirriżultax b’mod ċar la mit-Trattat u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Ir-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol konkluż bejn assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jimpjegaw u assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, li tipprevedi li l-persuni li jaħdmu għal rashom li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ ftehim ta’ xogħol, l-istess xogħol bħall-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol għandhom jirċievu tariffa minima speċifika, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, peress li din id-dispożizzjoni tinsab fi ftehim kollettiv ta’ xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda […], din id-dispożizzjoni hija b’hekk eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fil-każ li hija (b’mod partikolari) maħsuba sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol, u f’dan ir-rigward huwa wkoll rilevanti jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunux b’hekk mtejba direttament jew biss indirettament?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi vverifikat jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula. Fil-fatt, hekk kif tirrileva l-Gerechtshof te 's‑Gravenhage fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonċerna sitwazzjoni purament interna u ma għandux effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju. Konsegwentement, l-Artikolu 101 TFUE ma japplikax fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari li jirrigwardaw dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li fihom il-fatti fil-kawża prinċipali kienu jinsabu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni dirett ta’ dan id-dritt, sakemm id-dispożizzjonijiet imsemmija jkunu magħmula applikabbli mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tikkonforma ruħha, għas-soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet purament interni, ma’ dawk adottati mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, f’tali każijiet, skont ġurisprudenza stabbilita, jeżisti interess ċert tal-Unjoni Ewropea li, biex jiġu evitati differenzi f’interpretazzjonijiet futuri, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti adottati mid-dritt tal-Unjoni jirċievu interpretazzjoni uniformi, indipendentement mill-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fihom (sentenza Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑32/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 6(1) tal-Mw jirriproduċi b’mod fidil il-kontenut essenzjali tal-Artikolu 101(1) TFUE. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Pajjiżi l-Baxxi kellu espressament l-intenzjoni li jarmonizza d-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali ma’ dak tal-Unjoni, fejn ried li l-imsemmi Artikolu 6(1) tal-Mw jirċievi interpretazzjoni strettament konformi ma’ dik tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula, anki jekk l-Artikolu 101(1) TFUE ma jirregolax direttament is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Biż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol, li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom imsieħba ma’ waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema bil-kuntratt, li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, l-istess attività bħall-ħaddiema impjegati ta’ din il-persuna li timpjega, tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm ċerti effetti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni jkunu inerenti għall-ftehimiet kollettivi konklużi bejn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni li jimpjegaw u lil ħaddiema, l-għanijiet ta’ politika soċjali mfittxija minn tali ftehimiet ikunu serjament kompromessi jekk l-imsieħba soċjali jkunu suġġetti għall-Artikolu 101(1) TFUE fit-tfittxija komuni ta’ miżuri intiżi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol (ara s-sentenzi Albany, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59; International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union, C‑438/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:772">EU:C:2007:772</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49; kif ukoll 3F vs Il-Kummissjoni, C‑319/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:435">EU:C:2009:435</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ftehimiet konklużi fil-kuntest ta’ negozjati kollettivi bejn imsieħba soċjali fid-dawl ta’ tali għanijiet għandhom jitqiesu, minħabba n-natura u l-iskop tagħhom, li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE (ara s-sentenzi Albany, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60; Brentjens’, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:434">EU:C:1999:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57; Drijvende Bokken, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:437">EU:C:1999:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47; Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑180/98 sa C‑184/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:428">EU:C:2000:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67; van der Woude, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:475">EU:C:2000:475</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22; kif ukoll AG2R Prévoyance, C‑437/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:112">EU:C:2011:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, il-ftehim inkwistjoni ġie konkluż bejn organizzazzjoni ta’ persuni li jimpjegaw u organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema b’kompożizzjoni mħallta, li nnegozjaw, b’mod konformi mad-dritt intern, mhux biss għas-sostituti impjegati, iżda wkoll għas-sostituti li jaħdmu għal rashom imsieħba magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk in-natura u s-suġġett ta’ tali ftehim jippermettux li dan jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-imsemmija negozjati kollettivi bejn imsieħba soċjali u jekk jiġġustifikawx li jiġi eskluż, fil-parti li tikkonċerna t-tariffi minimi għas-sostituti li jaħdmu għal rashom, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tan-natura tal-imsemmi ftehim, mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li dan ġie konkluż taħt forma ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol. Madankollu, dan il-ftehim jikkostitwixxi, f’dak li jikkonċerna preċiżament id-dispożizzjoni tal-Anness 5 tiegħu dwar l-imsemmija tariffi minimi, ir-riżultat ta’ negozjar bejn organizzazzjoni ta’ persuni li jimpjegaw u organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema li jirrappreżentaw ukoll interessi tas-sostituti li jaħdmu għal rashom, li jipprovdu servizzi lill-orkestri abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li jwettqu l-istess attività bħall-ħaddiema, fornituri bħall-imsemmija sostituti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu, fil-prinċipju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, peress li joffru s-servizzi tagħhom b’korrispettiv ta’ remunerazzjoni f’suq partikolari (sentenza Ordem dos Técnicos Oficiais de Contas, C‑1/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:127">EU:C:2013:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 36 u 37) u jeżerċitaw l-attività tagħhom bħala kummerċjanti li jaħdmu għal rashom fil-konfront ta’ min iqabbadhom (ara s-sentenza Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio, C‑217/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:784">EU:C:2006:784</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, hekk kif irrilevaw ukoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu u n-NMa fid-dokument ta’ riflessjoni tagħha, sa fejn organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-ħaddiema tipproċedi għal negozjati f’isem u għan-nom ta’ dawn il-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom li huma membri tagħha, hija ma taġixxix fil-kwalità tagħha bħala assoċjazzjoni sindakali u għalhekk bħala msieħeb soċjali, iżda topera, fir-realtà, bħala assoċjazzjoni ta’ impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, għalkemm it-Trattat jipprevedi djalogu soċjali, madankollu, dan ma jipprevedi ebda dispożizzjoni li tinkoraġġixxi, skont l-Artikoli 153 TFUE u 155 TFUE kif ukoll skont l-ewwel u r-raba’ ftehim dwar il-politika soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="91" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 191, p. 91</REF.DOC.OJ>), lill-fornituri li jaħdmu għal rashom biex jistabbilixxu tali djalogu mal-persuni li jimpjegaw li lilhom dawn jipprovdu servizzi abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet u, għalhekk, biex jikkonkludu ftehimiet kollettivi ma’ dawn il-persuni li jimpjegaw bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol tagħhom stess (ara, b’analoġija, is-sentenza Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:428">EU:C:2000:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, minn dan jirriżulta li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn ġiet konkluża minn organizzazzjoni ta’ ħaddiema f’isem u għan-nom ta’ tal-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom li huma msieħba magħha ma tikkostitwixxix ir-riżultat ta’ negozjati kollettivi bejn imsieħba soċjali u ma tistax tiġi eskluża, minħabba n-natura tagħha, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, din il-konstatazzjoni ma tistax tipprekludi li tali dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol tista’ titqies ukoll li hija r-riżultat ta’ djalogu soċjali fl-ipoteżi fejn l-imsemmija fornituri ta’ servizzi, li nnegozja f’isem u għan-nom tagħhom is-sindakat, jikkostitwixxu fir-realtà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif enfasizzaw l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-FNV, il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea waqt is-seduta, ma huwiex dejjem faċli li fl-ekonomija attwali jiġi ddeterminat l-istatus ta’ impriża ta’ ċerti fornituri li jaħdmu għal rashom, bħas-sostituti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, fornitur ta’ servizzi jista’ jitlef il-kwalità tiegħu ta’ kummerċjant li jaħdem għal rasu, u għalhekk ta’ impriża, meta dan ma jiddeterminax l-aġir tiegħu fis-suq b’mod awtonomu, iżda jiddependi b’mod sħiħ fuq min iqabbdu, minħabba l-fatt li dan ma jerfa’ ebda wieħed mir-riskji finanzjarji u kummerċjali li jirriżultaw mill-attività ta’ dan tal-aħħar u jopera bħala awżiljarju integrat fl-impriża tal-imsemmija persuna li tqabbad (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:784">EU:C:2006:784</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi huwa stess iddefinit skont kriterji oġġettivi li jikkaratterizzaw ir-relazzjoni ta’ xogħol, b’kunsiderazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi tal-persuni kkonċernati. F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-karatteristiċi essenzjali ta’ din ir-relazzjoni hija l-fatt li persuna twettaq, matul perijodu ta’ żmien, favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi li b’korrispettiv tagħhom hija tirċievi remunerazzjoni (ara s-sentenzi N., C‑46/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:97">EU:C:2013:97</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll Haralambidis, C‑270/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2185">EU:C:2014:2185</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li l-kwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>fornitur li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ma jeskludix li persuna għandha tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, jekk il-fatt li dan jaħdem għal rasu huwa biss fittizju, u b’hekk fir-realtà jaħbi relazzjoni ta’ xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Allonby, C‑256/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:18">EU:C:2004:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Isegwi li l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jintlaqat mill-fatt li persuna kienet imqabbda bħala fornitur ta’ servizzi li jaħdem għal rasu fir-rigward tad-dritt nazzjonali, għal raġunijiet fiskali, amministrattivi jew burokratiċi, sakemm din il-persuna taġixxi taħt id-direzzjoni tal-persuna li timpjegaha, f’dak li jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà tagħha li tagħżel il-ħin, il-post u l-kontenut tax-xogħol tagħha (ara s-sentenza Allonby, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:18">EU:C:2004:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 72), li din ma terfax fir-riskji kummerċjali ta’ din il-persuna li timpjega (sentenza Agegate, C‑3/87, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:650">EU:C:1989:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36) u li din tiġi integrata fl-impriża tal-imsemmija persuna li timpjega matul ir-relazzjoni ta’ xogħol, u tifforma unità ekonomika magħha (ara s-sentenza Becu <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑22/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:419">EU:C:1999:419</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, sabiex is-sostituti li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkunu jistgħu jiġu kkwalifikati mhux bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, iżda bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> reali, fis-sens ta’ dan id-dritt, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika li, lil hinn min-natura legali tal-kuntratt ta’ xogħlijiet tagħhom, dawn is-sostituti ma jinsabux fil-kundizzjonijiet indikati fil-punti 33 sa 36 ta’ din is-sentenza u li, b’mod partikolari, dawn ma jinsabux f’relazzjoni ta’ subordinazzjoni mal-orkestra kkonċernata matul ir-relazzjoni kuntrattwali, u b’hekk ikollhom iktar awtonomija u flessibbiltà mill-ħaddiema li jeżerċitaw l-istess attività, f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni taż-żmien, tal-post u tal-metodi ta’ eżekuzzjoni tal-inkarigi fdati, jiġifieri l-prattika u l-kunċerti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-għan tal-ftehim kollettiv ta’ xogħol inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li l-analiżi fir-rigward tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 22 u 23 ta’ din is-sentenza hija ġġustifikata, fuq dan il-punt, biss fil-każ li l-qorti tar-rinviju kellha tikkwalifika lis-sostituti inkwistjoni fil-kawża prinċipali mhux bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> iżda bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’dan ippreċiżat, għandu jiġi rrilevat li s-sistema tat-tariffi minimi stabbilita permezz tal-Anness 5 tal-ftehim kollettiv ta’ xogħol tikkontribwixxi direttament għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol tas-sostituti msemmija, ikkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali sistema mhux biss tiżgura lil dawn il-fornituri remunerazzjoni bażika ogħla meta mqabbla ma’ dik li kienu jibbenefikaw minnha fin-nuqqas tad-dispożizzjoni msemmija, iżda, hekk kif ġie kkonstatat mill-qorti tar-rinviju, tippermetti wkoll li titħallas kontribuzzjoni għal assigurazzjoni marbuta mal-pensjoni li tikkorrispondi għall-parteċipazzjoni fl-iskema tal-irtirar stabbilita għall-ħaddiema, billi jiġu żgurati lilhom il-mezzi neċessarji biex ikunu jistgħu jibbenefikaw fil-ġejjieni minn ċertu livell ta’ pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol sa fejn din tistabbilixxi tariffi minimi għal fornituri ta’ servizzi li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma tistax tkun suġġetta, minħabba n-natura u l-iskop tagħha, għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom, imsieħba ma’ waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema bil-kuntratt, li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, l-istess attività bħall-ħaddiema ta’ din il-persuna li timpjega, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, biss jekk dawn il-fornituri jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema msemmija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi tariffi minimi għall-fornituri ta’ servizzi li jaħdmu għal rashom, imsieħba ma’ waħda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema bil-kuntratt, li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, l-istess attività bħall-ħaddiema ta’ din il-persuna li timpjega, ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE biss jekk dawn il-fornituri jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuni li ma jaħdmux għal rashom verament<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jiġifieri fornituri li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-ħaddiema msemmija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>