European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6691

8.11.2024

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tielet Avviż tal-Kummissjoni)

(C/2024/6691)

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (“ir-Regolament dwar it-Tassonomija”), ħoloq sistema ta’ klassifikazzjoni unifikata tal-UE fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli (magħrufa bħala “attivitajiet allinjati mat-Tassonomija) u impona obbligi ta’ trasparenza fuq ċerti impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet (1).

1.   KUNTEST

F’Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima (“l-Att Delegat dwar il-Klima”) (2) biex timplimenta r-Regolament dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-objettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. F’Marzu 2022, il-Kummissjoni emendat l-Att Delegat dwar il-Klima billi żiedet kriterji għal ċerti attivitajiet ġodda tal-enerġija (3). F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent (“l-Att Delegat Ambjentali”) għall-bqija tal-objettivi ambjentali (4) u emendat l-Att Delegat dwar il-Klima billi żiedet kriterji għal attivitajiet ġodda fis-setturi tal-manifattura u tat-trasport (5).

F’Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat Att Delegat li jispeċifika l-obbligi ta’ divulgazzjoni tal-impriżi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet tagħhom li huma eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (“l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet”) (6). Dak l-Att Delegat ġie emendat f’Ġunju 2023 mill-Att Delegat Ambjentali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni jkunu konsistenti mal-Att Delegat Ambjentali.

Il-Kummissjoni diġà ppubblikat erba’ settijiet ta’ gwida dwar il-kontenut tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, jiġifieri:

—

dokument tal-persunal tal-Kummissjoni Misotqsijiet Frekwenti (FAQs, Frequently Asked Questions) dwar “X’inhuwa l-Artikolu 8 tal-att delegat dwar it-Tassonomija tal-UE u kif se jitħaddem fil-prattika?”  (7);

—

Dokument tal-persunal tal-Kummissjoni Misotqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar kif l-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji jenħtieġ li jirrapportaw l-attivitajiet ekonomiċi u l-assi tagħhom eliġibbli għat-tassonomija f’konformità mal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijie (8);

—

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija (9);

—

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet dwar ir-rapportar minn impriżi mhux finanzjarji ta’ attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (10).

Barra minn hekk, biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tat-Tassonomija tal-UE, il-Kummissjoni adottat avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni legali u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jkopru l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar tall-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija stabbiliti fl-Att Delegat dwar il-Klima (l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima (11)).

L-impriżi mhux finanzjarji bdew jirrapportaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs, key performance indicators) tat-Tassonomija tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2023. L-att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jirrikjedi li l-impriża finanzjarja tuża l-KPIs divulgati mill-kontropartijiet tagħha meta tikkalkula l-KPIs tagħha stess, inkluż il-Proporzjon tal-Assi Ekoloġiċi (GAR, “Green Asset Ratio”) (12). Barra minn hekk, ir-Regolament dwar Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà tas-Servizzi Finanzjarji (SFDR, Sustainable Finance Disclosure Regulation) (13), jirrikjedi li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jużaw il-KPIs iddivulgati mid-destinatarji ta’ investiment għall-valutazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali tal-prodotti finanzjarji (14).

L-impriżi finanzjarji jibdew jirrapportaw il-KPIs tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2024  (15). Minħabba li l-komputazzjoni tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji, inkluż tal-GAR, tiddependi fuq il-fluss ta’ informazzjoni u data mingħand il-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji li jiffinanzjaw, il-Kummissjoni tistenna li r-robustezza u l-preċiżjoni ta’ dawk il-KPIs se jitjiebu gradwalment bl-adozzjoni tat-Tassonomija tal-UE mill-impriżi rilevanti kif ukoll biż-żieda fil-fluss tad-data mingħand impriżi mhux finanzjarji lejn l-impriżi finanzjarji.

Huwa mistenni li l-livell ta’ allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi li jiffinanzjaw attivitajiet u assi ekonomiċi li jippreċedu t-Tassonomija tal-UE (jiġifieri l-istokk akkumulat) se jkun aktar baxx minn dawk li jiffinanzjaw attivitajiet u assi ekonomiċi fil-futur (jiġifieri fluss ta’ finanzjament ġdid). Dan huwa konsistenti mal-objettiv tat-Tassonomija tal-UE li tiffaċilita l-finanzjament ta’ attivitajiet u proġetti ambjentalment sostenibbli ġodda.

Barra minn hekk, ir-regoli dwar id-divulgazzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet għall-impriżi finanzjarji ma jkoprux l-iskoperturi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9 tiegħu, bħal ċerti skoperturi sovrani, kif ukoll skoperturi għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) mhux elenkati, u ċerti impriżi mhux tal-UE. L-Artikolu 9 tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina t-trattament ta’ dawn l-iskoperturi abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari għall-SMEs, li tivvaluta l-piż amministrattiv, l-aċċess għall-finanzjament u impatti oħra li jirriżultaw minn kwalunkwe estensjoni possibbli tal-KPIs biex ikopru dawn l-iskoperturi.

Minħabba din il-kopertura limitata skont ir-regoli attwali ta’ divulgazzjoni, il-KPIs bħalissa ma jistgħux jirriflettu l-finanzjament kollu tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija mill-impriżi finanzjarji. Madankollu, fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti u evidenza adegwata, l-impriżi finanzjarji huma mħeġġa jiddivulgaw fuq bażi volontarja u separatament mill-KPIs tagħhom:

—

kwalunkwe stima tal-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom li bħalissa huma esklużi mill-KPIs tagħhom (eż. skoperturi għal SMEs mhux elenkati);

—

kwalunkwe stima tal-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom koperti mill-KPIs, iżda meta l-impriżi finanzjarji ma jkollhomx biżżejjed data u evidenza adegwata speċifika għall-iskoperturi tagħhom biex jagħtu prova tal-allinjament mat-Tassonomija, jew

—

kwalunkwe informazzjoni fir-rigward ta’ allinjament parzjali tal-iskoperturi tagħhom mat-Tassonomija tal-UE (jiġifieri fejn jiġu ssodisfati jew jiġi ppruvat li ġew issodisfati ċerti kriterji tat-Tassonomija biss).

Filwaqt li l-KPIs tal-impriżi finanzjarji huma maħsuba biex jirrappreżentaw fedelment il-punt sa fejn impriża finanzjarja tiffinanzja attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, dawn ma jimponu l-ebda limitazzjoni fuq il-finanzjament ta’ xi settur speċifiku, inklużi setturi strateġiċi, jew ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku speċifiku, inklużi l-SMEs. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-setturi u l-operaturi speċifiċi jkomplu jiġu ffinanzjati wkoll. Bħala tali, il-KPIs tal-impriżi finanzjarji, inkluż il-GAR, jeħtieġ li jitqiegħdu f’kuntest usa’ tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-impriżi finanzjarji peress li dawk l-impriżi jiffinanzjaw mhux biss attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, iżda l-attivitajiet ekonomiċi u l-operaturi legali kollha.

2.   L-GĦAN TAL-AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Filwaqt li l-avviżi u d-dokumenti tal-persunal preċedenti tal-Kummissjoni jiffokaw l-aktar mhux impriżi mhux finanzjarji, l-għan ta’ dan l-Avviż huwa li jipprovdi gwida interpretattiva u ta’ implimentazzjoni ulterjuri lil dawn l-impriżi mhux finanzjarji fil-forma ta’ tweġibiet għal Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) dwar ir-rapportar skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Dawk l-FAQs joriġinaw mill-partijiet ikkonċernati soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar, mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Ewropej. Permezz ta’ dan l-Avviż, il-Kummissjoni beħsiebha tiffaċilita l-konformità tal-partijiet ikkonċernati mar-rekwiżiti regolatorji b’mod kosteffettiv u tiżgura l-użabbiltà u l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrapportata biex jiżdied il-finanzjament sostenibbli. Il-Kummissjoni, meta xieraq, tista’ taġġorna dawn l-FAQs.

It-tweġibiet għall-FAQs ipprovduti f’dan l-Avviż jiċċaraw ir-regoli li diġà jinsabu fil-leġiżlazzjoni applikabbli. It-tweġibiet la jestendu d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn tali leġiżlazzjoni u lanqas ma jintroduċu rekwiżiti addizzjonali għall-operaturi kkonċernati u għall-awtoritajiet kompetenti. It-tweġibiet għall-FAQs huma sempliċiment maħsuba biex jgħinu lill-impriżi mhux finanzjarji jimplimentaw id-dispożizzjonijiet legali rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’mod awtorevoli d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni possibbli tal-Kummissjoni fil-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Termini rilevanti u lista tal-leġiżlazzjoni applikabbli

Terminu

Referenza

Id-Direttiva dwar il-Kontabbiltà

Id-Direttiva 2013/34/UE (16)

AIF

Fond ta’ investiment alternattiv

Anness I tad-DDA

Anness I tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness II tad-DDA

Anness II tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness III tad-DDA

Anness III tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness IV tad-DDA

Anness IV tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness V tad-DDA

Anness V tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness VI tad-DDA

Anness VI tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness VII tad-DDA

Anness VII tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness VIII tad-DDA

Anness VIII tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness IX tad-DDA

Anness IX tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness X tad-DDA

Anness X tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness XI tad-DDA

Anness XI tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Anness XII tad-DDA

Anness XII tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

CapEx

Nefqa kapitali

KPI tan-nefqa kapitali

Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat man-nefqa kapitali msemmi fit-Taqsima 1.1.2. tal-Anness I tad-DDA

CCP

Kontroparti ċentrali

Adattament għat-tibdil fil-klima (CCA)

Adattament għat-tibdil fil-klima (CCA) imsemmi fl-Artikolu 9(b) tar-Regolament dwar it-Tassonomija

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (CCM)

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (CCM) imsemmija fl-Artikolu 9, il-punt (a), tar-Regolament dwar it-Tassonomija

Att Delegat dwar il-Klima

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (17)

Lavviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima (18)

CRR

Ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (19)

CRD

 (20) Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital

CSD

Depożitorju ċentrali tat-titoli

CSDR

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli (21)

CSRD

Id-Direttiva dwar ir-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (22)

L-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (DDA)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (23)

DNSH

La tagħmilx ħsara sinifikanti

EMIR

Ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (UE) 648/2012 (24)

Attivitajiet abilitanti

L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament dwar it-Tassonomija

EuGB

Bonds Ekoloġiċi Ewropej maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2631 (25)

L-Att Delegat dwar il-Klima

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 (26)

GAR DS

Proporzjon tal-assi ekoloġiċi għal titoli ta’ dejn lil impriżi mhux finanzjarji msemmija fit-Taqsima 1.2.1.1. (ii) tal-Anness V

GAR EH

Proporzjon tal-assi ekoloġiċi għal strumenti ta’ ekwità ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu f’impriżi mhux finanzjarji msemmija fit-Taqsima 1.2.1.1. (iii) tal-Anness V

GAR L&A

Proporzjon tal-assi ekoloġiċi għal attivitajiet ta’ self lil impriżi mhux finanzjarji (self u avvanzi) msemmija fit-Taqsima 1.2.1.1. (i) tal-Anness V

IFRS

Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs)

Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ta’ impriżi mhux finanzjarji jew impriżi finanzjarji msemmija fl-Anness rilevanti tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

MiFID

Id-Direttiva 2014/65/UEdwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (27)

OpEx

Nefqa operazzjonali

KPI tan-nefqa operatorja

L-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat man-nefqa operazzjonali msemmija fit-Taqsima 1.1.3. tal-Anness I tad-DDA

Impriża ta’ rapportar

Impriża mhux finanzjarja soġġetta għal obbligu ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar it-Tassonomija It-tieni dokument tal-persunal tal-Kummissjoni

It-Tieni Avviż tal-Kummissjoni

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni) (28)

It-tieni dokument tal-persunal tal-Kummissjoni

Id-dokument tal-persunal tal-Kummissjoni “FAQs: Id-dokument tal-persunal tal-Kummissjoni “FAQs: L-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji kif jenħtieġ li jirrapportaw l-attivajiet u l-assi ekonomiċi eliġibbli skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija 8 tar-Regolament tat-Tassonomija, l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonigħat-Tassonomija?”  (29)

Kontribut sostanzjali

Kontribut sostanzjali għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 f’konformità mal-Artikoli 10 sa 16 tar-Regolament dwar it-Tassonomija

Finanzi Sostenibbli

Ir-Regolament dwar id-Divulgazzjoni (SFDR)

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (30)

Attività ekonomika allinjata mat-tassonomija

Attività ekonomika definita fl-Artikolu 1(2) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Attività ekonomika eliġibbli għat-tassonomija

Attività ekonomika definita fl-Artikolu 1(5) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Attività ekonomika mhux eliġibbli għat-Tassonomija

Attività ekonomika definita fl-Artikolu 1(6) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Regolament dwar it-Tassonomija

Ir-Regolament (UE) 2020/852 (31)

Attivitajiet ta’ tranżizzjoni

Attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 10(2)

tar-Regolament dwar it-Tassonomija

TSC

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

KPI tal-Fatturat

L-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-fatturat imsemmi fl-Anness I, it-Taqsima 1.1.1. tad-DDA

UCITS

Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli

IMPRIŻI FINANZJARJI

1.   MISTOQSIJIET ĠENERALI

A.   AMBITU TAL-ENTITAJIET KOPERTI

1.

Liema KPIs għandhom jirrapportaw impriżi bħal kontropartijiet ċentrali (CCPs, central counterparties), depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs, central securities depositories), kumpaniji tal-kiri u istituzzjonijiet ta’ pagament? L-iskoperturi għal dawk l-entitajiet għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji?

Meta l-impriżi jkunu soġġetti għal rapportar dwar is-sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, dawk l-impriżi jeħtieġ li jivvalutaw liema KPIs huma applikabbli għalihom.

L-impriżi li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ impriżi finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 1(8) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (jiġifieri maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni) jenħtieġ li jirrapportaw il-KPIs speċifiċi kif previst fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. L-impriżi li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ impriżi finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 1(8) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, li però jipprovdu servizzi finanzjarji, jenħtieġ li jitqiesu bħala impriżi mhux finanzjarji. Huma jenħtieġ li jirrapportaw il-KPIs ta’ impriżi mhux finanzjarji f’konformità mal-Annessi I u II tad-DDA.

Madankollu, minbarra li jiddivulgaw il-KPIs obbligatorji tal-impriżi mhux finanzjarji, tali impriżi huma mħeġġa jiddivulgaw b’mod volontarju l-KPIs għall-impriżi finanzjarji peress li dawk il-KPIs jistgħu jkunu indikatur aktar rilevanti tal-allinjament mat-Tassonomija tas-servizzi finanzjarji li jipprovdu.

Meta l-impriża li tirrapporta tipprovdi funzjonalment l-istess attivitajiet bħal impriża finanzjarja speċifika definita fl-Artikolu 1(8) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, hija tista’ tapplika wkoll b’mod volontarju l-KPIs li jappartjenu għal dik l-impriża finanzjarja. Pereżempju, impriża li tirrapporta li tipprovdi servizzi bankarji bħal self u finanzjament tista’ tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet rilevanti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-fini tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija fuq bażi volontarja.

Barra minn hekk, meta l-liġi tal-Istat Membru tirrikjedi li s-CCPs, is-CSDs, il-kumpaniji ta’ lokazzjoni jew l-istituzzjonijiet ta’ pagament iwettqu l-attivitajiet speċifiċi tagħhom awtorizzazzjoni li tappartjeni għal impriża finanzjarja, dawk l-impriżi huma mħeġġa japplikaw il-KPIs applikabbli għal dik il-kategorija ta’ impriża finanzjarja. Pereżempju, meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 8 tas-CRD biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, l-impriża tista’ tapplika b’mod volontarju l-KPIs applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (l-Annessi V u VI DDA).

Aktar spjegazzjonijiet dwar kif il-KPIs għall-impriżi finanzjarji jistgħu jiġu applikati minn entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jinsabu fl-Appendiċi I ta’ dan l-Avviż.

B.   AMBITU TAL-KONSOLIDAZZJONI TAD-DIVULGAZZJONIJIET

2.

Ir-rapportar tal-impriżi finanzjarji li huma s-sidien ta’ impriżi finanzjarji oħra għandu jipprovdi d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tagħhom abbażi tal-livell regolatorju jew kontabilistiku tal-konsolidazzjoni tal-grupp? X’inhu l-livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp tal-entità relatriċi għall-fini tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija?

F’konformità mal-Anness V tad-DDA, il-punt 1.1.1. dwar il-konsolidazzjoni tal-KPI rilevanti tal-istituzzjoni ta’ kreditu, dawk l-istituzzjonijiet “ għandhom jiddivulgaw il-KPIs rilevanti abbażi tal-iskop tal-konsolidazzjoni prudenzjali tagħhom determinata skont ir- Regolament (UE) Nru 575/2013, Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2” . Bl-istess mod, meta kemm l-impriżi prinċipali kif ukoll is-sussidjarji tagħhom ikunu impriżi finanzjarji għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu u li huma soġġetti għal regolamentazzjoni prudenzjali (32), huma għandhom jagħmlu d-divulgazzjonijiet tagħhom abbażi tal-konsolidazzjoni prudenzjali. Meta l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom ikunu t-tnejn impriżi finanzjarji, iżda ma jkunux soġġetti għal regolamentazzjoni prudenzjali, jenħtieġ li huma jagħmlu d-divulgazzjonijiet tagħhom abbażi tal-konsolidazzjoni kontabilistika f’konformità mal-Kapitolu 6 tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà.

It-tweġibiet għall-mistoqsijiet 9 sa 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni li jkopru l-livell ta’ konsolidazzjoni tal-KPIs ta’ impriżi mhux finanzjarji u għall-mistoqsija 7 ta’ dan l-Avviż huma rilevanti wkoll għall-impriżi finanzjarji.

C.   VALUTAZZJONI TAT-TASSONOMIJA TAL-ISKOPERTURI GĦAL IMPRIŻI INDIVIDWALI

3.

L-impriżi finanzjarji għandhom jikkalkulaw żewġ KPIs għall-investimenti jew l-iskoperturi, wieħed ibbażat fuq il-KPIs tal-fatturat u wieħed ibbażat fuq il-KPIs tan-nefqa kapitali tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment jew tal-kontropartijiet? Jew l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li jikkombinaw il-valuri mill-fatturat u l-KPIs tan-nefqa kapitali tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment jew tal-kontropartijiet f’KPI wieħed?

L-att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jispeċifika l-metodoloġija għall-valutazzjoni fil-KPIs tal-iskoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf jew mhux magħruf.

L-Artikolu 7(4), is-subparagrafu 2, tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jipprevedi li l-iskoperturi għal strumenti finanzjarji li l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati (użu mhux magħruf tar-rikavati) jenħtieġ li jiġu inklużi fin-numeratur tal-KPI rilevanti ponderati mill-KPI tal-fatturat u l-KPI tal-CapEx tal-emittent, f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Annessi III, V, VII, u IX DDA. Għal ċerti KPIs tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, il-metodoloġija tistipula l-użu tal-KPI tal-kontroparti minflok il-KPI tal-emittent. Barra minn hekk, f’konformità mal-paragrafu (4) tat-Taqsima 1.2.1. tal-Anness V tad-DDA, jenħtieġ li l-iskoperturi li huma self u avvanzi, titoli ta’ dejn, ekwitajiet u kollateral riposseduti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija jiġu inklużi fin-numeratur tal-KPI rilevanti abbażi tal-KPI tal-fatturat u l-KPI tan-nefqa kapitali tal-assi sottostanti.

Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi finanzjarji jikkalkulaw u jiżvelaw żewġ settijiet separati ta’ KPIs:

—

KPI bbażat fuq il-fatturat fejn il-ponderazzjoni tal-iskoperturi b’użu mhux magħruf tar-rikavati tkun ibbażata fuq il-KPIs tal-fatturat tal-emittenti/kontropartijiet rilevanti; u

—

KPI bbażat fuq CapEx fejn il-ponderazzjoni tal-iskoperturi b’użu mhux magħruf tar-rikavati hija bbażata fuq il-KPIs tal-CapEx tal-emittenti/kontropartijiet rilevanti.

L-iskoperturi li għandhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati (użu magħruf tar-rikavati) jenħtieġ li jidħlu fin-numeraturi taż-żewġ settijiet separati ta’ KPIs tal-impriża finanzjarja, abbażi tal-fatturat u tal-CapEX, rispettivament, sal-punt li dawk l-iskoperturi jiffinanzjaw attivitajiet allinjati mat-Tassonomija, mingħajr ponderazzjoni ulterjuri mill-KPI tal-emittent/kontroparti (33).

Għalhekk, għall-kalkolu tan-numeratur tal-KPIs tagħhom, l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li jinkludu skoperturi kif ġej:

—

in-numeratur tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat għandu jkun daqs (i) l-ammont ta’ skoperturi b’użu magħruf tar-rikavati li jiffinanzjaw attivitajiet allinjati mat-Tassonomija flimkien ma’ (ii) l-ammont ta’ skoperturi b’użu mhux magħruf tar-rikavati ponderati mal-KPIs tal-fatturat tal-emittenti/kontropartijiet rilevanti;

—

in-numeratur tal-KPIs ibbażati fuq il-Kapaċità jenħtieġ li jkun ugwali għal (i) l-ammont ta’ skoperturi b’użu magħruf tar-rikavati li jiffinanzjaw attivitajiet allinjati mat-Tassonomija flimkien ma’ (ii) l-ammont ta’ skoperturi b’użu mhux magħruf tar-rikavati ponderati mill-KPIs tal-CapEx tal-emittenti/kontropartijiet rilevanti.

Aktar informazzjoni għal kull tip ta’ impriża finanzjarja tinsab hawn taħt.

Maniġers tal-assi

F’konformità mal-aħħar subparagrafu tat-Taqsima 1.2. tal-Anness III tad-DDA, il-maniġers tal-assi jenħtieġ li jiddivulgaw żewġ KPIs separati bbażati fuq il-fatturat u l-KPIs tan-nefqa kapitali tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment. Il-kalkoli għal dawn il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq CapEx huma speċifikati għal kull tip ta’ kumpanija destinatarja ta’ investiment fit-Taqsima 1.1. tal-Anness III tad-DDA, il-punti (a) sa (e).

Dan huwa rifless kif xieraq fil-mudell tar-rapportar stabbilit fl-Anness IV tad-DDA, li jirrikjedi li l-impriżi li jirrapportaw jimlew il-valuri tal-KPI bbażati separatament fuq il-fatturat u l-KPIs tan-nefqa kapitali tal-kumpaniji li fihom isir investiment (jiġifieri fl-ewwel ringiela kif ukoll fit-taqsimiet “Divulgazzjonijiet komplementari addizzjonali: tqassim tan-numeratur tal-KPI:” u “Diżaggregazzjoni tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali”).

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

F’konformità mal-Anness IX, t-Taqsima 1, il-ħames paragrafu, il-punti (a) sa (e) tad-DDA, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddivulgaw il-KPI relatat mal-investimenti b’mod separat abbażi tal-KPIs tal-fatturat u l-KPIs tal-CapEx tad-destinatarji ta’ investiment tagħhom. Il-kalkoli għall-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tad-destinatarji ta’ investiment huma speċifikati f’dawk il-punti għal kull tip ta’ destinatarja ta’ investiment.

Dan huwa rifless kif xieraq fil-mudell ta’ rapportar stabbilit fl-Anness X DDA, li jirrikjedi li l-impriżi li jirrapportaw jimlew il-valuri tal-KPI bbażati separatament fuq il-fatturat u l-KPIs tan-nefqa kapitali tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment (jiġifieri fl-ewwel ringiela kif ukoll fit-taqsimiet “Divulgazzjonijiet komplementari addizzjonali: tqassim tan-numeratur tal-KPI” u “Diżaggregazzjoni tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali”).

Ditti tal-investiment

F’konformità mal-Anness VII, it-Taqsima 2.4. tad-DDA, id-ditti tal-investiment għandhom jikkalkulaw il-GAR għas-servizzi u l-attivitajiet tagħhom li jinnegozjaw akkont proprju billi jiddependu fuq il-KPI tal-fatturat u l-KPI tal-CapEx tal-impriżi destinatarji ta’ investiment għal kull objettiv ambjentali.

Il-kalkoli għall-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tad-destinatarji ta’ investiment huma speċifikati għal kull tip ta’ destinatarja ta’ investiment fl-Anness VII tad-DDA, it-Taqsima 2.4., it-tielet paragrafu, il-punti (a) sa (e). Il-KPIs għall-attivitajiet tad-ditti tal-investiment għajr in-negozjar akkont proprju għandhom jiġu kkalkolati mutatis mutandis bl-użu ta’ KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx ta’ kontropartijiet tal-klijenti tagħhom (ara l-Anness VII tad-DDA, it-taqsima 3.3.).

Dan huwa rifless kif xieraq fil-formoli ta’ divulgazzjoni għall-KPIs tad-ditti tal-investiment. Il-valuri tal-KPI bbażati fuq il-fatturat u l-KPIs tal-CapEx tal-kontroparti għandhom jiġu ddivulgati, rispettivament, fir-raba’ u l-ħames kolonna tal-formola 0 (Sommarju tal-KPIs) tal-Anness VIII tad-DDA. Barra minn hekk, id-ditti tal-investiment għandhom jidduplikaw il-formola 1 (KPI IF – Servizzi ta’ negozjar akkont proprju) u l-formola 2 (KPI IF Servizzi oħra) għal KPIs fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu

Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dettalji tal-kalkoli għall-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tal-assi sottostanti huma stabbiliti fl-Anness V tad-DDA għal kull komponent tal-KPI rilevanti. Pereżempju, fir-rigward tal-GAR għal skoperturi fil-karta bilanċjali, l-Anness V tad-DDA, it-Taqsima 1.2.1., ir-raba’ paragrafu, il-punt (a), jipprevedi li n-numeratur tal-KPI għandu jkopri s-self u l-avvanzi, it-titoli ta’ dejn, l-istrumenti ta’ ekwità u l-kollaterali riposseduti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija abbażi tal-KPIs tal-fatturat u l-KPIs tal-CapEx tal-assi sottostanti.

Dan huwa rifless kif xieraq fil-mudelli ta’ divulgazzjoni għall-KPIs tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-valuri tal-KPI bbażati fuq il-fatturat u l-KPIs tal-CapEx tal-kontroparti għandhom jiġu ddivulgati, rispettivament, fir-raba’ u l-ħames kolonna tal-formola 0 (Sommarju tal-KPIs) tal-Anness VI tad-DDA. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jenħtieġ li jidduplikaw il-formoli 3 (stokk tal-KPI tal-GAR), 4 (fluss tal-KPI tal-GAR), 5 (skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-KPI), 6 (KPI dwar introjtu minn tariffi u kummissjonijiet minn servizzi għajr għoti b’self u ġestjoni tal-assi) u 7 (portafoll tal-KPI tal-kotba tan-negozjar) għal KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq CapEx, kif iċċarat fin-noti f’qiegħ il-paġna tal-mudell rilevanti.

4.

Liema KPI għandha tuża impriża finanzjarja biex tivvaluta l-iskopertura tagħha għal impriża finanzjarja oħra li tirrapporta KPI wieħed jew aktar? Meta tikkalkula l-iskoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif għandha impriża finanzjarja tikkombina l-KPIs tal-investiment u tas-sottoskrizzjoni għall-fini tal-valutazzjoni ta’ dik l-iskopertura?

Kif speċifikat fil-mistoqsija 3 ta’ dan l-Avviż, l-impriżi finanzjarji għandhom jikkalkulaw il-KPIs tagħhom ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx billi jużaw, rispettivament, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tal-emittenti/kontropartijiet rispettivi sabiex jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi (34) tagħhom għalihom. Dan japplika wkoll jekk ikunu impriżi finanzjarji oħra, kif speċifikat aktar hawn taħt.

Skoperturi għall-maniġers tal-assi

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (35), meta l-impriżi finanzjarji tar-rapportar ikollhom skoperturi għal maniġer tal-assi, dawk l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw, rispettivament, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tal-maniġer tal-assi tal-kontroparti biex jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal dak il-maniġer tal-assi tal-kontroparti.

Meta l-impriżi finanzjarji jinvestu f’UCITS jew f’AIF, jenħtieġ li l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw jużaw l-informazzjoni disponibbli dwar l-allinjament mat-Tassonomija tal-UCITS jew tal-AIF. Fejn tali informazzjoni mhux disponibbli, l-iskopertura jenħtieġ li tkun ikkunsidrata li mhiex allinjata mat-Tassonomija (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 32 ta’ dan l-Avviż).

Skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (36), meta l-impriżi finanzjarji tar-rapportar ikollhom skoperturi għal istituzzjoni ta’ kreditu, dawk l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw, rispettivament, il-GAR ibbażat fuq il-fatturat u dak ibbażat fuq il-CapEx tal-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti (jiġifieri l-GAR Totali tal-kontroparti) biex jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti.

L-impriżi finanzjarji li jirrapportaw għandhom jużaw medja ponderata tal-KPIs applikabbli bbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq CapEx tal-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti rispettiva, fejn l-impriżi finanzjarji jkollhom skoperturi għal dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti li l-GAR totali tagħha (jiġifieri GAR totali fuq strumenti ta’ self/dejn/ekwità fil-portafoll bankarju) ma jkunx applikabbli minħabba li:

—

il-mudell tan-negozju ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti ma jkoprix l-attivitajiet li joħolqu skoperturi ta’ self/dejn/ekwità f’portafoll bankarju (eż. servizzi bankarji ta’ investiment), jew

—

il-GAR totali ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu kontroparti ma jkunx materjali fil-mudell tan-negozju ta’ dik il-kontroparti.

Biex tikkonforma mal-aħħar inċiż tal-Anness XI tad-DDA, l-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti għandha tikkalkula u tiddivulga fl-informazzjoni kuntestwali ta’ akkumpanjament kemm medja ponderata bbażata fuq il-fatturat kif ukoll dik ibbażata fuq il-CapEx tal-KPIs applikabbli bil-ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon tad-dħul derivat mill-attivitajiet koperti mill-KPIs korrispondenti fil-fatturat totali tagħha.

Pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti attiva f’servizzi bankarji ta’ investiment tista’ tikseb:

—

50 % tad-dħul totali tagħha mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.3. (KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C));

—

30 % tad-dħul totali tagħha mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.4. (GAR għall-portafoll tan-negozjar); u

—

20 % tad-dħul totali tagħha mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.2.2 (Proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġati (KPI tal-AuM)).

Sabiex jivvalutaw l-iskoperturi tagħhom għal tali istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti, l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw għandhom jużaw il-medja ponderata bbażata fuq il-fatturat u dik ibbażata fuq il-CapEx tal-KPIs applikabbli tal-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti li l-istituzzjoni ta’ kreditu tal-kontroparti għandha tikkalkula kif ġej:

—

Il-medja ponderata bbażata fuq il-fatturat tal-KPIs applikabbli = il-KPI tat-Tariffi u tal-Kummissjonijiet tagħha (ibbażata fuq il-fatturat) immultiplikata b’50 % + il-GAR tagħha għall-portafoll tan-negozjar (ibbażata fuq il-fatturat) immultiplikata b’30 % + il-KPI tal-AuM tagħha (ibbażata fuq il-fatturat) immultiplikata b’20 %;

—

Il-medja ponderata bbażata fuq il-CapEx tal-KPIs applikabbli = il-KPI tat-Tariffi u tal-Kummissjonijiet tagħha (ibbażata fuq il-CapEx) immultiplikata b’50 % + il-GAR tagħha għall-portafoll tan-negozjar (ibbażata fuq il-CapEx) immultiplikata b’30 % + il-KPI tal-AuM tagħha (ibbażata fuq il-CapEx) immultiplikata b’20 %.

Skoperturi għal ditti tal-investiment

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (37), meta l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw ikollhom skoperturi għal ditta tal-investiment, dawk l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw, rispettivament, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq il-CapEx tad-ditta tal-investiment tal-kontroparti biex jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal dik id-ditta tal-investiment tal-kontroparti. Jenħtieġ li d-ditta tal-investiment tippubblika fid-divulgazzjonijiet kuntestwali ta’ akkumpanjament, imsemmija fl-aħħar inċiż tal-Anness XI DDA, il-KPI bbażat fuq il-fatturat u KPI bbażat fuq in-nefqa kapitali li jenħtieġ li jiġi kkalkolat kif ġej:

—

il-KPI bbażat fuq il-fatturat tad-ditta tal-investiment għandu jiġi kkalkolat bħala medja ponderata tal-KPI bbażat fuq il-fatturat tad-ditta tal-investiment fuq attivitajiet ta’ negozjar akkont proprju u KPI bbażat fuq il-fatturat tad-ditta tal-investiment fuq attivitajiet għajr in-negozjar akkont proprju bil-ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul minn attivitajiet li jinnegozjaw akkont proprju u l-proporzjon ta’ dħul minn attivitajiet għajr in-negozjar akkont proprju fid-dħul totali (introjtu) tad-ditta tal-investiment;

—

il-KPI bbażat fuq il-CapEx tad-ditta tal-investiment għandu jiġi kkalkolat bħala medja ponderata tal-KPI bbażat fuq il-CapEx tad-ditta tal-investiment fuq attivitajiet ta’ negozjar akkont proprju u KPI bbażat fuq il-CapEx tad-ditta tal-investiment fuq attivitajiet għajr in-negozjar akkont proprju bil-ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul minn attivitajiet li jinnegozjaw akkont proprju u l-proporzjon ta’ dħul minn attivitajiet għajr in-negozjar akkont proprju fid-dħul totali (introjtu) tad-ditta tal-investiment.

Skoperturi għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet (38), meta l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw ikollhom skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq biss attivitajiet ta’ proviżjonament tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-ħajja, sabiex jiġi vvalutat l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw għandhom jużaw, rispettivament, il-KPI bbażat fuq il-fatturat u dak ibbażat fuq il-CapEx fuq investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-kontroparti.

Meta l-impriżi finanzjarji jkollhom skoperturi għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li twettaq attivitajiet ta’ proviżjonament tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (jew li tipprovdi kemm servizzi tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja), l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw għandhom jużaw, rispettivament, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq CapEx tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-kontroparti biex jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-kontroparti.

Sabiex tikkonforma mal-aħħar inċiż tal-Anness XI tad-DDA, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tiddivulga fl-informazzjoni kuntestwali tagħha, KPI bbażat fuq il-fatturat u KPI bbażat fuq il-CapEx li għandu jiġi kkomputat kif ġej:

—

il-KPI bbażat fuq il-fatturat tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jenħtieġ li jiġi kkomputat bħala l-medja ponderata tal-KPI bbażat fuq il-fatturat fuq investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u tal-KPI fuq sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja tas-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ investiment tagħha u l-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja tagħha fid-dħul totali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

—

il-KPI bbażat fuq CapEx tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jenħtieġ li jiġi kkomputat bħala medja ponderata tal-KPI bbażat fuq CapEx fuq investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u tal-KPI fuq sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja tas-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ investiment tagħha u l-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja tagħha fid-dħul totali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

5.

X’għandhom jirrapportaw l-impriżi finanzjarji jekk il-KPIs tal-entitajiet tal-kontroparti ma jkunux disponibbli għall-pubbliku jew ma jkunux preċiżi? Pereżempju, l-impriżi finanzjarji kif għandhom jirrapportaw fil-KPIs tagħhom divulgati fl-2024 l-iskoperturi tagħhom għal impriżi finanzjarji kontroparti oħra, li se jkollhom jirrapportaw il-KPIs rispettivi tagħhom biss mill-2024?

F’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-impriżi finanzjarji jridu jużaw l-aktar informazzjoni u KPIs disponibbli reċenti tal-kontropartijiet tagħhom għar-rapportar tagħhom tal-allinjament mat-Tassonomija. Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn il-KPIs ta’ entitajiet jew kontropartijiet sottostanti ma jkunux disponibbli faċilment jew pubblikament. Pereżempju, meta l-KPIs tal-impriżi finanzjarji li jirrapportaw jiġu kkalkolati abbażi ta’ skoperturi għal impriżi finanzjarji oħra, dawk l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw jista’ ma jkollhomx l-informazzjoni kollha disponibbli għall-pubbliku sabiex ikunu jistgħu jagħmlu d-divulgazzjonijiet tal-allinjament mat-Tassonomija tagħhom stess fl-ewwel ċiklu ta’ rapportar (fl-2024).

Meta l-KPIs l-aktar reċenti tal-kontropartijiet li huma meħtieġa jirrapportaw il-KPIs tat-Tassonomija bħala parti mir-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità ma jkunux disponibbli pubblikament jew faċilment, l-impriżi finanzjarji li jiddependu fuq dawk il-KPIs għar-rapportar tagħhom stess huma mħeġġa jikkuntattjaw lil dawk il-kontropartijiet. Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni għandu jikkonforma mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Jekk l-impriżi finanzjarji xorta waħda ma jkunux jistgħu jiksbu KPIs rilevanti mill-kontroparti inkwistjoni jew dawn jibqgħu mhux adatti għall-fini tal-kalkolu tal-KPIs tagħhom stess, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw l-aktar KPIs disponibbli reċenti ddivulgati fis-sena/snin preċedenti. Meta lanqas tali KPIs mis-snin preċedenti ma jkunux disponibbli (39), l-iskopertura jenħtieġ li titqies bħala mhux eliġibbli jew mhux allinjata, jiġifieri l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li jdaħħlu valur “żero” fin-numeratur tal-KPI rilevanti mingħajr ebda valutazzjoni ulterjuri. Tali divulgazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni kuntestwali bħala parti mid-divulgazzjonijiet kwalitattivi tal-impriża finanzjarja (li tinkludi informazzjoni dwar is-sorsi tad-data u l-limitazzjoni) f’konformità mal-Anness XI tad-DDA. Minbarra li jirrapportaw valur “żero” f’dan il-każ bħala parti mid-divulgazzjonijiet obbligatorji tagħhom, l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw jistgħu jagħżlu li jistmaw l-allinjament mat-Tassonomija tagħhom u jirrapportaw dik l-informazzjoni b’mod volontarju, separatament mid-divulgazzjonijiet obbligatorji tagħhom (40).

6.

L-impriżi finanzjarji kif għandhom jittrattaw id-dikjarazzjonijiet mill-ġdid tal-KPIs (jiġifieri korrezzjonijiet tal-KPIs diġà ppubblikati) mill-kontropartijiet tagħhom? L-impriżi finanzjarji jridu jikkalkulaw mill-ġdid u jiddikjaraw mill-ġdid il-KPIs tagħhom mis-sena preċedenti kull meta l-kontropartijiet tagħhom jiddikjaraw mill-ġdid il-KPIs rispettivi tagħhom mis-sena preċedenti?

L-att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jirrikjedi li l-impriżi finanzjarji jużaw il-KPIs divulgati mill-kontropartijiet tagħhom meta jikkalkulaw il-KPIs tagħhom stess, b’mod partikolari l-GAR. L-impriżi mhux finanzjarji huma meħtieġa jispjegaw għaliex il-bidliet fil-kalkoli tal-KPIs tagħhom mill-perjodu ta’ rapportar preċedenti jirriżultaw f’informazzjoni aktar affidabbli u rilevanti u jipprovdu għal ċifri komparattivi ddikjarati mill-ġdid (ara l-Anness I, it-Taqsima 1.2.1. tad-DDA).

F’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-impriżi finanzjarji jridu jużaw l-aktar informazzjoni disponibbli reċenti pprovduta mill-kontropartijiet tagħhom għar-rapportar tal-allinjament tagħhom. Meta, pereżempju, l-impriżi mhux finanzjarji tal-kontroparti jkunu meħtieġa jiddikjaraw mill-ġdid l-informazzjoni tas-sena preċedenti jew il-KPIs f’konformità mal-Anness I, it-Taqsima 1.2.1. tad-DDA, l-aħħar data disponibbli għall-impriżi finanzjarji li jirrapportaw tkun trid tinkludi dawk iċ-ċifri ddikjarati mill-ġdid jew il-KPIs.

L-impriżi finanzjarji li jirrapportaw ikollhom bżonn jiddikjaraw mill-ġdid il-KPIs tagħhom stess sal-punt biss li ċ-ċifri ddikjarati mill-ġdid jew il-KPIs mill-impriżi tal-kontroparti jkollhom impatt materjali fuq il-kalkolu tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji li jirrapportaw. Għalhekk, l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw għandhom jivvalutaw fuq bażi ta’ każ b’każ jekk iċ-ċifri ddikjarati mill-ġdid jew il-KPIs minn impriżi tal-kontroparti għandhomx tali impatt materjali fuq il-KPI(s) tagħhom stess, u jipprevedu ċifri komparattivi u KPIs iddikjarati mill-ġdid kif xieraq.

D.   VALUTAZZJONI TAT-TASSONOMIJA TAL-GRUPPI

a.   KPIs li għandhom jiġu rrapportati mill-impriżi omm

7.

Liema KPIs għandhom jiġu rrapportati mill-impriżi omm ta’ gruppi, bħal konglomerati finanzjarji, li għandhom diversi attivitajiet u segmenti tan-negozju fil-livell tal-grupp bħall-immaniġġjar tal-assi, id-ditta tal-investiment, l-assigurazzjoni, u l-attivitajiet bankarji?

L-impriżi omm ta’ gruppi kbar imsemmija fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità li jeħtieġ li jħejju rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva għandhom ikopru s-sussidjarji kollha tal-grupp tagħhom f’konformità mal-Kapitolu 6 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 8). Dawk l-impriżi omm tar-rapportar għandhom jinkludu divulgazzjonijiet konsolidati tat-Tassonomija fir-rapportar konsolidat tagħhom dwar is-sostenibbiltà.

L-entitajiet omm tal-konglomerati finanzjarji għandhom isegwu l-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni għall-attivitajiet tagħhom li jaqgħu taħt regolamentazzjoni prudenzjali u jirrapportaw fil-livell tal-grupp il-KPIs konsolidati tas-segmenti tan-negozju rispettivi tagħhom. Pereżempju, l-impriżi omm li jirrapportaw ta’ konglomerat finanzjarju b’segmenti tan-negozju relatati mal-immaniġġjar tal-assi, mal-banek, mad-ditti tal-investiment jew mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħhom għandhom jirrapportaw dawk l-attivitajiet fil-livell konsolidat. Għalhekk, huma għandhom jirrapportaw:

—

KPIs imsemmija fl-Annessi III u IV tad-DDA konsolidati għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-assi tagħhom imwettqa minn sussidjarji li huma maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) jew kumpaniji maniġerjali tal-UCITS (maniġers tal-assi);

—

KPIs imsemmija fl-Annessi V u VI tad-DDA konsolidati għall-attivitajiet bankarji tagħhom imwettqa minn sussidjarji li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu;

—

KPIs imsemmija fl-Annessi VII u VIII tad-DDA konsolidati għall-attivitajiet tad-ditti tal-investiment tagħhom, imwettqa minn sussidjarji li huma ditti tal-investiment; u

—

KPIs imsemmija fl-Annessi IX u X tad-DDA konsolidati għall-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom imwettqa minn sussidjarji li huma impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Barra minn hekk, biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom ta’ rapportar fil-livell konsolidat tal-grupp u jiffaċilitaw id-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija mill-investituri u l-kredituri tagħhom (ara l-mistoqsija 11 hawn taħt), l-impriżi omm tar-rapportar għandhom jikkalkulaw, u jippubblikaw fid-divulgazzjonijiet kuntestwali msemmija fl-Anness XI tad-DDA, KPI konsolidat fil-livell tal-grupp (41) fil-forma ta’ medja ponderata tal-KPIs korrispondenti għal, fejn applikabbli, l-immaniġġjar tal-assi, l-attivitajiet bankarji, tal-investiment, u tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b’ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon tal-fatturat derivat mill-attivitajiet korrispondenti fil-fatturat konsolidat totali tal-konglomerat (42).

Eżempju numeriku ta’ kif jiġi kkalkolat il-KPI konsolidat fil-livell tal-grupp fuq attivitajiet allinjati mat-Tassonomija fil-forma ta’ medja ponderata ta’ KPIs huwa pprovdut fl-Appendiċi II ta’ dan l-Avviż.

8.

Kif għandu japplika r-rapportar għal impriża omm li tirrapporta b’diversi sussidjarji li (i) xi wħud minnhom huma soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, iżda jagħmlu użu mill-eżenzjoni mir-rapportar ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, u (ii) oħrajn mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?

Kif stabbilit fil-mistoqsija 7 ta’ dan l-Avviż, l-impriżi omm tar-rapportar għandhom jinkludu fid-divulgazzjonijiet konsolidati tagħhom tat-Tassonomija s-sussidjarji kollha mill-grupp tagħhom, inklużi dawk li jagħmlu użu mill-eżenzjoni mir-rapportar ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u dawk is-sussidjarji li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.

Barra minn hekk, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet 11 u 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni li jkopri impriżi mhux finanzjarji huma pertinenti wkoll għall-impriżi finanzjarji. B’mod partikolari, it-tweġiba għall-mistoqsija 11 tgħid: “Bħalissa, l-impriżi li huma eżentati mill-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a(3) u l-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà  (43) huma eżentati wkoll milli jagħmlu divulgazzjonijiet relatati mat-Tassonomija skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar it-Tassonomija, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet f’dawk id-dispożizzjonijiet (jiġifieri d-divulgazzjoni relatata mat-Tassonomija tal-impriża eżentata tiġi inkluża fir-rapport mhux finanzjarju konsolidat, jew rapport separat, ta’ impriża (omm) oħra).”

It-tweġiba għall-mistoqsija 12 tgħid li: “L-impriżi omm jeħtiġilhom jindikaw ukoll liema sussidjarji inklużi fil-konsolidazzjoni huma eżentati mir-rapportar annwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a, il-paragrafu (9), jew l-Artikolu 29a, il-paragrafu (8), rispettivament. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandu jipprovdi wkoll KPIs tat-tassonomija fil-livell sussidjarju fl-informazzjoni kuntestwali.”

9.

Liema KPIs għandhom jiġu rrapportati minn impriża omm li tirrapporta li għandha tipi differenti ta’ sussidjarji mhux finanzjarji u finanzjarji?

Impriża omm li tirrapporta li għandha sussidjarji finanzjarji u mhux finanzjarji għandha:

—

tikkonsolida l-attivitajiet tas-sussidjarji finanzjarji tagħha u tirrapporta l-KPIs korrispondenti li jappartjenu għall-impriżi finanzjarji kif iċċarat fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 2, 7 u 9 ta’ dan l-Avviż, u,

—

separatament, tikkonsolida l-attivitajiet tas-sussidjarji mhux finanzjarji tagħha u tirrapporta KPIs korrispondenti li jappartjenu għal impriżi mhux finanzjarji kif iċċarat fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 9 sa 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom li jirrapportaw fil-livell konsolidat tal-grupp u jiffaċilitaw id-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija mill-investituri u l-kredituri tagħhom (ara l-mistoqsija 8 ta’ dan l-Avviż), l-impriżi omm li jirrapportaw għandhom jikkalkulaw, u jippubblikaw fid-divulgazzjonijiet kuntestwali msemmija fl-Anness XI tad-DDA KPI fil-livell tal-grupp konsolidat (44) fil-forma ta’ medja ponderata ta’:

—

il-KPIs, ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq CapEx rispettivament, relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi finanzjarji skont l-approċċ stabbilit fit-tweġiba għall-mistoqsija 3 ta’ dan l-Avviż b’ponderazzjonijiet għal dawk il-KPIs li jikkorrispondu għall-proporzjon tal-fatturat derivat mill-attivitajiet ekonomiċi finanzjarji fil-fatturat konsolidat totali tal-grupp, fejn applikabbli, għal attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-assi, bankarji, ta’ investiment, u ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni (45); u

—

il-fatturat konsolidat u l-KPIs tal-CapEx, rispettivament, kienu relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi mhux finanzjarji b’ponderazzjonijiet li jikkorrispondu għall-proporzjon tal-fatturat derivat minn dawk l-attivitajiet fil-fatturat konsolidat totali tal-grupp.

Eżempju numeriku ta’ kif jiġi kkalkolat il-KPI konsolidat fil-livell tal-grupp fuq attivitajiet allinjati mat-Tassonomija fil-forma ta’ medja ponderata ta’ KPIs huwa pprovdut fl-Appendiċi II ta’ dan l-Avviż.

10.

L-impriżi prinċipali li jirrapportaw kif għandhom jaġġustaw id-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija meta l-attivitajiet ta’ sussidjarja waħda jew aktar ikunu differenti mill-mudell kummerċjali ġenerali tal-grupp?

It-tweġiba pprovduta għall-mistoqsija 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni li jkopri impriżi mhux finanzjarji hija rilevanti wkoll għall-impriżi finanzjarji: “Skont l-Artikolu 29a(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, kif emendata mis-CSRD, jekk l-impriża omm tidentifika differenzi sinifikanti bejn ir-riskji jew l-impatti tal-grupp u r-riskji jew l-impatti ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha, l-impriża omm jeħtiġilha tipprovdi fehim adegwat tar-riskji u l-impatti ta’ dawn is-sussidjarji. L-impriżi omm jeħtiġilhom jindikaw ukoll liema sussidjarji inklużi fil-konsolidazzjoni huma eżentati mir-rapportar annwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a, il-paragrafu (9), jew l-Artikolu 29a, il-paragrafu (8), rispettivament. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandu jipprovdi wkoll KPIs tat-tassonomija fil-livell sussidjarju fl-informazzjoni kuntestwali.”

b.   Valutazzjoni tat-Tassonomija tal-iskoperturi għall-impriżi omm

11.

Liema KPIs għandhom jiġu kkunsidrati għal skoperturi ta’ impriżi finanzjarji għall-impriża omm ta’ grupp, bħal konglomerat finanzjarju, ma’ sussidjarji li jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni, bankarji, ta’ investiment jew ta’ mmaniġġjar tal-assi jew skoperturi lil sussidjarja ta’ dik il-kumpanija omm?

L-impriżi finanzjarji għandhom jużaw (i) il-KPI konsolidat fil-livell tal-grupp fil-forma ta’ medja ponderata tal-KPIs tal-impriża omm imsemmija fl-Anness XI tad-DDA (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsijiet 7 u 9 ta’ dan l-Avviż) u (ii) l-ammont tal-iskoperturi għal dak il-grupp biex jikkalkulaw dawk l-iskoperturi fil-KPIs rispettivi tagħhom stess.

Meta l-investiment jew l-iskopertura ta’ impriża finanzjarja tkun relatata ma’ sussidjarja ta’ konglomerat finanzjarju u mhux mal-kumpanija omm, l-impriżi li jirrapportaw għandhom jiżguraw li jużaw il-KPIs li jipprovdu l-aktar fehma rappreżentattiva tal-attivitajiet reali tad-destinatarji ta’ investiment tagħhom. Dan jista’ jwassal lill-impriżi li jirrapportaw biex jużaw jew il-KPIs fil-livell sussidjarju kif spjegat fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 8 u 10 ta’ dan l-Avviż (li jirreferu għat-tweġiba għall-mistoqsija 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni) jew il-KPIs fil-livell tal-grupp meta dawk il-KPIs fil-livell sussidjarju ma jkunux disponibbli.

12.

Liema KPIs għandhom jiġu kkunsidrati għall-iskoperturi ta’ impriżi finanzjarji għall-impriża prinċipali ta’ grupp imħallat ma’ sussidjarji li jipprovdu servizzi finanzjarji, bħal assigurazzjoni, servizzi bankarji, ta’ investiment jew ta’ ġestjoni tal-assi u attivitajiet mhux finanzjarji?

Minħabba li l-KPI konsolidat fil-livell tal-grupp fil-forma ta’ medja ponderata tal-KPIs imsemmija fl-Anness XI tad-DDA jirrappreżenta l-attivitajiet kummerċjali ta’ grupp (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 9 ta’ dan l-Avviż), l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw (i) dak il-KPI konsolidat fil-livell tal-grupp irrapportat mill-impriża omm tal-grupp imħallat u (ii) l-ammont tal-iskoperturi għal dak il-grupp imħallat biex jikkalkulaw dawk l-iskoperturi fil-KPIs rispettivi tagħhom stess.

Meta l-investiment jew l-iskopertura tal-impriżi li jirrapportaw tkun relatata ma’ sussidjarja ta’ grupp imħallat, l-impriżi li jirrapportaw għandhom jiżguraw li jużaw il-KPIs li jipprovdu l-aktar fehma rilevanti u rappreżentattiva tal-attivitajiet reali tad-destinatarji ta’ investiment tagħhom. Dan jista’ jwassal lil dawk l-impriżi biex jużaw jew il-KPIs fil-livell sussidjarju kif spjegat fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 8 u 10 ta’ dan l-Avviż (li jirreferu għat-tweġiba għall-mistoqsija 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni) jew il-KPI fil-livell tal-grupp meta dawk il-KPIs fil-livell tas-sussidjarjetà ma jkunux disponibbli.

E.   VALUTAZZJONI TAT-TASSONOMIJA TA’ SKOPERTURI SPEĊIFIĊI

a.   Skoperturi għal entitajiet soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità

13.

Kif għandhom l-impriżi finanzjarji jivvalutaw l-iskoperturi tagħhom lejn:

—

impriża li mhijiex soġġetta għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fuq bażi individwali, iżda li hija s-sussidjarja ta’ impriża omm li hija soġġetta għal dawk id-dispożizzjonijiet;

—

sussidjarja soġġetta għall-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fuq bażi individwali, iżda li hija eżentata milli tippubblika rapportar dwar is-sostenibbiltà fuq il-bażi li l-kumpanija omm tagħha tagħmel dan fuq bażi konsolidata?

L-esklużjoni, stabbilita fl-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, ta’ skoperturi għal impriżi li mhumiex soġġetti għall-pubblikazzjoni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità hija ġġustifikata min-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-KPIs għal kontroparti ta’ impriża finanzjarja u l-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet ta’ rapportar mhux dovuti minn kontroparti lil impriża finanzjarja.

It-tweġiba għall-mistoqsija 12 tat-tieni Avviż tal-Kummissjoni li tkopri impriżi mhux finanzjarji hija pertinenti fil-kuntest ta’ skoperturi għal sussidjarji li ma jirrappurtawx KPIs jew fejn l-attivitajiet tas-sussidjarji jvarjaw mill-mudell kummerċjali ġenerali tal-grupp: “Skont l-Artikolu 29a(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, kif emendata mis-CSRD, jekk l-impriża omm tidentifika differenzi sinifikanti bejn ir-riskji jew l-impatti tal-grupp u r-riskji jew l-impatti ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha, l-impriża omm jeħtiġilha tipprovdi fehim adegwat tar-riskji u l-impatti ta’ dawn is-sussidjarji. L-impriżi omm jeħtiġilhom jindikaw ukoll liema sussidjarji inklużi fil-konsolidazzjoni huma eżentati mir-rapportar annwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a, il-paragrafu (9), jew l-Artikolu 29a, il-paragrafu (8), rispettivament. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandu jipprovdi wkoll KPIs tat-tassonomija fil-livell sussidjarju fl-informazzjoni kuntestwali (enfasi miżjuda).”

Għall-valutazzjoni tal-iskoperturi minn strumenti finanzjarji u self meta l-użu tar-rikavat ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jiżguraw li jużaw il-KPIs li jipprovdu l-aktar fehma rilevanti u rappreżentattiva tal-attivitajiet reali tad-destinatarji ta’ investiment tagħhom.

Meta sussidjarja jkollha kumpanija omm jew impriża omm apikali li ttirrapporta l-KPIs skont l-Artikolu 8 r-Regolament dwar it-Tassonomija u l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-iskopertura ta’ impriża finanzjarja għal dik is-sussidjarja għandha tiġi inkluża fin-numeratur tal-KPIs rilevanti ta’ dik l-impriża finanzjarja. Għalhekk, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw il-KPI tas-sussidjarja divulgat mill-kumpanija omm jew mill-kumpanija omm apikali tagħha jew, meta l-KPI tas-sussidjarja ma jkunx disponibbli, il-KPIs tal-eqreb impriża omm li tirrapporta biex jivvalutaw l-iskoperturi ta’ impriża finanzjarja għal dik is-sussidjarja f’konformità mal-Anness rilevanti tal-Att dwar id-Delegati tad-Divulgazzjonijiet.

Fil-każ ta’ skoperturi għal sussidjarja ta’ impriża omm li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, iżda meta dik is-sussidjarja tkun eżentata mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali fuq il-bażi li l-kumpanija omm tagħha tagħmel dan fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Artikolu 19a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw il-KPI tas-sussidjarja divulgata mill-kumpanija omm tagħha fl-informazzjoni kuntestwali.

Għall-valutazzjoni tal-iskoperturi minn strumenti u self meta l-użu tar-rikavati jkun magħruf, l-impriża finanzjarja li tirrapporta għandha tivvaluta l-firxa tal-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi u tal-assi ffinanzjati f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

b.   Skoperturi għal Veikoli bi Skop Speċjali

14.

Kif għandhom jiġu ttrattati l-iskoperturi għal veikoli bi skop speċjali (“SPVs”)? L-impriżi finanzjarji jridu jivvalutaw is-self speċjalizzat/il-finanzjament ta’ proġetti għall-fini tar-rapportar dwar l-allinjament mat-Tassonomija?

L-obbligi ta’ divulgazzjoni tal-impriżi finanzjarji skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet huma maħsuba biex jipprovdu informazzjoni dwar il-punt sa fejn l-investimenti jew il-finanzjament tagħhom qed jiffinanzjaw attivitajiet allinjati mat-Tassonomija. Dan ifisser li, għall-fini tad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-impriżi finanzjarji għandhom ifittxu l-investimenti u l-assi tagħhom biex jivvalutaw dawk id-destinatarji ta’ investiment li huma l-benefiċjarji aħħarin u l-attivitajiet tagħhom allinjati mat-tassonomija.

L-impriżi finanzjarji għandhom jinkludu l-iskoperturi għall-valutazzjoni tat-Tassonomija tagħhom għal SPVs li jiffinanzjaw entitajiet soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jew li jappartjenu għal grupp fejn il-kumpanija omm tal-SPV tkun soġġetta għall-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva fuq livell ta’ grupp konsolidat (46).

Dan jimplika li, meta l-użu tar-rikavat ma jkunx magħruf, għas-self u għall-investimenti jenħtieġ li l-impriżi finanzjarji jużaw il-KPIs tal-impriża li tkun il-benefiċjarju aħħari tal-finanzjament li jikkontrolla SPV jew, fejn dawk il-KPIs ma jkunux disponibbli, il-KPIs tal-impriża omm li tirrapporta tagħha biex jivvalutaw l-iskopertura tagħhom għal dak l-SPV. Għall-finanzjament u l-investimenti fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom iqisu l-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi ffinanzjati permezz ta’ SPV sabiex jivvalutaw l-iskopertura tagħhom għal dak l-SPV (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 3 ta’ dan l-Avviż).

Għall-fini tad-divulgazzjonijiet tat-tqassim tan-numeratur tal-KPIs tagħhom għal kull tip ta’ emittent/kontroparti, l-impriżi finanzjarji għandhom jinkludu tali skoperturi fir-ringieli xierqa tal-mudelli ta’ rapportar tat-Tassonomija rispettivi tagħhom. Dawn jenħtieġ li jikkorrispondu għat-tip ta’ entitajiet li l-KPIs tagħhom l-impriża finanzjarja tapplika għal dik l-iskopertura, jew li l-assi tagħhom jkunu ffinanzjati.

Jekk il-benefiċjarju aħħari jkun impriża li mhijiex soġġetta għall-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jew jekk l-impriża omm apikali tagħha ma tkunx soġġetta għal dawn l-Artikoli, l-iskoperturi għall-SPVs għandhom jiġu esklużi min-numeratur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet bl-eċċezzjoni ta’ bonds u skoperturi tat-titoli ta’ dejn imsemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ dak l-Att Delegat. Madankollu, l-allinjament mat-Tassonomija ta’ dawk l-iskoperturi jista’ jiġi rrapportat fuq bażi volontarja.

c.   L-awtoritajiet pubbliċi

15.

Kif għandhom jiġu ttrattati l-iskoperturi tal-impriżi finanzjarji għall-gvernijiet reġjonali u għall-entitajiet ikkontrollati mill-Istati?

L-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jeskludi biss skoperturi għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali u emittenti supranazzjonali mill-kalkolu tan-numeratur u d-denominatur tal-KPIs ta’ impriżi finanzjarji. Ir-referenza għall-gvernijiet ċentrali tinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentrali oħra li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu tal-Istat partikolari. Konsegwentement, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, muniċipalitajiet jew impriżi li s-sidien jew l-azzjonisti tagħhom huma dawk li huma msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet mhumiex koperti minn dik l-esklużjoni.

Għalhekk, l-istrumenti finanzjarji jew is-self, meta l-użu tar-rikavat ikun magħruf, l-finanzjament tal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali għandu jiġi inkluż fin-numeratur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji sal-punt li l-istrumenti jew is-self ikunu allinjati mat-Tassonomija. L-istrumenti jew is-self kollha, meta l-użu tar-rikavat ikun magħruf, il-finanzjament ta’ dawk l-awtoritajiet għandu jiġi inkluż fid-denominatur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Madankollu, is-self jew il-finanzjament fejn l-użu tar-rikavat ma jkunx magħruf jenħtieġ li jiġi eskluż min-numeratur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji.

d.   Impriżi tal-UE u impriżi mhux tal-UE li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità

16.

L-impriżi finanzjarji kif għandhom jirriflettu fl-iskoperturi tal-KPIs tagħhom għal impriżi tal-UE u mhux tal-UE li mhumiex soġġetti għal rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?

Bonds maħruġa minn impriżi mhux soġġetti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jridu jinħarġu bħala EuGB biex jiġu inklużi fin-numeratur tal-GAR (l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1, il-punt (ii) tad-DDA)?

Kif għandhom jiġu vvalutati l-istrumenti finanzjarji (self) fejn l-użu tar-rikavat huwa magħruf li jiffinanzja lil dawk l-impriżi?

F’konformità mal-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-iskoperturi għal impriżi (inklużi impriżi mhux tal-UE) li ma jaqgħux taħt l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità huma esklużi min-numeratur iżda inklużi fid-denominatur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Dan it-trattament se jiġi rieżaminat f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

Madankollu, l-Artikolu 7(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jgħid: “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, bonds ambjentalment sostenibbli jew titoli ta’ dejn bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet speċifiċi identifikati li jinħarġu minn impriża destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu inklużi fin-numeratur tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni sal-valur sħiħ tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija li r-rikavat minn dawk il-bonds u t-titoli ta’ dejn jiffinanzjaw, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.” Għalhekk, l-impriżi finanzjarji għandhom jinkludu fin-numeratur tal-KPIs tagħhom ir-rikavati minn bonds ambjentalment sostenibbli u titoli ta’ dejn li l-għan tagħhom huwa li jiffinanzjaw attivitajiet u assi speċifiċi identifikati irrispettivament minn jekk l-emittent ikunx impriża soġġetta għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Tali bonds ambjentalment sostenibbli jistgħu jinħarġu bħala EuGB jew f’konformità ma’ standards u inizjattivi pubbliċi jew privati.

Barra minn hekk, l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet ma jipprevjenix lill-impriżi finanzjarji milli jinkludu informazzjoni volontarja jew estimi bħala parti mid-divulgazzjonijiet volontarji dwar l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal entitajiet li bħalissa huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tan-numeratur tal-KPIs f’konformità mal-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Din l-informazzjoni dejjem trid tiġi rrapportata separatament mid-divulgazzjonijiet obbligatorji skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Barra minn hekk, għal bonds u strumenti ta’ dejn ambjentalment sostenibbli, l-impriżi finanzjarji jistgħu jużaw estimi għall-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom għal impriżi stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex soġġetti għal rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 7(7) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

e.   Proprjetà immobbli

17.

Kif jistgħu l-lokazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli jiġu ttrattati fil-kalkolu tal-KPIs?

Skont il-kuntratt ta’ lokazzjoni, ir-regoli kontabilistiċi jiddistingwu bejn lokazzjoni finanzjarja u lokazzjoni operatorja. It-trattament tal-lokazzjoni fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet isegwi r-regoli kontabilistiċi tal-IFRS 16. Fil-kuntest ta’ lokazzjoni finanzjarja, il-lokatarju jirrikonoxxi l-assi mikri bħala assi bid-dritt tal-użu fil-bidu tal-kuntratt ta’ lokazzjoni (47). B’mod korrispondenti, it-Taqsima 1.1.2.1. tal-Anness I tad-DDA tinkludi żidiet għall-assi bid-dritt tal-użu fid-denominatur CapEx tal-lokatarju peress li jirrappreżentaw żidiet ma’ assi tanġibbli u intanġibbli.

F’konformità mal-IFRS 16, fid-data tal-bidu, lokatur għandu jirrikonoxxi assi miżmuma taħt lokazzjoni finanzjarja fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu u jippreżentahom bħala riċevibbli f’ammont ugwali għall-investiment nett fil-lokazzjoni, jiġifieri l-valur preżenti nett tal-pagamenti ta’ lokazzjoni. B’mod korrispondenti, għall-fini tal-KPIs tat-Tassonomija, l-impriżi finanzjarji li jipprovdu lokazzjonijiet finanzjarji għandhom jittrattaw assi miżmuma taħt lokazzjoni finanzjarja bħala skopertura (self u avvanz) fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, u jinkluduhom fid-denominatur tal-GAR tagħhom. Għandhom jinkluduhom fin-numeratur tal-GAR tagħhom sal-punt li l-assi lokati jkunu allinjati mat-Tassonomija (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 1 ta’ dan l-Avviż) (48).

Għall-finijiet tal-KPIs tat-Tassonomija tagħhom, il-partijiet għal lokazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli għandhom għalhekk jikkunsidraw il-mod li bih jikkontabbilizzaw l-assi fir-rapporti finanzjarji tagħhom. Kodiċi NACE L68 ikkwotat fit-Taqsima 7.7.(“L-akkwist u s-sjieda tal-bini”) tal-Att Delegat dwar il-Klima jkopri wkoll proprjetà immobbli mikrija.

18.

L-impriżi finanzjarji kif għandhom jirrapportaw investimenti f’assi ta’ proprjetà immobbli li mhumiex kollateralizzati minn proprjetà residenzjali?

L-iskoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-assi ta’ proprjetà immobbli li huma kollateralizzati bi proprjetà residenzjali huma speċifikati fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.3. tad-DDA. Self li jappartjeni għal attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli msemmija fl-Anness I, it-Taqsima 7 tal-Att Delegat dwar il-Klima b’arranġamenti ekwivalenti għall-kollateralizzazzjoni minn proprjetà residenzjali (eż. ipoteka), bħal self b’garanziji ta’ partijiet terzi għandu jiġi inkluż ukoll f’dan il-kalkolu. Minbarra dan, l-impriżi finanzjarji għandhom jirrapportaw l-iskoperturi tal-proprjetà immobbli li ġejjin:

—

Istituzzjonijiet ta’ kreditu: kollaterali ta’ proprjetà immobbli riposseduti (Anness V tad-DDA, Taqsima 1.2.1.5.);

—

Maniġers tal-assi, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni: investimenti fil-proprjetà immobbli sal-punt u fil-proporzjon li fih jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija (ara b’mod partikolari l-Anness III tad-DDA, it-Taqsima 1.1., ir-raba’ paragrafu; Anness VII tad-DDA, Taqsima 2.4., is-sitt paragrafu; Anness IX tad-DDA, Taqsima 1, is-seba’ paragrafu)

Il-valuri rreġistrati fin-numeratur u d-denominatur għandhom isegwu l-klassifikazzjoni kontabilistika ta’ investimenti bħal dawn.

19.

Il-kriterji tal-kontribuzzjoni sostanzjali għas-CCM fit-Taqsima 7.1. (“Il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid”) u t-Taqsima 7.7. (“L-akkwiżizzjoni u sjieda tal-bini”) tal-Att Delegat dwar il-Klima jirreferi għall-kriterji tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (NZEB), li huma definiti fil-livell nazzjonali. Meta Stat Membru jibdel il-kriterji ta’ NZEB, l-impriżi finanzjarji għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-allinjament mat-Tassonomija tal-binjiet li jiffinanzjaw billi jqisu l-kriterji l-ġodda ta’ NZEB?

Iva. It-TSC stabbilit fl-Anness I, it-Taqsimiet 7.1. u 7.7. tal-Att Delegat dwar il-Klima jirreferi għar-rekwiżiti tal-NZEB, li huma definiti fil-livell nazzjonali. Għalhekk, it-trattament ta’ anterjorità speċifikat fl-Artikolu 7(5) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet għal self u strumenti fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf f’każijiet fejn it-TSC jiġu emendati ma japplikax għas-sitwazzjoni meta Stat Membru jibdel il-kriterji ta’ NZEB fil-ġurisdizzjoni tiegħu. Għalhekk, minn meta jsiru applikabbli l-bidliet f’dawn il-kriterji ta’ NZEB, l-iskoperturi mill-impriżi finanzjarji għall-assi tal-proprjetà immobbli rilevanti għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid għall-finijiet li jiġi ddikjarat l-allinjament mat-Tassonomija tagħhom (ara wkoll il-mistoqsija 152 fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima).

20.

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija skont it-Taqsima 7.7.(“L-akkwist u s-sjieda tal-bini”) tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, il-binjiet mibnija qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 irid ikollhom mill-inqas tikketta tal-klassi A taċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) jew ikun “fl-ogħla 15 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali espress bħala Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) operazzjonali u muri minn evidenza adegwata”. Bl-istess mod, it-TSC għal attività taħt it-Taqsima 7.2. (“Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti”) tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, jipprevedi żewġ TSC għal kontribut sostanzjali għas-CCM. Dawn iż-żewġ kriterji jistgħu jintużaw simultanjament għall-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet rispettivi?

L-Anness I, it-Taqsima 7.7, il-punt (1) tal-Att Delegat dwar il-Klima li jappartjeni għat-TSC għal kontribut sostanzjali għas-CCM jipprevedi żewġ TSC biex jiġi vvalutat l-allinjament mat-Tassonomija għall-bini mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020. Bl-istess mod, l-Anness I, it-Taqsima 7.2 tal-Att Delegat dwar il-Klima li jappartjeni għat-TSC għal kontribut sostanzjali għas-CCM tipprevedi żewġ TSC biex jiġi vvalutat l-allinjament mat-Tassonomija għar-rinnovazzjoni tal-bini. L-impriżi finanzjarji jistgħu jagħżlu li japplikaw kwalunkwe waħda miż-żewġ TSC, iżda m’għandhomx jgħoddu darbtejn l-istess skoperturi fin-numeratur tal-KPIs rilevanti meta bini jissodisfa ż-żewġ TSC. Pereżempju, għall-attività “L-akkwist u s-sjieda tal-bini” fl-Anness I, it-Taqsima 7.7 tal-Att Delegat dwar il-Klima, dan jimplika li:

—

skopertura għal bini mingħajr tikketta tal-klassi A tal-EPC tista’ tingħadd fin-numeratur tal-KPI fuq il-bażi li tissodisfa l-ogħla kriterju ta’ 15 %, u

—

skopertura għal bini b’tikketta tal-klassi A tal-EPC, ma tistax tingħadd darbtejn fin-numeratur tal-KPI minħabba li tissodisfa wkoll l-ogħla kriterju ta’ 15 %.

21.

Fir-rigward tal-ogħla kriterju ta’ 15 % li jikkonċerna l-kontribut sostanzjali għas-CCM elenkat fl-Anness I, it-Taqsima 7.7. tal-Att Delegat dwar il-Klima, il-konklużjoni li l-bini mibni wara sena partikolari jinsab fl-ogħla 15 % jikkostitwixxi estimu li jista’ jintuża biss għar-rapportar volontarju mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu?

It-TSC elenkati fl-Anness I, it-Taqsima 7.7, il-punt 1 tal-Att Delegat dwar il-Klima jirrikjedi “evidenza adegwata, li tal-anqas tqabbel ir-rendiment tal-assi rilevanti mal-prestazzjoni tal-istokk nazzjonali jew reġjonali mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u tal-anqas tagħmel distinzjoni bejn bini residenzjali u mhux residenzjali” jekk tintuża l-għażla ta’ “l-ogħla 15 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali”.

F’dan ir-rigward, it-tweġiba għall-mistoqsija 149 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima tispeċifika li:

“Ma hemm l-ebda regola speċifika għad-definizzjoni tal-ogħla 15 % jew 30 % tal-istokk tal-bini, lil hinn mir-rekwiżiti tar-referenza għall-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali espress bħala Domanda għall-Enerġija Primarja (PED, Primary Energy Demand) operazzjonali, u li ssir distinzjoni tal-anqas bejn bini residenzjali u mhux residenzjali.

Fin-nuqqas ta’ EPC rilevanti, jista’ jsir studju tekniku biex jiġi stmat il-limitu rilevanti għall-ogħla 15 % tal-istokk tal-bini nazzjonali (jew reġjonali) għal dik il-kategorija ta’ bini. Jista’ jkun hemm informazzjoni disponibbli minn bażijiet tad-data nazzjonali jew studji prodotti minn ċerti organizzazzjonijiet (eż. il-Kunsill Dinji tal-Bini Ekoloġiku).

Kull meta jkun hemm studju bħal dan disponibbli għall-pubbliku, dan jista’ jintuża. Meta ma jkun hemm l-ebda studju disponibbli, dan għandu jitwettaq.”

It-tweġiba għall-mistoqsija 151 fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima fir-rigward tal-użu ta’ informazzjoni dwar is-sena tal-kostruzzjoni tal-bini u r-regolamenti tal-bini tiddikjara li, “Mhuwiex possibbli li jintużaw proxies, bħas-sena tal-kostruzzjoni tal-bini.”

Għalhekk, l-użu tas-sena tal-kostruzzjoni ta’ bini jikkostitwixxi stima għall-valutazzjoni tal-konformità mat-TSC li tista’ tintuża biss għar-rapportar volontarju. L-istimi tal-allinjament mat-Tassonomija jistgħu jiġu ddivulgati fuq bażi volontarja separatament mill-KPIs obbligatorji flimkien mal-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ tali stimi.

22.

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija skont it-Taqsima 7.7. (“L-akkwist u s-sjieda ta’ bini”) tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, jekk istituzzjoni ta’ kreditu testrapola d-distribuzzjoni nazzjonali magħrufa tat-tikketti A tal-EPC għall-portafoll ipotekarju tagħha stess f’żona ġeografika, u ma tużax l-informazzjoni ipotekarja tagħha stess iżda tiddependi bis-sħiħ fuq sorsi ta’ data esterni mingħajr assigurazzjoni ulterjuri fuq id-data esterna, dan jikkostitwixxi stima li tista’ tintuża biss għar-rapportar volontarju?

Estrapolazzjoni tal-kompożizzjoni tal-EPC ta’ portafoll ipotekarju bbażat fuq l-istatistika nazzjonali biss tikkostitwixxi stima għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-portafoll ipotekarju li ma jistax jiġi inkluż fil-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Pereżempju, jekk l-istatistika nazzjonali turi li ċertu proporzjon ta’ bini mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 għandu klassi A tal-EPC, dan ma jimplikax li portafoll ipotekarju awtomatikament għandu l-istess proporzjon. Madankollu, l-istimi jistgħu jiġu żvelati fuq bażi volontarja separatament mill-KPIs obbligatorji flimkien mal-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ dawn l-istimi.

23.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tassumi li bini bi klassi A tal-EPC skaduta li jikkostitwixxi kollateral ta’ ipoteki residenzjali fil-portafoll tagħha huwa fl-ogħla 15 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali espress bħala domanda operazzjonali għall-enerġija primarja (PED), dan jikkostitwixxi stima li tista’ tintuża biss għal rapportar volontarju?

Xorta waħda jista’ jiġi vvalutat jekk il-bini b’tikketta tal-klassi A tal-EPC skaduta jissodisfax il-kriterju tal-ogħla 15 % elenkat fil-paragrafu (1) tat-Taqsima 7.7 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar il-Klima, jekk jiġi sostanzjat b’aktar “evidenza adegwata” kif meħtieġ mit-TSC kif spjegat aktar fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 149 sa 151 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Att Delegat dwar il-Klima.

Jekk wieħed jassumi li l-bini b’tikketti tal-klassi A tal-EPC skaduti jkun awtomatikament fil-faxxa ta’ prestazzjoni tal-ogħla 15 % biss, waħdu ma jkunx biżżejjed biex jiġi aċċertat l-allinjament tiegħu mat-Tassonomija u l-inklużjoni tiegħu fin-numeratur tal-KPIs rilevanti. Madankollu, l-istimi tal-allinjament mat-Tassonomija jistgħu jiġu divulgati fuq bażi volontarja separatament mill-KPIs obbligatorji flimkien mal-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ tali stimi.

24.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tagħti self ipotekarju għall-kostruzzjoni ta’ bini għandha tivvaluta l-allinjament mat-Tassonomija ta’ dan is-self skont il-kriterji fit-Taqsima 7.1. (“Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”) jew it-Taqsima 7.7. (“L-akkwist u s-sjieda tal-bini”) tal-Anness rilevanti tal-Att Delegat dwar il-Klima?

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkunsidra r-relazzjoni kuntrattwali tal-klijent tagħha sottostanti għall-bini.

Meta l-kuntratt tal-klijent ikun għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw l-iskopertura skont il-kriterji fl-Anness, it-Taqsima 7.1 rilevanti tal-Att Delegat dwar il-Klima.

Meta l-kuntratt tal-klijent ikun kuntratt ta’ xiri, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tivvaluta l-iskopertura skont il-kriterji fit-Taqsima 7.7 tal-Anness rilevanti tal-Att Delegat dwar il-Klima.

f.   Strumenti finanzjarji (derivattivi, titolizzazzjonijiet, noti strutturati u bonds koperti)

25.

Kif jiġu ttrattati d-derivattivi fil-GAR totali għall-portafoll bankarju u fil-GAR għall-portafoll tan-negozjar?

Skont l-Artikolu 7(2) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-impriżi finanzjarji jridu jeskludu derivattivi min-numeratur tal-KPIs tagħhom.

Skont l-Anness V, il-punt 1.1.2. tad-DDA, id-derivattivi fil-portafoll bankarju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma esklużi min-numeratur iżda inklużi fid-denominatur tal-GAR totali għall-portafoll bankarju.

L-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar (inklużi d-derivattivi) huma esklużi mill-kopertura tal-GAR totali (jiġifieri min-numeratur u d-denominatur) minħabba li jiġu vvalutati f’KPI separat, jiġifieri l-GAR għall-portafoll tan-negozjar, f’konformità mal-Anness V, il-punt 1.2.4. tad-DDA. Id-derivattivi huma esklużi min-numeratur iżda inklużi fid-denominatur tal-GAR għall-portafoll tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

26.

Id-derivattivi fid-denominatur tal-KPI tal-assi mmaniġġjati (AuM, assets under management) għandhom jiġu kkalkolati bħala pożizzjoni netta (jiġifieri, assi derivattivi paċuti minn obbligazzjonijiet derivattivi), jew assi derivattivi biss?

L-Anness V, it-Taqsima 1.2.2.2. tad-DDA dwar il-proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġjati (KPI tal-AuM) jistabbilixxi li l-metodoloġija għall-komputazzjoni tal-KPI tal-AuM hija l-istess bħall-metodoloġija għall-maniġers tal-assi f’konformità mal-Anness III tad-DDA.

L-Anness III, it-Taqsima 1.2. tad-DDA, li japplika għall-komputazzjoni tad-denominatur ma tistabbilixxi l-ebda regola dwar in-netting. F’konformità mal-Anness III, it-Taqsima 1.2. tad-DDA, id-denominatur għandu jikkonsisti fil-valur tal-assi kollha mmaniġġjati (AuM) mingħajr l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet li jirriżultaw kemm mill-attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-portafoll kollettivi kif ukoll minn dawk individwali tal-maniġers tal-assi. Għalhekk, l-impriżi finanzjarji għandhom jinkludu l-AuM kollha fid-denominatur tal-KPIs tagħhom, inklużi l-pożizzjonijiet tal-assi derivattivi kollha mingħajr tpaċija bi kwalunkwe obbligazzjoni derivattiva, sakemm ma jkunx permess skont l-IFRS (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 25 ta’ dan l-Avviż) (49).

27.

Kif għandu jiġi rrapportat u vvalutat l-allinjament mat-Tassonomija ta’ strumenti bħal titolizzazzjonijiet, noti strutturati u bonds koperti?

Skont l-Anness III, it-Taqsima 1.1. tad-DDA għandu jiġi applikat approċċ ta’ “trasparenza” għat-titolizzazzjonijiet (50). Fil-każ ta’ titolizzazzjoni, il-pagamenti kollha mid-debituri sottostanti jgħaddu permezz tal-SPV tat-titolizzazzjoni lill-investituri f’SPV.

—

L-oriġinatur/bank ma għandux jinkludi fil-KPI tiegħu l-assi sottostanti (jiġifieri self) mibjugħa lill-SPV tat-titolizzazzjoni minħabba li fil-każ ta’ titolizzazzjoni l-oriġinatur/bank ma għadx għandu sjieda legali jew ekonomika ta’ dawn l-assi u ma jġorrx dawk l-assi fil-karta bilanċjali tiegħu. Self allinjat mat-Tassonomija biss li jinsab fil-karta bilanċjali tal-oriġinatur għandu jiġi inkluż fil-KPI tal-oriġinatur.

—

L-investitur fit-titoli maħruġa minn SPV ta’ titolizzazzjoni għandu jħares lejn l-iskopertura tiegħu għall-SPV u jivvaluta l-allinjament mat-Tassonomija tal-assi sottostanti, billi juża kif xieraq jew il-metodu li jikkonċerna l-iskoperturi bl-użu magħruf tar-rikavati jew il-KPI tad-debitur għal finanzjament bi skop ġenerali. L-investitur għandu jgħodd l-iskopertura tiegħu għat-titolizzazzjonijiet fin-numeratur tal-GAR tiegħu sal-punt li l-assi sottostanti tal-SPV tat-titolizzazzjoni jkunu qed jiffinanzjaw assi allinjati mat-Tassonomija.

Fir-rigward ta’ skoperturi oħra għal SPVs, bħal pereżempju impriżi konġunti jew tranżazzjonijiet relatati mal-proprjetà, issir referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 13 fit-tieni dokument tal-persunal tal-Kummissjoni; dan jipprovdi aktar gwida dwar ir-rapportar tat-Tassonomija f’każijiet bħal dawn.

Noti strutturati

Ir-rapportar tal-allinjament mat-Tassonomija se jiddependi fuq l-istruttura tan-nota. Meta l-istrument jista’ jiġi kklassifikat bħala bond jew strument ta’ dejn fejn ikun magħruf l-użu tar-rikavati, dan jiġi rrapportat bħala allinjat mat-Tassonomija sal-punt li r-rikavati jkunu qed jiffinanzjaw attivitajiet jew assi ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. Meta l-istrument ikun bond jew strument ta’ dejn fejn l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf, l-allinjament mat-Tassonomija tiegħu jiddependi fuq il-KPI tal-emittent tan-nota strutturata.

Bonds koperti

Bonds koperti huma bonds kollateralizzati b’assi speċifiċi fuq il-karta bilanċjali tal-emittent ta’ dawn il-bonds u li jipprovdu protezzjoni fil-każ ta’ falliment ta’ dak l-emittent. B’kuntrast mat-titolizzazzjoni, l-emittent ta’ bonds koperti jżomm, sal-falliment tiegħu, is-sjieda legali u ekonomika tal-assi li jservu bħala kollateral għall-bond kopert u l-pagamenti kollha mid-debituri sottostanti jgħaddu għall-emittent ta’ bonds koperti. Ir-rapportar tal-allinjament mat-Tassonomija tal-bonds koperti għandu jinvolvi dan li ġej:

—

l-emittent/bank oriġinarju – minħabba li l-assi (eż. self) użati bħala kollateral għall-bond kopert jinżammu fil-karta bilanċjali tal-emittent tal-bonds koperti, l-emittent tal-bonds koperti għandu jiddivulga l-allinjament mat-Tassonomija ta’ dawn l-assi użati bħala kollateral bl-istess mod kif jagħmel għall-assi l-oħra kollha tiegħu fil-karta bilanċjali (51); u

—

l-investitur – għal bonds koperti fejn l-użu tar-rikavati mhux magħruf, l-investitur għandu juża l-KPI tal-emittent tal-bonds koperti biex jikkalkula n-numeratur tal-KPI tiegħu stess u, għal bonds koperti fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, l-investitur għandu jivvaluta sa liema punt ir-rikavati qed jiffinanzjaw attivitajiet jew assi ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.

g.   Skoperturi għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi u attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettivi ambjentali multipli

28.

L-impriżi finanzjarji jeħtieġ li jiddivulgaw il-formoli kollha fl-Anness XII tad-DDA meta ma jwettqux, ma jiffinanzjawx jew ma jkollhomx skoperturi għall-attivitajiet imsemmija fil-Formola 1 ta’ dak l-Anness?

Meta l-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji ma jwettqux, ma jiffinanzjawx, jew ma jkollhomx skoperturi għal attività msemmija fi kwalunkwe waħda mir-ringieli minn 1 sa 6 tal-Formola 1 tal-Anness XII tad-DDA, huma għandhom idaħħlu “Le” fir-ringieli korrispondenti ta’ dik il-formola u jistgħu jħallu barra d-divulgazzjoni tar-ringieli korrispondenti fil-Formoli 2 sa 5 ta’ dak l-Anness, għall-KPIs applikabbli rispettivi tagħhom. Għalhekk, l-impriżi li jwettqu, jiffinanzjaw, jew li għandhom skoperturi għall-ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija fir-ringieli 1 u 6 tal-Mudell 1 tal-Anness XII tad-DDA, jistgħu ma jiddivulgawx il-Mudelli 2 sa 5 ta’ dak l-Anness għall-KPIs applikabbli rispettivi tagħhom.

29.

X’inhuma l-KPIs applikabbli tal-impriżi li għalihom għandhom jiġu pprovduti l-mudelli fl-Anness XII tad-DDA?

Għal impriżi mhux finanzjarji, il-KPIs applikabbli huma KPIs tal-fatturat, tal-CapEx, u tal-OpEx imsemmija fl-Annessi I u II tad-DDA.

Għall-maniġers tal-assi, il-KPIs applikabbli huma l-KPIs imsemmija fl-Anness III u l-ewwel ringiela tal-formola fl-Anness IV tad-DDA.

Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-KPIs applikabbli huma l-istokk u l-fluss totali tal-GAR, il-KPIs għall-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, il-KPIs fuq servizzi għajr is-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C), u l-GAR għall-portafoll tan-negozjar imsemmija, rispettivament, fl-Anness V, it-Taqsimiet 1.2.1., 1.2.2., 1.2.3. u 1.2.4. tad-DDA u fir-raba’ u l-ħames kolonna tal-formola “0. Sommarju tal-KPIs tal-Anness VI tad-DDA.

Għad-ditti tal-investiment, il-KPIs applikabbli huma l-KPIs imsemmija fl-Anness VII, it-Taqsimiet 2 u 3 tad-DDA u fil-kolonni erbgħa u ħamsa tal-mudell “0. Sommarju tal-KPIs tal-Anness VIII tad-DDA.

Għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-KPIs applikabbli huma l-KPIs imsemmija fit-Taqsima 1 u, fejn applikabbli, fit-Taqsima 2 tal-Anness IX tad-DDA u l-ewwel ringiela tal-formola “Il-proporzjon tal-investimenti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li huma diretti lejn il-finanzjament, jew li huma assoċjati mat-Tassonomija allinjata fir-rigward tal-investimenti totali” u, fejn applikabbli, ir-ringiela “A.1. Attivitajiet ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni mhux tal-ħajja allinjati mat-Tassonomija (ambjentalment sostenibbli)” tal-formola “Il-KPI tas-sottoskrizzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja” tal-Anness X DDA.

30.

L-impriżi finanzjarji kif għandhom jikkalkulaw l-informazzjoni skont l-Anness XII tad-DDA meta l-kontropartijiet tagħhom iwettqu, jiffinanzjaw jew ikunu esposti għall-attivitajiet imsemmija f’dak l-Anness?

L-impriżi finanzjarji għandhom jużaw l-ammonti tal-iskoperturi tagħhom u l-proporzjonijiet divulgati mill-kontropartijiet tagħhom skont l-Anness XII tad-DDA biex jikkalkulaw l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont dak l-Anness.

31.

L-impriżi finanzjarji kif għandhom jikkalkulaw id-diżaggregazzjonijiet tal-KPIs tagħhom għal kull objettiv ambjentali?

Skoperturi għal impriżi mhux finanzjarji

Għal skoperturi għal impriżi mhux finanzjarji, meta l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw id-diżaggregazzjoni skont l-objettiv ta’:

—

il-KPIs tal-fatturat divulgati mill-impriżi mhux finanzjarji fir-ringiela “Fatturat ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) (A.1)” fi “Formola: Il-proporzjon tal-fatturat minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N” fl-Anness II tad-DDA biex tiġi kkalkolata d-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-KPIs tagħhom ibbażati fuq il-fatturat; u

—

il-KPIs tan-nefqa kapitali divulgati mill-impriżi mhux finanzjarji fir-ringiela “CapEx ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) (A.1)” fi “Formola: Il-proporzjon tal-CapEx minn prodotti jew minn servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N” fl-Anness II tad-DDA biex tiġi kkalkolata d-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-KPIs tagħhom ibbażati fuq il-CapEx (52).

Għall-iskoperturi, meta l-użu tar-rikavat ikun magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jallokawhom lill-objettiv ambjentali rilevanti. Meta l-istess skopertura tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali jew aktar, l-impriżi finanzjarji għandhom jallokaw lilha l-objettiv l-aktar rilevanti abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti mhux finanzjarja. L-għadd doppju mhuwiex permess.

Skoperturi għal impriżi finanzjarji

Għal skoperturi għal impriżi finanzjarji, meta l-użu tar-rikavat ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw id-diżaggregazzjoni skont l-objettiv ta’:

—

il-KPIs tal-fatturat divulgati mill-kontropartijiet tagħhom biex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-KPIs tagħhom ibbażati fuq il-fatturat; u

—

l-KPIs tal-CapEx divulgati mill-kontropartijiet tagħhom biex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-KPIs tagħhom ibbażati fuq il-CapEx (53).

Għall-iskoperturi, meta l-użu tar-rikavat ikun magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jallokaw lilu l-objettiv ambjentali rilevanti. Meta l-istess skopertura tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali jew aktar, l-impriżi finanzjarji għandhom jallokaw lilha l-objettiv l-aktar rilevanti abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti finanzjarja. L-għadd doppju mhuwiex permess.

F.   VERIFIKA/ASSIGURAZZJONI/EVIDENZA TA’ KONFORMITÀ MAT-TSC

32.

Liema data tal-input u KPIs li għalihom ma hemm l-ebda informazzjoni rrapportata esternament disponibbli għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-iskoperturi tal-impriżi finanzjarji?

Skont l-Artikolu 8(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-impriżi finanzjarji huma meħtieġa jużaw l-aktar data u KPIs disponibbli reċenti tal-kontropartijiet tagħhom biex jikkalkulaw il-KPIs tagħhom stess. Għalhekk, jekk l-impriżi finanzjarji ma jkollhom l-ebda data jew KPIs disponibbli mill-kontroparti jew jekk dawn jibqgħu mhux adatti għall-iskop tagħhom biex jikkalkulaw il-KPIs tagħhom stess, l-impriżi finanzjarji għandhom jużaw data jew KPIs l-aktar disponibbli reċenti divulgati fis-sena/snin preċedenti. Meta tali data u KPIs mis-snin preċedenti ma jkunux disponibbli wkoll (54), l-iskopertura għandha titqies bħala mhux eliġibbli jew mhux allinjata mat-Tassonomija, jiġifieri l-impriżi finanzjarji għandhom idaħħlu valur żero fin-numeratur tal-KPI rilevanti għal dawk l-iskoperturi mingħajr ebda valutazzjoni ulterjuri.

L-impriżi finanzjarji, filwaqt li jwettqu diliġenza dovuta adegwata (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 33 ta’ dan l-Avviż), jistgħu jużaw data miksuba bilateralment minn kontroparti li mhijiex soġġetta għal rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, u għalhekk ukoll ma tkunx qed tirrapporta KPIs tat-Tassonomija. Dan l-approċċ huwa partikolarment rilevanti għall-kalkolu tal-GAR dwar skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jkopru proprjetà immobbli residenzjali jew self għar-rinnovazzjoni tad-djar, self għal vetturi bil-mutur jew il-GAR fuq skoperturi għal gvernijiet lokali (55). Fir-rigward tal-iskoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jiksbu evidenza dokumentarja adegwata li turi li t-TSC kollha speċifikati taħt l-attività ekonomika korrispondenti fl-Atti Delegati rispettivi jiġu ssodisfati sabiex ikunu jistgħu jgħodduhom bħala allinjati mat-Tassonomija. Għal skoperturi għal impriżi fejn l-użu tar-rikavat ikun magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jivverifikaw ukoll li dawk l-impriżi jissodisfaw is-salvagwardji soċjali minimi (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 37 ta’ dan l-Avviż).

L-Artikolu 7(7) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jippermetti biss lill-impriżi finanzjarji jużaw stimi għar-rapportar regolatorju skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet ta’ skoperturi għal impriżi msemmija fl-Artikolu 7(6), il-punti (e) u (f) ta’ dak l-Att meta dawk l-impriżi finanzjarji jkunu jistgħu juru konformità mal-kriterji kollha tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, ħlief mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-impriżi finanzjarji jistgħu jagħżlu li jistmaw l-allinjament mat-Tassonomija tagħhom u jirrapportaw dik l-informazzjoni b’mod volontarju, separatament mid-divulgazzjonijiet obbligatorji tagħhom (56) (ara wkoll it-tweġibiet għall-mistoqsijiet 16, 21, 22, 23, 36 u 50 ta’ dan l-Avviż).

33.

F’każijiet ta’ finanzjament fejn l-użu tar-rikavat ikun magħruf, impriża finanzjarja għandha tkun mistennija tirrevedi d-dokumenti kollha li jattestaw il-konformità mat-TSC jew għandha taċċetta l-valutazzjoni ta’ dik il-konformità, inkluża l-verifika jew l-assigurazzjoni, sottomessa mill-kontroparti?

L-impriżi finanzjarji jiddependu fuq l-akkuratezza tad-data u l-evidenza pprovduti mill-kontropartijiet tagħhom. Madankollu, l-impriżi finanzjarji huma meħtieġa wkoll iwettqu diliġenza dovuta adegwata prevista fid-Direttivi 2009/65/KE (57), 2009/138/KE (58), u 2011/61/UE (59), CRD, MiFID, u jiżguraw il-konformità tagħhom stess mal-liġi applikabbli. Id-divulgazzjonijiet ipprovduti mill-impriżi finanzjarji f’konformità mal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jibqgħu parti mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, u għalhekk iridu, fost affarijiet oħra, ikunu affidabbli, komparabbli u rilevanti. Pereżempju, l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1., il-punt (i) tad-DDA, fir-rigward ta’ self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf jiddikjara li “Għall-finijiet tal-punt (1)(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross tal-iskoperturi għall-finanzjament tal-proġett għall-impriża mhux finanzjarja sal-punt u l-proporzjon li l-proġett iffinanzjat jiffinanzja attività ekonomika allinjata mat-tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk kienx hemm konformità ma’ dak ir-rekwiżit għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat.”

Għalhekk, l-impriżi finanzjarji għandhom jivverifikaw jekk l-informazzjoni dwar l-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi pprovduta mill-kontropartijiet tagħhom tinkludix evidenza dokumentarja adegwata li jiġu ssodisfati t-TSC individwali rispettivi. Pereżempju, jekk l-iskopertura ta’ impriża finanzjarja tiffinanzja attività stabbilita fl-Anness I, it-Taqsima 7.7. tal-Att Delegat dwar il-Klima, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tivverifika jekk il-proprjetà immobbli għandhiex klassi A tal-EPC, abbażi tal-(kopja) taċ-ċertifikat tal-EPC ipprovdut mill-klijent, u għandha tirċievi l-evidenza dokumentarja adegwata li l-kriterji kollha tad-DNSH huma ssodisfati. Sempliċi dikjarazzjoni mill-klijent, mingħajr ebda evidenza ta’ sostenn, li l-proprjetà immobbli inkwistjoni tissodisfa t-TSC stabbilit fl-Anness I, it-Taqsima 7.7. tal-Att Delegat dwar il-Klima ma tkunx biżżejjed biex jiġi konkluż li l-proprjetà immobbli rispettiva u l-iskopertura sottostanti huma allinjati mat-Tassonomija. Bl-istess mod, meta it-TSC tkun teħtieġ verifika minn parti terza indipendenti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirċievi (kopja ta’) ir-rapport ta’ verifika maħruġ mill-parti terza indipendenti. Sempliċi dikjarazzjoni mill-klijent lill-impriża finanzjarja li l-verifika twettqet ma tkunx biżżejjed biex jiġi dedott l-allinjament mat-Tassonomija tal-attività ekonomika. Fil-każ tal-użu ta’ rikavati minn bonds ambjentalment sostenibbli fejn l-allinjament mat-Tassonomija tal-użu tar-rikavati jiġi vverifikat minn parti terza indipendenti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirċievi kopja ta’ tali rapport ta’ verifika biex taċċerta għaliha nnifisha l-punt sa fejn l-iskopertura tagħha qed tiffinanzja attivitajiet jew assi ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. L-istess evidenza tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mat-TSC għal diversi skoperturi li tappartjeni għalihom.

34.

L-impriżi finanzjarji jeħtieġ li jirrieżaminaw kull sena l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tagħhom?

huwa meħtieġ li d-data dwar l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi tiġi rieżaminata, u, fejn meħtieġ, riveduta kull sena sabiex jiġi żgurat li d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tinkludi stampa ġusta tal-iżvilupp u tal-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża, inkluża l-konformità tagħha mat-TSC.

Bis-saħħa tal-klawżola ta’ anterjorità fl-Artikolu 7(5) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet applikabbli għal self bi skop speċjali u ċerti bonds jew titoli ta’ dejn ambjentalment sostenibbli, jekk it-TSC jiġu emendati, l-impriżi finanzjarji jistgħu jirrapportaw l-allinjament mat-Tassonomija ta’ tali self u strumenti mat-TSC emendata sa ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tat-TSC emendata. Għalhekk mhuwiex meħtieġ li tiġi vverifikata l-konformità mat-TSC emendata matul il-perjodu ta’ anterjorità ta’ ħames snin. Madankollu, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma mħeġġa jinvolvu ruħhom mal-kontropartijiet tagħhom bil-ħsieb li jallinjaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom mat-TSC emendata matul dak il-perjodu tranżitorju.

35.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu toffri, lil impriża mhux finanzjarja soġġetta għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, self bl-għan li tiffinanzja proġett li huwa ppjanat li jkun konformi mat-TSC, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiddependi fuq informazzjoni miġbura minn dik il-kontroparti speċifikament relatata ma’ dak il-proġett, irrispettivament mid-divulgazzjonijiet ġenerali tat-Tassonomija tal-kontroparti?

L-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1., l-punt (i) tad-DDA jiddikjara fir-rigward ta’ self u avvanzi fejn ikun magħruf l-użu tar-rikavati, li: “Għall-finijiet tal-punt (1)(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross tal-iskoperturi fejn l-użu tar-rikavati huwa magħruf, inkluż skoperturi ta’ self speċjalizzat, għall-impriża mhux finanzjarja sal-punt u l-proporzjon li jiffinanzjaw attività ekonomika allinjata mat-tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk dak ir-rekwiżit ma kienx sodisfat għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat.”

Għalhekk, il-valutazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu, tal-punt sa fejn użu magħruf tas-self tar-rikavati lil impriża mhux finanzjarja soġġetta għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità qed jiffinanzja attivitajiet jew assi ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-attivitajiet rilevanti ffinanzjati mir-rikavati, irrispettivament mill-KPIs irrapportati tal-impriża mhux finanzjarja. L-istituzzjoni ta’ kreditu, filwaqt li twettaq diliġenza xierqa, għandha tiġbor id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ tevalwa t-TSC kollha applikabbli għal dawk l-attivitajiet jew assi. Din l-informazzjoni għandha tinkludi evidenza dokumentarja adegwata li t-TSC individwali rispettiv huma ssodisfati (ara wkoll it-tweġibiet għall-mistoqsijiet 33 u 36 ta’ dan l-Avviż).

36.

Fil-każ ta’ klijenti mhux professjonali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jivverifikaw il-konformità mat-TSC, b’mod partikolari d-DNSH għall-adattament, bl-użu ta’ evidenza speċifika, eż. ċertifikazzjonijiet domestiċi jew informazzjoni fl-EPC)?

L-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.3 tad-DDA jippreskrivi żewġ kategoriji ta’ divulgazzjonijiet dwar skoperturi fil-livell tal-konsumatur, jiġifieri:

—

self ta’ proprjetà immobbli residenzjali fejn tkun meħtieġa l-konformità mat-TSC kif stabbilit fit-Taqsimiet 7.1., 7.2., 7.3., 7.4., 7.5., 7.6. u 7.7. tal-Anness I jew tal-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima jew fl-Anness II, it-Taqsimiet 3.1. u 3.2. tal-Att Delegat Ambjentali; u

—

fil-livell tal-konsumatur – krediti/self għall-konsum għall-karozzi, fejn hija meħtieġa l-konformità mat-TSC kif stabbilit fl-Anness I, it-Taqsima 6.5. tal-Att Delegat dwar il-Klima.

Fir-rigward ta’ tali skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiksbu evidenza dokumentarja adegwata li turi li t-TSC kollha speċifikati taħt l-attività ekonomika korrispondenti fl-Atti Delegati rispettivi huma ssodisfati (ara wkoll it-tweġibiet għall-mistoqsija 33 ta’ dan l-Avviż). Dan japplika bl-istess mod għall-valutazzjoni tal-kriterji tad-DNSH għall-objettiv tas-CCA. L-evidenza tista’ tinkiseb direttament mill-klijent jew tista’ tieħu l-forma ta’ verifiki indipendenti u affidabbli jew rieżamijiet esterni minn partijiet terzi, li jistgħu jinkludu ċertifikazzjonijiet domestiċi minn awtoritajiet pubbliċi jew informazzjoni fl-EPCs. L-evidenza pprovduta minn partijiet terzi u awtoritajiet pubbliċi tista’ tiġi invokata biex tiġi aċċertata l-konformità mat-TSC sakemm din tkun speċifika u direttament relatata mal-iskoperturi sottostanti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-istess evidenza tista’ tintuża biex tintwera l-konformità mat-TSC għal diversi skoperturi li tappartjeni għalihom.

Madankollu, fin-nuqqas ta’ evidenza speċifika għall-iskopertura, l-istimi tal-allinjament mat-Tassonomija jistgħu jiġu ddivulgati fuq bażi volontarja separatament mill-KPIs obbligatorji flimkien mal-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ tali stimi.

G.   KONFORMITÀ MAS-SALVAGWARDJI MINIMI

37.

L-impriżi finanzjarji jridu jikkonformaw mas-salvagwardji minimi fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom jew il-konformità mas-salvagwardji minimi hija rilevanti biss fil-livell tad-destinatarja ta’ investiment?

Ir-rekwiżit speċifiku għall-konformità mas-salvagwardji minimi skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija japplika għall-entità li twettaq attività ekonomika u li tiddikjara li l-attività tagħha hija allinjata mat-Tassonomija.

Għall-finijiet tal-kalkolu fil-KPIs tagħhom l-allinjament mat-Tassonomija tal-iskoperturi għal impriżi oħra, l-impriżi finanzjarji nfushom ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mas-salvagwardji minimi minħabba li l-attivitajiet ta’ finanzjament mhumiex bħala tali eliġibbli għat-Tassonomija. Madankollu, l-impriżi finanzjarji għandhom jiksbu evidenza dokumentarja adegwata, bħad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija mill-impriżi mhux finanzjarji skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, li taċċerta li l-impriżi li huma esposti għalihom jissodisfaw is-salvagwardji minimi sabiex ikunu jistgħu jikkalkulaw bħala allinjati mat-Tassonomija l-iskoperturi għal dawk l-impriżi. Il-konformità mas-salvagwardji minimi hija parti integrali mill-KPIs tat-Tassonomija tal-impriżi mhux finanzjarji li l-impriżi finanzjarji japplikaw għall-iskoperturi tagħhom.

Fir-rigward tal-GAR tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-użu magħruf tal-iskoperturi tar-rikavat, bħall-iskoperturi msemmija fl-Anness IV, it-Taqsimiet 1.2.1.3. u 1.2.1.4. tad-DDA fir-rigward tal-klijenti mhux professjonali u l-awtoritajiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma għandhomx bżonn jivverifikaw il-konformità mas-salvagwardji minimi minn dawk il-klijenti mhux professjonali u l-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, għal dawk l-iskoperturi, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiksbu evidenza dokumentarja adegwata, bħad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet mill-produtturi rispettivi ta’ oġġetti u fornituri ta’ servizzi, li jaċċertaw li l-impriżi li jipproduċu oġġetti u jipprovdu servizzi li jinxtraw minn klijenti mhux professjonali u awtoritajiet pubbliċi jikkonformaw mat-TSC rilevanti u b’salvagwardji minimi biex jikkalkulaw l-iskoperturi tagħhom bħala allinjati mat-Tassonomija. Din is-sitwazzjoni tikkonċerna pereżempju self ipprovdut lil klijent mhux professjonali jew awtorità pubblika għax-xiri ta’ karozzi elettriċi jew pannelli solari fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu jeħtieġ li taċċerta l-konformità mat-TSC rilevanti u s-salvagwardji minimi mill-manifattur ta’ dawk l-oġġetti biex jivvaluta tali self bħala allinjat mat-Tassonomija.

L-impriżi finanzjarji għandhom jikkonformaw mas-salvagwardji minimi biss jekk is-servizzi finanzjarji li jipprovdu jkunu eliġibbli għat-Tassonomija u jiddikjaraw li dawk is-servizzi huma allinjati mat-Tassonomija. Dan jikkonċerna għadd żgħir ta’ attivitajiet fl-Anness I, it-Taqsima 6 tal-Att Delegat dwar il-Klima dwar it-trasport, li jirreferi għal “finanzjament” bħala parti mid-deskrizzjoni tal-attività, u għal attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja fl-Anness II, it-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Att Delegat dwar il-Klima.

Għal gwida, l-impriżi huma madankollu mistiedna jikkonsultaw l-Avviż tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2023 dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE u rabtiet mar-Regolament dwar id-Divulgazzjoni tal-Finanzi Sostenibbli (60). Għal aktar pariri informali dwar l-aħjar prattiki, huma mistiedna jikkonsultaw il-Final Report on Minimum Safeguards of the Platform on Sustainable Finance ppubblikat f’Ottubru 2022 (61), b’mod partikolari t-Taqsimiet 6 u 7.

38.

Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikkalkula l-KPI tas-sottoskrizzjoni, il-proċeduri rilevanti għall-konformità mas-salvagwardji minimi għandhom jiġu applikati mill-impriża fil-livell tad-detenturi tal-poloz tagħha, minbarra l-konformità tagħha stess ma’ dawk is-salvagwardji?

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija msemmija fl-Anness II, it-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Att Delegat dwar il-Klima u li qed ifittxu li jiddikjaraw dawk l-attivitajiet bħala allinjati mat-Tassonomija, għandhom jimplimentaw il-proċeduri xierqa ta’ diliġenza dovuta biex jiżguraw allinjament mas-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. Bħala parti mit-twettiq tal-attività ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni, dan għandu jinvolvi wkoll skrinjar xieraq, għal ksur potenzjali ta’ dawn is-salvagwardji, tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-klijenti li lilhom jiġu offruti l-prodotti.

Għal aktar gwida, ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2023 imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija 37 ta’ dan l-Avviż.

2.   MISTOQSIJIET RELATATI MA’ IMPRIŻI FINANZJARJI SPEĊIFIĊI

A.   ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

a.   Entitajiet koperti

39.

Kif għandu jiġi applikat l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-CRD iżda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità? Liema mudelli għar-rapportar għandhom jintużaw f’każijiet bħal dawn?

L-impriżi li huma obbligati jipprovdu rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandhom jagħmlu wkoll divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija (62). Barra minn hekk, l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (1) tas-CRR, għandhom jagħmlu d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

B’mod speċifiku, l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti minn (3) sa (24) tas-CRD li huma eżentati mill-applikazzjoni tas-CRD (63) għandhom jirrapportaw il-KPIs kemm skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija kif ukoll skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet sal-punt li huma obbligati jipprovdu rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Meta dawk l-entitajiet ikunu istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 4(1), l-punt (1) tas-CRR, għandhom jagħmlu d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’mod partikolari, l-Annessi V, VI u XI tad-DDA għandhom ikunu applikabbli għal tali entitajiet għar-rapportar ta’ informazzjoni relatata mat-Tassonomija.

40.

X’inhu l-limitu biex istituzzjoni ta’ kreditu titqies li għandha mudell ta’ negozju bbażat “ fil-biċċa l-kbira fuq il-finanzjament tal-akkomodazzjoni pubblika ” (it-Taqsima 1.2.1.4. tal-Anness V tad-DDA)?

L-applikazzjoni ta’ limitu kwantitattiv jew kwalitattiv determinat minn qabel biex jiġi vvalutat jekk istituzzjoni ta’ kreditu għandhiex mudell ta’ negozju bbażat “fil-biċċa l-kbira fuq il-finanzjament ta’ akkomodazzjoni pubblika” mhijiex meħtieġa skont l-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1.2.1.4. tal-Anness V DDA. Minflok, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-metodi u l-kriterji adottati biex jiddeterminaw jekk il-mudell kummerċjali rispettiv huwiex ibbażat jew le fil-biċċa l-kbira fuq il-finanzjament tad-djar pubbliċi. Dawn il-metodi u l-kriterji għandhom ikunu adatti għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Spjegazzjonijiet rilevanti għandhom jiġu pprovduti li jippermettu lill-utenti jkollhom fehim tajjeb tal-informazzjoni li tkun qed tiġi żvelata.

b.   Kamp ta’ applikazzjoni tal-KPIs

41.

Meta impriża finanzjarja tiddelega l-immaniġġjar tal-portafoll tal-assi lil impriża finanzjarja oħra, liema impriża finanzjarja tinkludi tali assi fil-kalkolu tal-KPI?

Meta impriża finanzjarja tiddelega l-immaniġġjar tal-portafoll tal-assi, f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur bħall-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/65/KE jew l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2011/61/UE, lil impriża finanzjarja oħra biex twettaq tali mmaniġġjar tal-portafoll f’isimha, l-assi jiġu inklużi fil-KPIs rispettivi li għandhom jiġu ddivulgati mill-impriża finanzjarja li tiddelega. L-impriża finanzjarja li lilha tkun ġiet iddelegata l-immaniġġjar tal-portafoll ta’ dawk l-assi ma għandhiex tinkludi dawk l-assi fil-KPI tagħha.

42.

L-assi li jappartjenu għall-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafoll tal-istituzzjoni ta’ kreditu, bħal attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-ġid, huma inklużi fil-proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġjati (KPI tal-AuM)?

Bl-eċċezzjoni tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi fl-AuM KPI assi li timmaniġġja abbażi tal-mandati ta’ investiment individwali riċevuti mis-sidien tal-assi.

Fil-kuntest tad-delega tal-immaniġġjar tal-portafoll tal-assi minn impriża finanzjarja oħra, l-assi fejn id-delegat jipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar tal-portafoll ma għandux jingħadd fil-KPI ta’ dak id-delegat iżda fil-KPI tad-delegatur; dan sabiex jiġi evitat l-għadd doppju. Għalhekk, fir-rigward tal-KPI tal-AuM b’mod partikolari, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma għandhomx jinkludu assi li għalihom il-ġestjoni tal-portafoll ġiet iddelegata lill-istituzzjoni ta’ kreditu minn impriża finanzjarja oħra (ara wkoll il-mistoqsija 38 ta’ dan l-Avviż).

L-attivitajiet għajr il-ġestjoni tal-portafoll li jitwettqu fir-rigward ta’ assi ta’ partijiet terzi għandhom jiġu vvalutati għall-allinjament mat-Tassonomija fil-GAR dwar it-Tariffi u l-Kummissjonijiet.

43.

Għall-assi mmaniġġjat (AuM) KPI, min huwa responsabbli għall-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija ta’ UCITS jew AIF? L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiksbu l-informazzjoni mill-maniġer tal-assi jew l-istituzzjoni ta’ kreditu hija mistennija tivvaluta l-allinjament mat-Tassonomija?

F’konformità mal-Anness III, it-Taqsima 1.2. tad-DDA, id-denominatur tal-KPI tal-maniġers tal-assi huma “l-assi/l-iskoperturi kollha jirriżultaw minn attivitajiet ta’ ġestjoni tal-portafoll kemm kollettivi kif ukoll individwali tal-maniġers tal-assi”. Għalhekk, il-maniġers tal-assi huma responsabbli għall-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-UCITS u tal-AIFs li għalihom jaġixxu bħala kumpaniji maniġerjali f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, rispettivament, u tal-portafolli li għalihom jipprovdu attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-portafoll individwali. Il-maniġers tal-assi mhumiex responsabbli għall-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-assi li għalihom l-immaniġġjar tal-portafoll ikun ġie ddelegat lilhom minn impriża finanzjarja oħra. Kif spjegat fil-mistoqsija 37 ta’ dan l-Avviż, l-assi fejn id-delegat jipprovdi servizzi ta’ mmaniġġjar tal-portafoll ma għandhomx jiġu vvalutati fil-KPI tad-delegat iżda fil-KPI tad-delegatur.

44.

Il-kuntratti ta’ ftehim ta’ riakkwist (repo) għandhom jiġu ttrattati bħala “self u avvanzi” għall-finijiet tat-Tassonomija tal-UE? B’mod partikolari, l-allinjament jista’ jiġi vvalutat billi jiġi dedott mill-KPI tal-kontroparti, jew billi tiġi vverifikata l-konformità mat-TSC tal-attività ekonomika sottostanti?

Il-ftehimiet ta’ riakkwist (“repos”) li huma rreġistrati fil-portafoll bankarju għandhom jitqiesu bħala “self u avvanzi” għall-finijiet ta’ rapportar tat-Tassonomija.

Tranżazzjoni ta’ riakkwist hija forma ta’ self kollateralizzat fejn bejjiegħ tat-titoli (mutwatarju) jaqbel li jbigħ dawk it-titoli lil xerrej tat-titoli (mutwanti) temporanjament u ż-żewġ partijiet jaqblu simultanjament li jreġġgħu lura din it-tranżazzjoni f’data speċifikata aktar tard. It-titoli nnegozjati riċevuti mill-mutwanti jaġixxu bħala kollateral biex jiżguraw l-iskopertura ta’ kreditu tiegħu għall-mutwatarju.

Għalhekk, impriża finanzjarja li tkun il-mutwatarju fit-tranżazzjoni ta’ riakkwist għandha tikkontabbilizza l-iskopertura għal dawk it-titoli fil-KPI tat-Tassonomija tagħha stess matul it-terminu tat-tranżazzjoni ta’ riakkwist. Impriża finanzjarja li tkun il-mutwanti fit-tranżazzjoni ta’ riakkwist għandha tikkontabbilizza l-iskopertura tat-tranżazzjoni ta’ riakkwist bħala “self u avvanzi” u tuża l-KPI tal-mutwatarju biex tikkalkula n-numeratur tal-KPI tat-Tassonomija tagħha stess għall-iskoperturi repo fil-portafoll bankarju.

Peress li l-mutwatarju jibqa’ s-sid ekonomiku tat-titoli soġġetti għat-tranżazzjoni ta’ riakkwist u l-mutwanti qed jiffinanzja lill-mutwatarju permezz tat-tranżazzjoni ta’ riakkwist, huwa xieraq li l-mutwanti juża l-KPI tal-mutwatarju, u mhux il-KPI tal-emittent tat-titoli kollaterali soġġetti għat-tranżazzjoni ta’ riakkwist, biex jikkalkula n-numeratur tal-KPI tiegħu stess.

45.

F’liema KPI tal-GAR għandhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jivvalutaw l-iskoperturi mis-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod?

Skont l-Artikolu 4(1), il-punt (b) tas-CRR, id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkopri wkoll ċerti entitajiet li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A, il-punti (3) u (6) tal-Anness I tal-MiFID, jiġifieri n-negozjar akkont proprju u/jew is-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod.

Peress li dawk l-entitajiet huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, dawn għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet li jappartjenu għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Tali entitajiet għandhom jittrattaw assi akkwistati min-negozjar akkont proprju, u mis-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew mit-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod, kif ġej:

—

l-assi li jinżammu fil-portafoll bankarju għandhom jiġu vvalutati fil-GAR għall-portafoll bankarju (GAR Totali); u

—

l-assi li jinżammu fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu vvalutati fil-GAR għall-portafoll tan-negozjar; u

—

it-tariffi u l-kummissjonijiet derivati mill-attività ta’ sottoskrizzjoni għandhom jiġu vvalutati fil-KPI tat-Tariffi u tal-Kummissjonijiet.

46.

X’inputs għandhom jintużaw għall-kalkolu bbażat fuq il-fatturat tal-GAR u l-GAR ibbażat fuq il-CapEx? Liema KPI għandu jintuża meta ma jkun hemm l-ebda KPI korrispondenti disponibbli?

Skont l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1 tad-DDA, għall-GAR ibbażat fuq il-fatturat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-KPI tal-fatturat tal-kontroparti tagħhom biex jikkalkulaw in-numeratur tal-GAR għall-iskoperturi li ġejjin: strumenti azzjonarji, titoli ta’ dejn bi skop ġenerali, u self u avvanzi bi skop ġenerali. L-iskoperturi għal titoli ta’ dejn u self, u kollateral ripossedut fejn ikun magħruf l-użu tar-rikavati għandhom jiġu inklużi fin-numeratur tal-GAR ibbażat fuq il-fatturat sal-ammont li tali skoperturi jiffinanzjaw attivitajiet/nefqiet allinjati mat-Tassonomija abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti mingħajr ponderazzjoni ulterjuri mill-KPI tal-kontroparti.

Skont l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1 tad-DDA, għall-GAR ibbażat fuq il-CapEx, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-KPI tal-CapEx tal-kontroparti tagħhom biex jikkalkulaw in-numeratur tal-GAR għall-iskoperturi li ġejjin: strumenti azzjonarji, titoli ta’ dejn bi skop ġenerali, u self u avvanzi bi skop ġenerali. L-iskoperturi għal titoli ta’ dejn u self, u kollateral rippossedut fejn ikun magħruf l-użu tar-rikavati għandhom jiġu inklużi fin-numeratur tal-GAR ibbażat fuq il-CapEx sal-ammont li tali skoperturi jiffinanzjaw attivitajiet/nefqiet allinjati mat-Tassonomija abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti mingħajr ponderazzjoni ulterjuri mill-KPI tal-kontroparti.

Pereżempju, il-kalkolu (1)(c)(1) + (1)(c)(2) (64) imsemmi fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1. tad-DDA għandu jitwettaq darbtejn fuq l-istess skoperturi. Fl-ewwel kalkolu, skoperturi bi skop ġenerali f’(1)(c)(2), huma ponderati bil-KPIs tal-fatturat tal-kontropartijiet biex jiġi kkalkolat il-GAR ibbażat fuq il-fatturat. Fit-tieni kalkolu, l-iskoperturi bi skop ġenerali f’(1)(c)(2) jiġu ponderati bil-KPI tal-CapEx tal-kontropartijiet.

Għalhekk, is-self bi skop ġenerali huwa inkluż kemm fil-GAR ibbażat fuq il-fatturat kif ukoll f’dak ibbażat fuq il-CapEx. Il-GAR ibbażat fuq il-fatturat għandu jiġi rrapportat fil-kolonna 4 u l-GAR ibbażat fuq il-CapEx għandu jiġi rrapportat fil-kolonna 5 tal-formola tar-rapportar “0. Sommarju tal-KPIs” ipprovduti fl-Anness VI.

Issir referenza għall-mistoqsija 32 ta’ dan l-Avviż għas-sitwazzjoni fejn il-KPIs tal-kontropartijiet ma jkunux disponibbli.

c.   Rapportar ta’ skoperturi speċifiċi

47.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif għandhom jirrapportaw skoperturi lill-awtoritajiet pubbliċi (eż. gvernijiet lokali) mhux relatati mad-djar pubbliċi jew mal-finanzjament tal-proġetti fil-GAR? L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif għandhom jirrapportaw l-iskoperturi tagħhom lil gvernijiet reġjonali?

L-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jeskludi dan li ġej min-numeratur u d-denominatur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji: l-iskoperturi tagħhom għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali u emittenti supranazzjonali.

Il-finanzjament tad-djar pubbliċi u użu magħruf ieħor tar-rikavati mislufa lill-gvernijiet lokali jew reġjonali għandu jiġi inkluż fin-numeratur tal-GAR sal-punt li l-attivitajiet u l-assi ffinanzjati jkunu allinjati mat-Tassonomija. Self jew finanzjament bi skop ġenerali għandu jiġi eskluż min-numeratur tal-GAR (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 15 ta’ dan l-Avviż).

48.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif għandhom jittrattaw depożiti ta’ flus kontanti miżmuma f’banek ċentrali?

Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-iskoperturi għall-banek ċentrali għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tan-numeratur u tad-denominatur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Peress li depożiti ta’ flus fil-banek ċentrali huma skoperturi għal banek ċentrali, isegwi li tali depożiti ta’ flus għandhom jiġu esklużi kemm min-numeratur tal-GAR kif ukoll mid-denominatur.

49.

Is-self kollateralizzat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi rrapportat bħala self kollateralizzat minn proprjetà immobbli residenzjali jew bħala self għar-rinnovazzjoni tal-bini fil-mudell tal-GAR?

It-TSC għar-rinnovazzjoni msemmija fit-Taqsimiet 7.2., 7.3., 7.4., 7.5. u 7.6. tal-Anness I jew tal-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima jew fl-Anness II, it-Taqsima 3.2. tal-Att Delegat Ambjentali huma differenti mit-TSC għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid u l-akkwist ta’ bini antik imsemmi fit-Taqsima 7.1. tal-Anness I jew l-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima jew fl-Anness II, it-Taqsima 3.1. tal-Att Delegat dwar l-Ambjent. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom għalhekk jiddistingwu bejn dawk l-iskoperturi fil-mudell tar-rapportar. Is-self għar-rinnovazzjoni għandu jiġi rreġistrat fir-ringiela 26 tal-formoli 3 (stokk ta’ KPI GAR) u 4 (fluss ta’ KPI GAR) irrispettivament minn jekk ikunx kollateralizzat jew le.

50.

Kif għandu jiġi ddivulgat l-allinjament mat-Tassonomija għal self ipotekarju u self għal vetturi bil-mutur meta d-data rilevanti ma tkunx disponibbli?

Kif iddikjarat fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 33 u 36 ta’ dan l-Avviż, fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur (bħal self ipotekarju u self għal vetturi bil-mutur), l-impriżi finanzjarji jistgħu, filwaqt li jwettqu diliġenza dovuta adegwata, jużaw data miksuba bilateralment mill-klijent jew meħuda fil-forma ta’ verifiki indipendenti u affidabbli jew reviżjonijiet esterni minn parti terza (65). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiksbu evidenza dokumentarja adegwata li turi li t-TSC kollha speċifikati taħt l-attività ekonomika korrispondenti fl-Atti Delegati rispettivi huma ssodisfati (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 33 ta’ dan l-Avviż għal aktar informazzjoni dwar l-evidenza dokumentarja meħtieġa). Meta tali data jew evidenza ma tkunx disponibbli, l-iskopertura għandha titqies bħala mhux eliġibbli/mhux allinjata, jiġifieri l-impriżi finanzjarji għandhom idaħħlu valur “żero” fin-numeratur tal-KPI rilevanti mingħajr ebda valutazzjoni ulterjuri. Minbarra li jirrapportaw valur “żero” bħala parti mid-divulgazzjonijiet obbligatorji tagħhom, l-impriżi finanzjarji li jirrapportaw jistgħu jagħżlu li jistmaw l-allinjament mat-Tassonomija tagħhom u jirrapportaw dik l-informazzjoni b’mod volontarju, separatament mid-divulgazzjonijiet obbligatorji tagħhom (66).

51.

Għall-finijiet tal-GAR għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-ipoteki jistgħu jkunu eliġibbli għat-Tassonomija irrispettivament minn jekk jinsabux fl-UE? Is-self li ma joriġinax mill-UE jaqa’ taħt l-eżenzjoni speċifikata fl-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet?

L-ipoteki bl-imnut huma eliġibbli għat-Tassonomija irrispettivament minn jekk il-proprjetà immobbli tinsabx fl-UE jew jekk id-debitur huwiex ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew le. L-eżenzjoni speċifikata fl-Artikolu 7(3) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tikkonċerna skoperturi għal impriżi speċifiċi li mhumiex soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, li jistgħu jinkludu impriżi ta’ pajjiżi terzi.

d.   Kalkolu u valutazzjoni tal-iskoperturi

52.

L-iskoperturi ta’ kreditu għandhom jiġu kkunsidrati fil-valur gross tagħhom, jiġifieri qabel l-aġġustament għat-telf ta’ krediti mistenni?

Iva. B’mod konsistenti mat-terminoloġija użata fil-FINREP (67) kif ukoll mal-istandards kontabilistiċi, l-Annessi tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jirreferu għall-ammont riportat gross, li huwa definit, fost l-oħrajn, fl-Anness 5, it-Taqsima 5.2 tal-FINREP. Id-definizzjoni tal-FINREP hija aġġustata għall-prinċipji kontabilistiċi applikabbli differenti. Fil-każ ta’ strumenti ta’ dejn b’kost amortizzat skont l-IFRS, l-ammont riportat gross huwa definit bħala l-ammont riportat qabel l-aġġustament għal kwalunkwe provvediment għal telf. Għal strumenti ta’ dejn fil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor, l-ammont riportat gross huwa definit bħala l-kost amortizzat qabel l-aġġustament għal kwalunkwe provvediment għal telf.

53.

Għall-investimenti, minbarra l-valutazzjoni tal-allinjament mat-tassonomija, għandu jiġi kkalkolat proporzjon tat-tassonomija li se jiġi “applikat” għall-valur kontabilistiku ta’ tmiem is-sena tal-investiment (jiġifieri l- “firxa u l-proporzjon li l-proġett iffinanzjat jiffinanzja attività ekonomika allinjata mat-tassonomija”). Il-proporzjon jiġi kkalkolat abbażi ta’ valur li potenzjalment jista’ jinbidel maż-żmien (il-valur mhuwiex speċifikat fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, iżda jista’ jkun il-valur tas-suq tal-assi mixtri jew il-fatturat u l-CapEx li jiġi ġġenerat fil-proġett li huwa ffinanzjat). Peress li dan il-valur jista’ jinbidel maż-żmien, il-proporzjon applikat għall-valur kontabilistiku ta’ tmiem is-sena għandu jiġi aġġornat regolarment jew il-valur inizjali għandu jintuża matul il-ħajja tal-investiment?

F’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli dwar il-firxa u l-proporzjon li l-proġett qed jiffinanzja attività allinjata mat-Tassonomija. L-informazzjoni l-aktar reċenti għandha diġà tqis kwalunkwe bidla possibbli jew fir-regolamenti jew fl-attività ffinanzjata nnifisha.

54.

Għall-aġġustamenti tal-valur ġust mill-kontabbiltà għall-iħħeġġjar, x’inhu t-trattament propost ta’ aġġustament tal-valur ġust ta’ ħeġġ tal-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax? L-aġġustament tal-valur ġust għandu jkun fuq il-partita tad-derivattivi fil-formola tar-rapportar jew l-aġġustament tal-valur ġust għandu jaffettwa l-ammont riportat gross tal-entrati ħħeġġjati (li huma s-self u l-avvanzi)?

Għall-aġġustament tal-valur ġust ta’ ħeġġ tal-portafoll fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-ammont riportat tal-entrati ħħeġġjati għandu jiġi rrapportat fuq bażi grossa. Dan ikun konformi mal-istruzzjonijiet tal-FINREP li għalihom tirreferi d-DDA f’diversi każijiet, li jispeċifikaw fl-Anness V, il-Parti 2.152, dan li ġej: “Entrati ħħeġġjati fil-ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax għandha tinkludi assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji f’ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax ta’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji. Dawk l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati fl-ammont riportat tagħhom fuq bażi grossa, qabel in-netting bejn l-istrumenti fi ħdan il-portafoll.” Minħabba dan, l-aġġustamenti tal-valur ġust għandhom imbagħad jiġu rrapportati fuq il-partita tad-derivattivi.

55.

In-numeratur tal-istrumenti azzjonarji tal-GAR huwa deskritt bħala: “l-ammont riportat gross tal-istrumenti azzjonarji mhux miżmuma għan-negozjar ponderat bil-KPI tal-fatturat u tal-CapEx relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija kif iddivulgat mill-impriża mhux finanzjarja li għaliha jappartjenu l-istrumenti azzjonarji.” Peress li l-KPIs tal-fatturat u l-KPIs tal-CapEx se jkunu numri differenti, u l-ammont riportat gross tal-istrumenti azzjonarji se jkun numru uniku, kif għandu jitwettaq dan il-kalkolu?

Skont l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1 tad-DDA, il-KPIs tal-GAR għall-iskoperturi tal-ekwità għandhom jiġu rrapportati f’żewġ verżjonijiet: l-ewwel verżjoni bbażata fuq il-KPI tal-fatturat tal-kontropartijiet, u t-tieni waħda bbażata fuq il-KPI tal-CapEx tal-kontropartijiet.

56.

L-assi totali fil-formoli tal-Anness VI għandhom ikunu daqs l-assi totali kif definiti fil-FINREP?

Iva, l-assi totali fil-mudelli tal-Anness VI għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-ammont riportat gross ta’ dawn l-assi rrapportati taħt FINREP. Il-mudelli FINREP huma mfassla abbażi tal-kategoriji kontabilistiċi tal-istrumenti finanzjarji (assi finanzjarji b’kost amortizzat, assi finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor, eċċ.). Min-naħa l-oħra, il-mudelli elenkati fl-Anness VI tad-DDA għandhom jimtlew billi jiġu applikati l-kunċetti prudenzjali tal-portafoll bankarju u tan-negozjar li jissarrfu f’żewġ KPIs differenti – il-GAR fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1. tad-DDA u l-GAR għall-portafoll tan-negozjar fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.4. tad-DDA. Minħabba din id-differenza, jista’ jkun hemm differenzi meta jitqabbel l-ammont totali rispettiv ta’ assi taħt FINREP u taħt l-Anness VI tad-DDA. Madankollu, l-ammont riportat gross ta’ kull strument irrapportat għandu jaqbel perfettament ma’ dak irrapportat fil-FINREP li għalih tirreferi d-DDA f’diversi każijiet.

57.

Kif għandu jiġi definit is-self intragrupp għall-finijiet ta’ allinjament mat-Tassonomija?

It-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom jiġu eliminati matul il-proċess ta’ konsolidazzjoni prudenzjali skont l-Anness V, it-Taqsima 1.1.1. tad-DDA. It-tranżazzjonijiet intragrupp fl-ambitu kontabilistiku tal-konsolidazzjoni (iżda mhux intragrupp meta jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni) għandhom jiġu ttrattati bħala tranżazzjonijiet esterni.

58.

Kif għandhom jitqiesu l-limiti ta’ żmien tal-attivitajiet tranżizzjonali fil-valutazzjoni tat-Tassonomija meta l-maturitajiet tal-finanzjament ikunu itwal minn dawk il-limiti ta’ żmien?

Kull sena, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l-ammont pendenti tas-self fil-karta bilanċjali tagħhom kontra t-TSC fis-seħħ f’dik is-sena. Meta t-TSC ikollhom limitu ta’ żmien għall-applikazzjoni tagħhom, l-iskopertura ma tibqax allinjata wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien. Jekk il-kriterji jiġu emendati b’att delegat u l-attività jew l-assi ffinanzjati ma jibqgħux jikkonformaw mal-kriterji emendati l-ġodda, l-iskopertura sottostanti xorta titqies bħala allinjata mat-Tassonomija għal 5 snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-Att Delegat emendatorju (anterjorità) f’konformità mal-Artikolu 7(5) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

59.

Liema skedi ta’ żmien għall-awditjar għandhom japplikaw għall-kollateral tas-self akkwistat minn istituzzjoni ta’ kreditu bħala preklużjoni ta’ dritt ipotekarju?

L-att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet ma jipprevedix rekwiżiti addizzjonali tal-awditjar differenti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kontabbiltà.

e.   Il-mili tal-formoli

60.

Kif għandhom jiġu definiti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu meta jkunu qed jimlew il-formoli inklużi fl-Anness VI?

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma definiti skont id-definizzjoni fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tas-CRR (ara wkoll il-mistoqsijiet 1 u 35 ta’ dan l-Avviż).

Għad-diżaggregazzjonijiet tat-tip ta’ entità fil-formoli inklużi fl-Anness VI tad-DDA, f’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet, il-preparaturi għandhom japplikaw il-KPIs tal-kontropartijiet rispettivi tagħhom meta jikkalkulaw il-KPIs tagħhom stess. Għalhekk, meta l-kontropartijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jippubblikaw KPIs inklużi fl-Anness V u VI tad-DDA, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw ir-ringieli għall-iskoperturi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-formoli inklużi fl-Anness VI tad-DDA.

61.

Kif għandhom jiġu assenjati l-kodiċijiet NACE għal skoperturi għall-fini tal-mudell 2 tad-divulgazzjonijiet tal-GAR inklużi fl-Anness VI tad-DDA? Peress li d-diżaggregazzjoni skont il-kodiċi NACE mhijiex meħtieġa skont id-divulgazzjonijiet minn impriżi mhux finanzjarji, fejn jistgħu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jsibu dik l-informazzjoni biex jimlew il-formola 2 tal-Anness VI tad-DDA? Minħabba li xi attivitajiet elenkati fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet ma għandhomx kodiċi NACE, dawn kif jistgħu jiġu integrati fil-formola 2 tal-Anness VI tad-DDA?

Għall-fini tal-formola 2 tad-divulgazzjonijiet tal-GAR inklużi fl-Anness VI tad-DDA, għandu jiġi pprovdut il-kodiċi NACE tal-attività ewlenija tal-kontroparti. Jekk l-iskopertura tirreferi għal aktar minn entità waħda, din għandha tirreferi għall-kodiċi NACE tal-attività prinċipali tal-kontroparti li kienet l-aktar rilevanti, jew determinanti, għall-istituzzjoni biex tagħti l-iskopertura. Jekk il-kontroparti tkun kumpanija azzjonarja, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkunsidra s-settur NACE tal-attività prinċipali tal-kontroparti speċifika kkontrollata mill-kumpanija azzjonarja (jekk differenti mill-kumpanija azzjonarja) li rċeviet il-finanzjament. Bl-istess mod, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti taħt is-settur NACE assoċjata mal-attività ekonomika tal-kumpanija prinċipali tal-veikolu bi skop speċjali. Jekk l-attività ma tkunx koperta minn kodiċi NACE, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża l-kodiċi msemmi fin-nota f’qiegħ il-paġna (a) tal-formoli inklużi fl-Anness II tad-DDA

62.

X’inhi d-definizzjoni ta’ emittenti supranazzjonali u f’liema ringiela tal-formola 1 stabbilita fl-Anness VI għandhom jiġu rrapportati l-iskoperturi għal emittenti supranazzjonali (eż., Ringiela 51, 52)?

Filwaqt li ma hija pprovduta l-ebda definizzjoni skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet għal “skoperturi għal emittenti supranazzjonali”, dan għandu jfisser skoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp huma esklużi minn din id-definizzjoni u rrapportati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif spjegat fit-taqsima 1.2.1.2., ir-raba’ paragrafu tal-Anness V DDA. “Skoperturi għal utenti supranazzjonali” jenħtieġ li tiġi rrapportata fir-ringiela 50 — “Gvernijiet ċentrali u emittenti supranazzjonali”.

63.

Għal kull wieħed mill-mudelli inklużi fl-Anness VI tad-DDA, x’inhi l-iskeda ta’ żmien għad-divulgazzjoni?

Iż-żmien għad-divulgazzjonijiet tal-formoli jsegwi ż-żmien tal-applikazzjoni tal-KPIs sottostanti stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

It-tabella li ġejja tipprovdi l-iskeda taż-żmien għad-divulgazzjonijiet tal-formoli.

Numru tal-Formola

Isem tal-Formola

L-ewwel divulgazzjoni fi

Relatati mas-sena fiskali

0

Sommarju tal-KPIs

2024

2023

1

Assi koperti (GAR, off-bal)

2024 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

2023 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

2

GAR – Informazzjoni settorjali

2024

2023

3

Stokk ta’ KPIs tal-GAR

2024 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

2023 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

4

Fluss ta’ KPIs tal-GAR

2024

2023

5

FinGuar, AUM KPIs

2024

2023

6

KPI F u C

2026 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

2025 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

7

KPI tal-portafoll tan-negozjar

2026 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

2025 għad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni T biss

64.

Kif għandhom jimtlew il-kolonni “li minnu” fil-formoli fl-Anness VI tad-DDA?

Il-kolonna “ li minnu: Użu ta’ Rikavati ” għandha tintuża biex tirrapporta skoperturi meta l-użu tar-rikavati mill-iskopertura jkun magħruf u li jkunu inklużi fil-GAR sal-ammont li l-iskopertura tiffinanzja attivitajiet allinjati mat-Tassonomija.

Pereżempju, fejn tali skoperturi huma:

—

skoperturi ta’ self għal impriżi mhux finanzjarji, l-iskoperturi li għandhom jiġu rrapportati fil-kolonna “ li minnu: Użu ta’ Rikavati ” fir-ringiela 21 tal-formola 3 jikkorrispondu għall-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1., l-element (1)(c)(1) tad-DDA. B’mod korrispondenti, is-somma tal-elementi (1)(c)(1) + (1)(c)(2), fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1. tad-DDA, għandha tiġi rrapportata fil-kolonna “ Proporzjon tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw setturi rilevanti tat-tassonomija (allinjati mat-tassonomija) ” fir-ringiela 21 tal-formola 3;

—

skoperturi tat-titoli ta’ dejn għal impriżi mhux finanzjarji, l-iskoperturi li għandhom jiġu rrapportati fil-kolonna “ li minnu: Użu ta’ Rikavati ” fir-ringiela 22 tal-formola 3 jikkorrispondu għall-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1., l-element (2)(c)(1) tad-DDA. B’mod korrispondenti, is-somma tal-elementi (2)(c)(1) + (2)(c)(2), fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1. tad-DDA għandha tiġi rrapportata fil-kolonna “Proporzjon tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (allinjati mat-Tassonomija)” fir-ringiela 22 tal-formola 3;

—

skopertura għal self għal unitajiet domestiċi li huma koperti fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.3 tad-DDA, tali skoperturi għandhom jiġu rrapportati fil-kolonna “ Li minnu: Użu ta’ Rikavati ” fir-ringieli li jikkorrispondu għall-unitajiet domestiċi fil-formola 3. Għaliex it-Taqsima 1.2.1.3. tad-DDA tkopri biss skoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, il-kolonna “li minnu: l-Użu tar-Rikavati” u l-kolonna “Proporzjon tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (allinjati mat-Tassonomija)” għandhom juru l-istess valuri;

—

skoperturi ta’ self jew ta’ titoli ta’ dejn għal gvernijiet lokali li huma koperti fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.4. tad-DDA, tali skoperturi għandhom jiġu rrapportati fil-kolonna “li minnu: Użu ta’ Rikavati” fir-ringieli li jikkorrispondu għall-gvernijiet lokali fil-formola 3. Minħabba li t-Taqsima 1.2.1.4. tkopri biss skoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, il-kolonna “li minnu: Użu ta’ Rikavati” u l-kolonna “Proporzjon tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (allinjati mat-Tassonomija)” għandhom juru l-istess valuri.

Fil-kolonni “li minnu: ta’ tranżizzjoni” u “li minnu: abilitanti” , l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-iskoperturi tagħhom għal attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali u abilitanti.

Il-kolonna “li minnu: Użu ta’ Rikavati” minn naħa waħda u l-kolonni “li minnu: ta’ tranżizzjoni” u “li minnu: abilitanti” min-naħa l-oħra, ma jirrappreżentawx diżaggregazzjonijiet reċiprokament esklussivi. Għalhekk, dawn m’għandhomx jammontaw għal “Proporzjon tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (allinjati mat-Tassonomija)” . L-għan tal-kolonni “li minnu” huwa pjuttost li jipprovdu informazzjoni aktar speċifika minn żewġ perspettivi differenti, waħda dwar it-tip ta’ finanzjament u l-oħra dwar it-tip ta’ attività ekonomika.

65.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw bħala fluss l-ammont ta’ skoperturi ġodda bbażati fuq l-ammont riportat gross (kif indikat fl-Anness V tad-DDA) jew il-fluss ta’ self ikkalkulat fuq il-bażi ta’ t kontra t-1 fuq bażi netta (kif indikat fin-nota ewlenija għall-formola 4)? Fl-ewwel każ, xi tfisser “ġdid”, pereżempju għal rifinanzjamenti, faċilitajiet ta’ kreditu rotanti, eċċ.

Il-punt 1.2.1.1. tal-Anness V tad-DDA jiddikjara li:

“L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-GAR għal... l-fluss għal self ġdid.”

“L-aspetti li ġejjin tal-KPIs għandhom jiġu ddivulgati:

(...)(b) f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi ġodda matul is-sena qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;

(...)”

L-aspetti li ġejjin tal-KPIs għandhom jiġu ddivulgati:

(...)

(b) f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn ġodda matul is-sena qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;

(...)”

L-aspetti li ġejjin tal-proporzjonijiet għandhom jiġu ddivulgati:

(...);

(b) f’termini ta’ fluss, abbażi tal-ammont riportat gross ta’ strumenti azzjonarji matul is-sena ta’ qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni;

(...)”

Meta jikkalkulaw il-fluss ta’ KPI fil-formola 4 tal-Anness VI tad-DDA, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw biss l-ammont riportat gross ta’ skoperturi mġarrba ġodda (jiġifieri self u avvanzi ġodda, titoli ta’ dejn, strumenti azzjonarji), jiġifieri skoperturi ġodda biss li jkunu ġġarrbu matul is-sena qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni, mingħajr ma jitnaqqsu l-ammonti ta’ ripagamenti tas-self jew disponimenti ta’ titoli ta’ dejn/strumenti azzjonarji li seħħew matul is-sena ta’ qabel id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għalhekk ma għandhomx jikkalkulaw in-numeratur u d-denominatur tal-fluss ta’ KPI bħala skoperturi fid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni (T) nieqes l-iskoperturi fid-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni (T-1) (68).

66.

L-użu tat-terminu “self speċjalizzat” huwa limitat għall-finanzjament ta’ proġetti jew jinkludi xi użu ta’ rikavati?

It-terminu “self speċjalizzat” mhuwiex limitat għall-finanzjament ta’ proġetti u jinkludi s-self speċjalizzat kollu skont id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 147(8) CRR. Skont l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.2. DDA, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw fil-komponent (1)(c)(1) tan-numeratur tal-GAR għas-self u l-avvanzi kollha fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, inkluż self speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

B.   IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI

67.

Fir-rigward tal-KPIs relatati ma’ attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni, għal prodotti tal-assigurazzjoni b’diversi riskji li jkopru wkoll perikli relatati mal-klima l-impriżi tal-assigurazzjoni jiddivulgaw bħala allinjati mat-Tassonomija biss is-sehem rilevanti tal-primjum tal-assigurazzjoni relatat ma’ perikli relatati mal-klima jew il-primjum sħiħ tal-assigurazzjoni inkorporat fi prodott tal-assigurazzjoni usa’? Huwa biżżejjed jekk mill-inqas polza tal-assigurazzjoni waħda fil-linja tan-negozju toffri kopertura ta’ perikli relatati mal-klima biex tiddeduċi l-allinjament mat-Tassonomija tal-linja operatorja kollha?

Il-KPI relatat mal-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni msemmija fl-Anness IX, it-Taqsima 2 tad-DDA (KPI ta’ sottoskrizzjoni) jirrifletti l-livell ta’ perikli relatati mal-klima assigurati mill-impriżi tal-assigurazzjoni. Il-KPI tas-sottoskrizzjoni juri liema proporzjon tal-attivitajiet ġenerali ta’ sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja huwa magħmul minn sottoskrizzjoni ta’ perikli relatati mal-klima, kif imsemmi fid-“Deskrizzjoni tal-attività” fl-Anness II, it-Taqsima 10.1. tal-Att Delegat dwar il-Klima, u fil-premessa (10) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

L-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw dawk il-primjums tal-assigurazzjoni, jew l-ishma korrispondenti tal-primjums tal-assigurazzjoni f’każ ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’diversi riskji, li jappartjenu biss għall-kopertura tal-perikli relatati mal-klima għall-fini tal-kalkolu tal-allinjament mat-Tassonomija.

F’konformità mal-punt 1 tat-TSC li jappartjeni għal SC fl-Anness II, it-Taqsima 10.1 tal-Att Delegat dwar il-Klima, l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jużaw metodoloġija xierqa sabiex jiddeterminaw l-ammonti tal-primjums li jappartjenu għal perikli relatati mal-klima, bħall-metodoloġija użata fil-proċessi tal-ipprezzar tagħhom. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni ma jkunux jistgħu jiksbu d-data dwar il-primjums sottoskritti relatata ma’ perikli relatati mal-klima għal kuntratt tal-assigurazzjoni partikolari, għandhom jirrapportaw dawk il-primjums bħala mhux eliġibbli u jdaħħlu valur “żero” meta jikkalkulaw in-numeratur tal-KPI.

68.

L-impriżi tar-riassigurazzjoni kif għandhom japplikaw l-approċċ prorata spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 67 għan-negozju tat-trattat, peress li porzjon tal-prodotti sottostanti koperti minn trattat jista’ ma jkunx relatat ma’ perikli relatati mal-klima?

L-impriżi tar-riassigurazzjoni għandhom jiddivulgaw biss dawk il-primjums, jew l-ishma tal-primjums, li huma relatati mas-sottoskrizzjoni tal-perikli relatati mal-klima (ara wkoll il-mistoqsija 67 ta’ dan l-Avviż).

69.

Kif għandhom l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mat-TSC dwar il-kondiviżjoni tad-data stabbilita fit-TSC dwar kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima fil-punt (4) tal-Anness II, it-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Att Delegat dwar il-Klima? Dan ifisser li d-data dwar it-telf għandha tkun disponibbli u mingħajr ħlas għal kull min jitlobha? Fejn għandha ssir id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni?

Il-punti 4.2. ta’ “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar” fl-Anness II, it-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Att Delegat dwar il-Klima jipprovdu opzjoni ta’ riżerva għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, jekk dawk l-impriżi ma jikkondividux id-data dwar it-telf mal-awtoritajiet pubbliċi, kif previst fil-punt 4.1. ta’ dawk il-“Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”. Skont il-punt 4.2. l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu d-data disponibbli, mingħajr ħlas, lil partijiet terzi interessati, inklużi l-kundizzjonijiet li taħthom tali data tista’ tiġi kondiviża.

Dik id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni trid tiġi inkluża fuq is-siti web tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata.

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jimplimentaw il-kondiviżjoni tad-data mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u l-liġi tal-kompetizzjoni.

70.

Kif għandhom jimtlew il-kolonni tad-DNSH u tas-salvagwardji minimi fl-Anness X?

L-alternattivi “Iva” jew “Le” fil-kolonni intitolati “DNSH” u “salvagwardji minimi” fil-formola “ Il-KPI tas-sottoskrizzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja ” jindikaw konformità jew nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tad-DNSH u s-salvagwardji minimi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, jenħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jdaħħlu “Y” fil-kolonni tad-DNSH fejn it-TSC rispettiv ma jkunx speċifikat, rispettivament, fit-Taqsimiet 10.1. u 10.2. tal-Att Delegat dwar il-Klima.

71.

Peress li ma hemm l-ebda diżaggregazzjoni msemmija bejn il-CapEx u l-fatturat, liema valur għandu jiġi rrapportat mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-linji 4 sa 11 tat-tieni formola tal-Anness X tad-DDA? Bl-istess mod, liema valur għandu jiġi rrapportat mill-maniġers tal-assi fil-linji 4 sa 10 tal-formola fl-Anness IV tad-DDA?

Maniġers tal-assi

Fir-ringieli minn 4 sa 10 tal-mudell tal-Anness IV tad-DDA, il-maniġers tal-assi jenħtieġ li jirrapportaw informazzjoni komplementari dwar id-diżaggregazzjoni tad-denominatur (jiġifieri diżaggregazzjoni tal-assi koperti totali) tal-KPI, li għalihom la jużaw il-fatturat u lanqas il-KPIs tan-nefqa kapitali tad-destinatarja ta’ investiment.

Il-KPIs tal-allinjament mat-Tassonomija tad-destinatarji ta’ investiment għandhom jintużaw biss biex jiġi kkalkolat in-numeratur tal-KPI tal-impriżi li jirrapportaw relatat mal-investimenti, li jirrappreżenta l-proporzjon ta’ skoperturi għal dawk id-destinatarji ta’ investiment li jitqiesu allinjati mat-Tassonomija.

Għalhekk, sabiex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni tad-denominatur fir-ringiela 9 dwar skoperturi għal “attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija”, il-maniġers tal-assi għandhom jużaw il-KPIs korrispondenti ta’ attivitajiet mhux eliġibbli għat-tassonomija tal-kontropartijiet tagħhom. B’mod speċifiku, il-maniġers tal-assi għandhom jipprovdu l-fatturat u d-diżaggregazzjoni bbażata fuq il-CapEx billi jimmultiplikaw l-iskoperturi tagħhom għal (69):

—

impriżi mhux finanzjarji, bil-proporzjonijiet (%) tal-fatturat u tan-nefqa kapitali, rispettivament, fil-fatturat totali u l-CapEx irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela “Fatturat tal-attivitajiet mhux eliġibbli tat-Tassonomija” u fir-ringiela “CapEx tal-attivitajiet mhux eliġibbli tat-Tassonomija” fil-formoli korrispondenti inklużi fl-Anness II tad-DDA;

—

maniġers tal-assi, skont il-proporzjonijiet ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (%) irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 9 tal-formola fl-Anness IV tad-DDA (“attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija”);

—

istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’, rispettivament, proporzjon ibbażat fuq il-fatturat u bbażat fuq il-CapEx ikkalkulat bħala [1 — proporzjon (%) tat-total ta’ assi koperti li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (eliġibbli għat-Tassonomija) (70)];

—

ditti tal-investiment, minn, rispettivament, medji ponderati bbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (71) ta’

—

[1 – “li minnhom assi koperti mit-Tassonomija tal-UE (%) (eliġibbli għat-Tassonomija)”  (72)], u

—

[1 – “li minnhom Dħul (tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra) minn servizzi u attivitajiet lejn setturi koperti mit-Tassonomija tal-UE (%) (eliġibbli għat-Tassonomija)”  (73)],

—

impriżi tal-asigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, minn, rispettivament, medji ponderati bbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (74) ta’:

—

proporzjonijiet (%) irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 10 (“attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija”) tat-tieni formola tal-Anness X tad-DDA, u

—

proporzjon (%) irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela “B. Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u attivitajiet tas-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni mhux eliġibbli għat-Tassonomija”, il-kolonna 3 tal-ewwel formola tal-Anness X tad-DDA.

Sabiex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni tad-denominatur fir-ringiela 10 dwar skoperturi “attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija”, il-maniġers tal-assi jenħtieġ li jużaw il-KPIs korrispondenti ta’ attivitajiet tal-kontropartijiet tagħhom eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjati mat-tassonomija. B’mod speċifiku, il-maniġers tal-assi għandhom jipprovdu diżaggregazzjoni bbażata fuq il-fatturat u fuq il-CapEx billi jimmultiplikaw l-iskoperturi tagħhom għal:

—

impriżi mhux finanzjarji, bil-proporzjonijiet (%) tal-fatturat u tan-nefqa kapitali, rispettivament, fil-fatturat totali u n-nefqa kapitali rrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela “Fatturat ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (mhux attivitajiet allinjati mat-Tassonomija) (A.2)”, il-kolonna 4, u fir-ringiela “CapEx ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (mhux attivitajiet allinjati mat-Tassonomija) (A.2)”, il-kolonna 4, fil-mudelli korrispondenti tal-Anness II tad-DDA;

—

maniġers tal-assi, rispettivament, skont il-proporzjonijiet ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (%) irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 10 tal-mudell IV (“attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija”);

—

istituzzjonijiet ta’ kreditu ibbażati, rispettivament, fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx [proporzjon (%) tal-assi koperti totali li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (eliġibbli għat-Tassonomija) (75) minbarra il-proporzjon (%) tat-total ta’ assi koperti li jiffinanzjaw is-setturi rilevanti għat-tassonomija (allinjati mat-Tassonomija) (76)];

—

ditti tal-investiment, minn, rispettivament, medji ponderati bbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (77) ta’

—

“Li minnhom assi koperti mit-Tassonomija tal-UE (%) (eliġibbli għat-Tassonomija) (78) ” nieqes “Li minnhom marbuta ma’ attivitajiet allinjati mat-Tassonomija tal-UE (%) (allinjati mat-Tassonomija)”  (79)] u

—

“Li minnhom: Dħul (tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji monetarji oħra) minn servizzi u attivitajiet lejn setturi koperti mit-Tassonomija tal-UE (%) (eliġibbli għat-Tassonomija)”  (80) nieqes “Li minnhom minn servizzi u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet allinjati mat-Tassonomija tal-UE (%) (allinjati mat-Tassonomija)”] (81);

—

impriżi tal-awsigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni, minn, rispettivament, medji ponderati bbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx (82) ta’:

—

proporzjon (%) irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 11 (“Attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija, iżda mhux allinjati mat-Tassonomija”) tat-tieni mudell tal-Anness X tad-DDA, u

—

proporzjon (%) irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela “A2. Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija)”, il-kolonna 3 tal-ewwel mudell tal-Anness X tad-DDA.

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jenħtieġ li fir-ringieli minn 4 sa 11 tat-tieni mudell tal-Anness X tad-DDA jirapportaw informazzjoni komplementari dwar id-diżaggregazzjoni tad-denominatur (jiġifieri diżaggregazzjoni tal-assi koperti totali) tal-KPI, li għalihom la jużaw il-fatturat u lanqas il-KPIs tan-nefqa kapitali tad-destinatarja ta’ investiment.

Il-KPIs tal-allinjament mat-Tassonomija tad-destinatarji ta’ investiment għandhom jintużaw biss biex jiġi kkalkolat in-numeratur tal-KPI tal-impriżi li jirrapportaw relatat mal-investimenti, li jirrappreżenta l-proporzjon ta’ skoperturi għal dawk id-destinatarji ta’ investiment li jitqiesu allinjati mat-Tassonomija.

Għalhekk, sabiex tiġi kkalkolata d-diżaggregazzjoni tad-denominatur fir-ringiela 10 tat-tieni formola tal-Anness X tad-DDA dwar skoperturi għal “attivitajiet ekonomiċi li mhumiex eliġibbli għat-tassonomija”, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw il-KPIs korrispondenti, ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq CapEx, rispettivament, ta’ attivitajiet mhux eliġibbli għat-tassonomija tal-kontropartijiet tagħhom, bl-istess mod bħal għall-maniġers tal-assi kif deskritt hawn fuq.

Sabiex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni tad-denominatur fir-ringiela 11 tat-tieni formola tal-Anness X tad-DDA dwar skoperturi “attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija, iżda mhux allinjati mat-tassonomija”, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw il-KPIs korrispondenti bbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq CapEx, rispettivament, ta’ attivitajiet tal-kontropartijiet tagħhom eliġibbli għat-tassonomija iżda mhux allinjati mat-tassonomija, bl-istess mod bħal għall-maniġers tal-assi kif deskritt hawn fuq.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L, 2023/2486, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2486/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2485 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar addizzjonali biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dawk l-attivitajiet ma jikkawżawx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L, 2023/2485, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2485/oj).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(7)   https://finance.ec.europa.eu/system/files/2021-07/sustainable-finance-taxonomy-article-8-faq_en.pdf.

(8)   https://finance.ec.europa.eu/system/files/2022-01/sustainable-finance-taxonomy-article-8-report-eligible-activities-assets-faq_en.pdf.

(9)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli 2022/C 385/01 (ĠU C 385, 6.10.2022, p. 1).

(10)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni) (ĠU C, C/2023/305, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/305/oj).

(11)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija tal-UE li jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lil objettiv ambjentali ieħor (ĠU C, C/2023/267, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/267/oj).

(12)  Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet huma kkwotati fin-noti 35–38 f’qiegħ il-paġna.

(13)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(14)  L-Artikoli 8 (2a) u 9 (4a) tal-SFDR.

(15)  L-Artikolu 10(5) tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

(16)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(18)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija tal-UE li jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lil objettiv ambjentali ieħor (ĠU C, C/2023/267, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/267/oj).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(20)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(22)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).

(23)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L, 2023/2486, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2486/oj).

(27)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(28)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni) (ĠU C, C/2023/305, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/305/oj).

(29)   https://finance.ec.europa.eu/system/files/2022-01/sustainable-finance-taxonomy-article-8-report-eligible-activities-assets-faq_en.pdf.

(30)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1) (L 330, 15.11.2014, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(32)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1); Id-Direttiva 2014/65/UE (MiFID); Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (CRR).

(33)  Pereżempju, skopertura b’użu magħruf tar-rikavati li tiffinanzja attività allinjata mat-Tassonomija ta’ EUR 100 miljun jenħtieġ li tiġi inkluża kemm fin-numeratur tal-KPI bbażat fuq il-fatturat kif ukoll f’dak ibbażat fuq CapEx — fl-istess ammont — mingħajr ma jiġi ponderat il-KPI tal-emittent/kontroparti rispettiv.

(34)  Fejn l-użu tar-rikavat ma jkunx magħruf.

(35)  l-Anness III, it-Taqsima 1.1., il-punt (b) tad-DDA għall-maniġers tal-assi; is-seba’ paragrafu tat-Taqsima 1.2.1.2 tal-Anness V DDA għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu; l-Anness VII, it-Taqsima 2.4., il-punt (b) tad-DDA għad-ditti tal-investiment; il-punt (b) tal-ħames paragrafu tat-Taqsima 1 tal-Anness IX tad-DDA għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(36)  l-Anness III, it-Taqsima 1.1., il-punt (c) tad-DDA għall-maniġers tal-assi; l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.2, il-ħames paragrafu tad-DDA għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu; l-Anness VII, it-Taqsima 2.4., il-punt (c) tad-DDA għad-ditti tal-investiment; l-Anness IX, it-Taqsima 1, il-ħames paragrafu, il-punt (c) tad-DDA għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

(37)  l-Anness III, it-Taqsima 1.1, il-punt (d)tad-DDA għall-maniġers tal-assi; l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.2, is-sitt paragrafu tad-DDA għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu; l-Anness VII, it-Taqsima 2.4, il-punt (d) tad-DDA għad-ditti tal-investiment; l-Anness IX, it-Taqsima 1, il-ħames paragrafu, il-punt (d) tad-DDA għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

(38)  l-Anness III, it-Taqsima 1.1., il-punt (e) tad-DDA għall-maniġers tal-assi; l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.2, it-tmien paragrafu tad-DDA għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu; l-Anness VII, it-Taqsima 2.4, il-punt (e) tad-DDA għad-ditti tal-investiment; l-Anness IX, it-Taqsima 1, il-ħames paragrafu, il-punt (e)tad-DDA għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(39)  Pereżempju, il-KPIs tal-impriżi tal-kontroparti finanzjarja għadhom mhumiex disponibbli għall-ewwel ċiklu ta’ rapportar tal-impriżi finanzjarji fl-2024, li għalihom huwa disponibbli biss il-proporzjon tal-eliġibbiltà għat-Tassonomija, iżda mhux tal-allinjament mat-Tassonomija kif iddivulgat fiċ-ċikli ta’ rapportar tal-2022 u tal-2023 minn dawk l-impriżi tal-kontroparti.

(40)  Ir-rapportar volontarju ma għandux jikkontradixxi jew jirrappreżenta ħażin informazzjoni obbligatorja skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Lanqas ma għandu jkun aktar prominenti minn divulgazzjonijiet obbligatorji. Jekk impriża tinkludi rapportar volontarju, hija għandha żżid dettall ta’ appoġġ miegħu li jistabbilixxi l-bażi għal din id-divulgazzjoni, il-metodi użati għat-tħejjija tagħha, u spjegazzjoni ċara ta’ kif din hija differenti mir-rapportar obbligatorju.

(41)  Dawk il-KPIs għandhom ikopru KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq CapEx fuq attivitajiet allinjati mat-Tassonomija u d-diżaggregazzjoni tagħhom għal kull objettiv ambjentali, attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux allinjati mat-Tassonomija, u attivitajiet mhux eliġibbli għat-Tassonomija.

(42)  Il-metodoloġija hija l-istess bħal dik deskritta fit-tweġiba għall-mistoqsija 9.

(43)  Dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati mis-CSRD. Wara d-dħul fis-seħħ tas-CSRD, ir-referenzi rilevanti għal dawn ir-regoli ta’ eżenzjoni se jkunu l-Artikolu 19a(9) u l-Artikolu 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.

(44)  Dawk il-KPIs għandhom ikopru KPIs ibbażati fuq il-fatturat u dawk ibbażati fuq CapEx fuq attivitajiet allinjati mat-Tassonomija u d-diżaggregazzjoni tagħhom għal kull objettiv ambjentali, attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux allinjati mat-Tassonomija, u attivitajiet mhux eliġibbli għat-Tassonomija.

(45)  Il-metodoloġija hija analoga għal dik deskritta fil-mistoqsija 9.

(46)  Jekk SPV ikun qed jiffinanzja diversi impriżi, l-iskopertura għall-SPV għandha tiġi inkluża fin-numeratur tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji jekk mill-inqas impriża ffinanzjata waħda tikkonsolida l-SPV u tkun soġġetta għall-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.

(47)  Il-lokatarju jirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni ta’ lokazzjoni ugwali għall-valur preżenti nett tal-pagamenti tal-lokazzjoni. Matul il-kors tal-lokazzjoni, il-lokatarju jaqsam il-pagamenti tal-lokazzjoni fi tnaqqis tal-obbligazzjoni tal-lokazzjoni u l-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni. L-ispiża tal-imgħax fuq l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni u d-deprezzament tal-assi lokat jiġu kontabilizzati bħala kostijiet mil-lokatarju.

(48)  Lokatur għandu jirrikonoxxi l-introjtu finanzjarju matul it-terminu ta’ lokazzjoni, abbażi ta’ xejra li tirrifletti rata perjodika kostanti ta’ redditu fuq l-investiment nett tal-lokatur fil-lokazzjoni. Lokatur jimmira li jalloka l-introjtu finanzjarju matul it-terminu ta’ lokazzjoni fuq bażi sistematika u razzjonali. Lokatur għandu japplika l-pagamenti ta’ lokazzjoni relatati mal-perjodu kontra l-investiment gross fil-kirja biex inaqqas kemm il-kapital kif ukoll l-introjtu finanzjarju mhux gwadanjat.

(49)  Bl-istess mod għal pożizzjonijiet qosra, id-denominatur għalhekk ikopri l-assi kollha mmaniġġjati mingħajr tpaċija b’obbligazzjonijiet ta’ pożizzjoni qasira, ħlief meta permess skont l-IFRS.

(50)  Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 13 tat-Tieni dokument tal-persunal tal-Kummissjoni.

(51)  Il-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija fil-KPIs tal-impriżi finanzjarji għandha tinkludi l-assi koperti kollha irrispettivament minn jekk tali assi jintużawx jew le bħala kollateral mill-impriżi tar-rapportar.

(52)  L-impriżi finanzjarji għandhom jipproċedu b’mod analogu sabiex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-kategorija “li minnu: abilitanti” tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx tagħhom billi jużaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv fir-ringiela “Li minnu: abilitanti” fil-formoli tal-fatturat u tal-CapEx rispettivi tal-kontropartijiet mhux finanzjarji tagħhom.

(53)  L-impriżi finanzjarji għandhom jipproċedu b’mod analogu biex jikkalkulaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-kategorija “Li minnu: abilitanti” tal-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq CapEx tagħhom billi jużaw id-diżaggregazzjoni għal kull objettiv tal-proporzjon “Li minnu: abilitanti” ta’ KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx tal-kontropartijiet finanzjarji tagħhom.

(54)  B’mod partikolari, dan huwa l-każ meta l-proporzjon tal-eliġibbiltà għat-Tassonomija biss, iżda mhux tal-allinjament mat-Tassonomija tal-assi tal-impriżi finanzjarji jiġi ddivulgat fl-ewwel ċiklu ta’ rapportar fl-2024.

(55)  Madankollu, il-kalkolu tal-GARs imsemmija jeskludi impriżi li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.

(56)  Ir-rapportar volontarju ma għandux jikkontradixxi jew jirrappreżenta ħażin informazzjoni obbligatorja skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Lanqas ma għandu jkun aktar prominenti minn divulgazzjonijiet obbligatorji. Jekk impriża tinkludi rapportar volontarju, hija għandha żżid dettall ta’ appoġġ miegħu li jistabbilixxi l-bażi għal din id-divulgazzjoni, il-metodi użati għat-tħejjija tagħha, u spjegazzjoni ċara ta’ kif din hija differenti mir-rapportar obbligatorju.

(57)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(58)  Id-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II).

(59)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(60)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE u rabtiet mar-Regolament dwar Divulgazzjonijiet Relatati mas-Sostenibbiltà tas-Servizzi Finanzjarji 2023/C 211/01 (C/2023/3719) (ĠU C 211, 16.6.2023, p. 1).

(61)   https://finance.ec.europa.eu/system/files/2022-10/221011-sustainable-finance-platform-finance-report-minimum-safeguards_en.pdf.

(62)  Dan jinkludi: (i) impriżi kbar; (ii) impriżi żgħar u ta’ daqs medju, ħlief impriżi mikro, li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), il-punt (a) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà; (iii) impriżi prinċipali ta’ grupp kbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà; u (iv) entitajiet mhux tal-UE meħtieġa jagħmlu divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza.

(63)  Is-CRD tipprovdi eżenzjonijiet mir-rekwiżiti kapitali, iżda mhux mis-superviżjoni f’konformità mal-Artikolu 2(6) tas-CRD.

(64)  Fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1. tad-DDA, 1(c)(1) jirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati huwa magħruf u 1(c)(2) jirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati f’self mhux magħruf (self ġenerali)

(65)  L-evidenza pprovduta minn partijiet terzi u awtoritajiet pubbliċi tista’ tiġi invokata biex tiġi aċċertata l-konformità mat-TSC sakemm din tkun speċifika u direttament relatata mal-iskoperturi sottostanti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 31 ta’ dan l-Avviż).

(66)  Ir-rapportar volontarju ma għandux jikkontradixxi jew jirrappreżenta ħażin informazzjoni obbligatorja skont l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet. Lanqas ma għandu jkun aktar prominenti minn divulgazzjonijiet obbligatorji. Jekk impriża tinkludi rapportar volontarju, hija għandha żżid dettall ta’ appoġġ miegħu li jistabbilixxi l-bażi għal din id-divulgazzjoni, il-metodi użati għat-tħejjija tagħha, u spjegazzjoni ċara ta’ kif din hija differenti mir-rapportar obbligatorju.

(67)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1)

(68)  Dan jista’ jirriżulta f’valuri negattivi tan-numeratur jew tad-denominatur tal-fluss ta’ KPI jew anki fi proporzjon matematikament mhux definit (KPI) f’każ li l-iskoperturi kkalkolati fid-denominatur fid-data (T) ikunu tal-istess ammont bħall-iskoperturi fid-denominatur fid-data (T-1).

(69)  Fiċ-ċiklu ta’ rapportar tal-2024 se tkun disponibbli biss informazzjoni minn kontropartijiet mhux finanzjarji.

(70)  irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 32 il-kolonna “aa” tal-formola “3. stokk ta’ GAR KPI” tal-Anness VI tad-DDA.

(71)  b’ponderazzjonijiet skont il-proporzjon ta’ dħul min-negozjar akkont proprju u l-proporzjon ta’ dħul minnbarra n-negozjar akkont proprju fid-dħul totali (introjtu) tad-ditta tal-investiment.

(72)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna “w” tal-formola “KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju” tal-Anness VIII tad-DDA.

(73)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna “w” tal-formola “KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju” tal-Anness VIII tad-DDA.

(74)  bil-ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ investiment tagħha u l-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet tagħha ta’ sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja fid-dħul totali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(75)  irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 32 il-kolonna “aa” tal-formola “3. stokk ta’ KPI GAR” tal-Anness VI tad-DDA.

(76)  irrapportat mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 32 il-kolonna “ab” tal-formola “3. stokk ta’ KPI GAR” tal-Anness VI tad-DDA.

(77)  b’ponderazzjonijiet skont il-proporzjon ta’ dħul min-negozjar akkont proprju u l-proporzjon ta’ dħul minnbarra n-negozjar akkont proprju fid-dħul totali (introjtu) tad-ditta tal-investiment.

(78)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna ‘w’ tal-formola ‘KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju’ tal-Anness VIII tad-DDA.

(79)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna “x” tal-formola “KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju” tal-Anness VIII tad-DDA.

(80)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna “w” tal-formola “KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju” tal-Anness VIII tad-DDA.

(81)  irrapportati mill-kontropartijiet tagħhom fir-ringiela 1 il-kolonna “x” tal-formola “KPI IF - Servizzi ta’ negozjar akkont proprju” tal-Anness VIII tad-DDA.

(82)  b’ponderazzjonijiet f’konformità mal-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ investiment tagħha u l-proporzjon ta’ dħul li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tikseb mill-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni mhux tal-ħajja tagħha fid-dħul totali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.


Appendiċi I

Rapportar volontarju tal-KPIs minn entitajiet li mhumiex impriżi finanzjarji, iżda li jipprovdu ċerti tipi ta’ servizzi finanzjarji

CSDs

Is-CSDs huma awtorizzati skont l-Artikolu 16 tas-CSDR u jistgħu jwettqu s-servizzi elenkati fl-Anness tas-CSDR kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt. Sabiex iwettqu servizzi anċillari ta’ tip bankarju, is-CSDs huma meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni addizzjonali sabiex jipprovdu tali servizzi skont l-Artikolu 54 tas-CSDR. Is-CSDs awtorizzati li jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju huma mħeġġa japplikaw il-KPIs applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. CSDs li mhumiex awtorizzati jipprovdu servizzi anċillari ta’ tip bankarju jistgħu japplikaw ukoll il-KPIs għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu peress li jipprovdu servizzi funzjonalment simili (jiġifieri saldu). It-tabella li ġejja tistabbilixxi liema KPIs li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu applikati mis-CSDs fuq bażi volontarja.

Servizzi ta’ CSD

Għandu jiġi applikat il-KPI (*1)

TAQSIMA A: Servizzi ewlenin ta’ depożitorji ċentrali tat-titoli

1.

Ir-reġistrar inizjali tat-titoli f’sistema ta’ entrata fil-kotba (“servizz notarili”);

2.

Il-forniment u ż-żamma ta’ kontijiet ta’ titoli fl-ogħla livell (“servizz ta’” manutenzjoni ċentrali”);

3.

It-tħaddim ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli (“servizz ta’ saldu”).

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

TAQSIMA B

Servizzi anċillari mhux ta’ tip bankarju tas-CSDs li ma jinvolvux riskju ta’ kreditu jew ta’ likwidità

Servizzi pprovduti mis-CSDs li jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-swieq tat-titoli, li jistgħu jinkludu iżda mhumiex ristretti għal:

1.

Servizzi relatati mas-servizz ta’ saldu, bħal:

(a)

L-organizzazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ self ta’ titoli, bħala aġent fost il-parteċipanti ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli;

(b)

Il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral, bħala aġent għall-parteċipanti f’ sistema ta’ saldu tat-titoli;

(c)

Tqabbil tas-saldu, twassil tal-istruzzjonijiet, konferma tan-negozju, verifika tan-negozju.

2.

Servizzi relatati mas-servizzi notarili u ta’ manutenzjoni ċentrali, bħal:

(a)

Servizzi relatati mar-reġistri tal-azzjonisti;

(b)

Appoġġ għall-ipproċessar ta’ azzjonijiet korporattivi, inklużi servizzi ta’ taxxa, laqgħat ġenerali u tagħrif;

(c)

Servizzi ta’ ħarġiet ġodda, inklużi l-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-kodiċijiet ISIN u kodiċijiet simili;

(d)

wassil u pproċessar tal-istruzzjonijiet u, ġbir ta’ tariffi u pproċessar u rapportar relatat.

3.

L-istabbiliment ta’ konnessjonijiet ta’ CSD, il-forniment, iż-żamma jew it-tħaddim ta’ kontijiet ta’ titoli fir-rigward tas-servizz ta’ saldu, il-ġestjoni tal-kollateral, servizzi anċillari oħrajn.

4.

Kwalunkwe servizzi oħrajn, bħal:

(a)

Il-forniment ta’ servizzi ġenerali ta’ ġestjoni ta’ kollateral bħala agent;

(b)

Il-forniment ta’ rapportar regolatorju;

(c)

Il-forniment ta’ informazzjoni, data u statistika għall-uffiċċji tas-suq/ċensiment jew għal entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħra;

(d)

Il-forniment ta’ servizzi tal-IT.

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

TAQSIMA C

Servizzi anċillari tat-tip bankarju

Servizzi tat-tip bankarju direttament relatati ma’ servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit- Taqsimiet A u B, bħal:

(a)

Il-forniment ta’ kontijiet ta’ flus kontanti lil, u l-aċċettazzjoni ta’ depożiti minn, parteċipanti f’sistema ta’ saldu tat-titoli u detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli, skont it-tifsira tal-Anness I, il-punt 1 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

Il-forniment ta’ kreditu ta’ flus kontanti għar-rimbors mhux iktar tard mill-jum ta’ xogħol segwenti, it-tislif ta’ flus kontanti għal prefinanzjament ta’ azzjonijiet korporattivi u t-tislif ta’ titoli lil detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli, skont it-tifsira tal-Anness I, il-punt 2 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

Servizzi ta’ pagament li jinvolvu l-ipproċessar ta’ flus kontanti u tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani, skont it-tifsira tal-Anness I, il-punt 4 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

Garanziji u impenji b’rabta ma’ tislif u self ta’ titoli, skont it-tifsira tal-Anness I, il-punt 6 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

Attivitajiet tat-teżor li jinvolvu l-kambju barrani u titoli trasferibbli b’rabta mal-ġestjoni ta’ bilanċi twal tal-parteċipanti, skont it-tifsira tal-Anness I, il-punti 7 (b) u (e) għad-Direttiva 2013/36/UE

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

GAR (Self u avvanzi)

—

Il-KPIs dwar is-servizzi minbarra s-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C)

—

GAR għal skoperturi barra l-karta bilanċjali (KPI FinGAR)

—

GAR għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (KPI AuM)

—

GAR għall-portafoll tan-negozjar

CCPs

Skont l-Artikolu 14(3) tal-EMIR, il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma awtorizzati li jwettqu biss attivitajiet marbuta mal-ikklerjar. L-awtorizzazzjoni tas-CCP ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jadottaw jew ikomplu japplikaw rekwiżiti addizzjonali għas-CCPs stabbiliti fit-territorju tagħhom, inklużi ċerti rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont is-CRD (l-Artikolu 14(5) tal-EMIR). Is-CCPs jistgħu jikklerjaw l-istrumenti finanzjarji tal-MiFID (titoli trasferibbli (dejn/ekwità), strumenti tas-suq monetarju, unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv, derivattivi, kwoti tal-emissjonijiet) jew strumenti finanzjarji mhux tal-MiFID (repo/self ta’ titoli/kuntratti spot/kriptoassi għajr derivattivi).

Is-CCPs jistgħu japplikaw il-KPIs għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba li jipprovdu servizzi li huma simili għal dawk ipprovduti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jiġifieri l-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet). Il-KPI applikabbli għas-servizzi tal-ikklerjar u tas-saldu jkun il-KPI fuq servizzi għajr is-self – Tariffi u Kummissjonijiet (KPI F u C). Is-CCPs jistgħu jimmultiplikaw it-tariffa riċevuta għas-servizzi tagħhom mal-KPI tal-kontroparti li tirċievi s-servizz skont it-Taqsima 1.2.3 tal-Anness V tad-DDA.

Kumpaniji tal-kiri

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jipprovdu finanzjament fil-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja (1) taħt il-liċenzja bankarja tagħhom, kif imsemmi fil-punt 3 tal-Anness I tas-CRD. Skoperturi ta’ self finanzjarju minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu vvalutati fil-KPI GAR L u A tagħhom skont l-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1 (i) tad-DDA.

Istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu finanzjament fil-forma ta’ self finanzjarju huma mħeġġa japplikaw il-KPIs għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’mod partikolari l-GAR dwar self għall-karozzi fil-livell tal-konsumatur imsemmi fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.3. (ii) tad-DDA jew il-GAR L u A msemmija fl-Anness V, it-Taqsima 1.2.1.1. (i) tad-DDA, kif xieraq, minħabba li l-attivitajiet ta’ finanzjament tagħhom huma funzjonalment simili għal dawk tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdu finanzjament fil-forma ta’ self finanzjarju.

Istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu attivitajiet ta’ lokazzjoni (operazzjonali) għal żmien qasir (eż. il-kiri ta’ tagħmir industrijali bi ħlas), għandhom japplikaw il-KPIs għal impriżi mhux finanzjarji peress li tali attivitajiet ta’ lokazzjoni mhumiex attivitajiet ta’ finanzjament.

Istituzzjonijiet ta’ pagament/istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi

L-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet jirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddivulgaw il-punt sa fejn l-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjonijiet marbut mas-servizzi tagħhom, inklużi s-servizzi ta’ pagament, huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija tal-impriżi fir-rigward tal-KPI dwar servizzi għajr is-self – Tariffi u KPI tal-Kummissjoni (KPI F u C).

Istituzzjonijiet ta’ pagament/istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jipprovdu servizzi ta’ pagament skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 (2) jew id-Direttiva 2009/110/KE (3), rispettivament, u li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu huma mħeġġa japplikaw ukoll il-KPI F u C minħabba li jipprovdu attivitajiet funzjonalment simili għal dawk ipprovduti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu (servizzi ta’ pagament).

Ċerti fornituri tal-pensjonijiet

L-impriżi finanzjarji għandhom jinkludu investimenti magħmula fil-kuntest tal-forniment ta’ prodotti tal-pensjoni personali pan-Ewropej (PEPPs), skont ir-Regolament (UE) 2019/1238 (4), fil-KPIs rispettivi tagħhom, kif ġej:

—

Istituzzjonijiet ta’ kreditu: AuM GAR;

—

Maniġers tal-assi: GAR dwar l-investimenti;

—

Impriżi ta’ investiment: GAR dwar l-investiment (negozjar akkont proprju);

—

Impriżi tal-assigurazzjoni: GAR dwar l-investimenti.

Skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 (5), l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) li huma soġġetti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari l-KPI relatat mal-investimenti msemmija fl-Anness IX, it-Taqsima 1 tad-DDA.


(*1)  Noti ta’ metodoloġija:

—

Għall-KPI F u C immultiplika t-tariffa bil-KPI tal-kontroparti li tirċievi s-servizz

(1)  Jew direttament jew permezz ta’ SPV, f’liema każ għandu jiġi applikat approċċ ta’ trasparenza.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE ( ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(3)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE ( ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) ( ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).


Appendiċi II

Eżempji tal-kalkolu tal-medja ponderata tal-KPIs fuq attivitajiet allinjati mat-Tassonomija tal-gruppi

Konglomerat finanzjarju

 

 

 

KPI għal kull segment tan-Negozju

 

Dħul

Proporzjon tad-dħul totali tal-grupp (A)

KPI bbażat fuq il-fatturat (B)

KPI bbażat fuq il-CapEx (C)

KPI bbażat fuq il-fatturat ponderat (A*B)

KPI bbażat fuq il-CapEx ponderat (A*C)

Immaniġġjar tal-assi

10

10  %

20  %

30  %

2,0  %

3,0  %

Attivitajiet bankarji

30

30  %

30  %

35  %

9,0  %

10,5  %

Ditti tal-investiment

40

40  %

13  %

25  %

5,0  %

10,0  %

Impriżi tal-assigurazzjoni

20

20  %

33  %

42  %

6,7  %

8,3  %

L-għadd totali

100

100  %

 

 

 

 

Medja ta’ KPI

 

 

 

 

22,7  %

31,8  %

Grupp imħallat

 

 

 

KPI għal kull segment tan-Negozju

 

Dħul

Proporzjon tad-dħul totali tal-grupp (A)

KPI bbażat fuq il-fatturat (B)

KPI bbażat fuq il-CapEx (C)

KPI bbażat fuq il-fatturat ponderat (A*B)

KPI bbażat fuq il-CapEx ponderat (A*C)

A.

attivitajiet finanzjarji

100

50  %

 

 

 

 

Immaniġġjar tal-assi

10

5  %

20  %

30  %

1,0  %

1,5  %

Attivitajiet bankarji

30

15  %

30  %

35  %

4,5  %

5,3  %

Ditti tal-investiment

40

20  %

13  %

25  %

2,5  %

5  %

Impriżi tal-assigurazzjoni

20

10  %

33  %

42  %

3,3  %

4,2  %

 

 

 

KPI tal-fatturat (B)

KPI tal-CapEx (C)

KPI tal-fatturat ponderat (A*B)

KPI tal-CapEx ponderat (A*C)

B.

Attivitajiet mhux finanzjarji

100

50  %

10  %

20  %

5  %

10  %

Dħul totali tal-grupp

200

100  %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KPI medju bbażat fuq il-fatturat

KPI medju bbażat fuq il-CapEx

KPI medju tal-grupp

 

 

 

 

16,3  %

25,9  %


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6691/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)