|
8.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/69 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/575
tas-6 ta’ April 2022
dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer permezz ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben minn pajjiżi terzi jew territorji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2208
(notifikata bid-dokument C(2022) 2078)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 261(1)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer (“FMD”) hija marda virali severa u kontaġjuża ħafna tal-bhejjem, li jista’ jkollha impatt ekonomiku sinifikanti fuq is-settur agrikolu, u l-potenzjal li tinfirex malajr permezz ta’ materjali tal-pjanti kkontaminati, inkluż il-ħuxlief u t-tiben. |
|
(2) |
Il-ħuxlief u t-tiben huma l-uniċi materjali tal-pjanti li għalihom ġew stabbiliti restrizzjonijiet fuq id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tagħhom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (3), li kien japplika sal-20 ta’ April 2021. B’mod partikolari, il-kunsinni ta’ ħuxlief u tiben minn pajjiżi terzi jew territorji elenkati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 biss kienu permessi jidħlu fl-Unjoni. Minħabba r-riskju li jinħoloq għat-tixrid tal-FMD permezz ta’ dawk il-materjali, huwa xieraq li dawn ir-restrizzjonijiet jibqgħu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(3) |
Il-qafas leġiżlattiv il-ġdid għas-saħħa tal-annimali, stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2016/429, u li japplika mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li jiżgura tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti preeżistenti tal-Unjoni, inklużi dawk li jikkonċernaw id-dħul fl-Unjoni ta’ materjali tal-pjanti, peress li dawn urew li huma effettivi. Għalhekk, l-għan u s-sustanza ta’ dawk ir-regoli preeżistenti jenħtieġ li jinżammu fir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, sakemm toħroġ l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li tevalwa r-riskji tas-saħħa tal-annimali bl-introduzzjoni fl-Unjoni tal-FMD u mard ieħor tal-kategorija A kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (4) permezz tal-kunsinni ta’ ħuxlief u tiben minn pajjiżi terzi jew territorji. |
|
(4) |
Għalhekk huwa meħtieġ li f’din id-Deċiżjoni tiġi stabbilita lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben. Jenħtieġ li tali lista tqis il-lista fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004, u l-lista, fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (5), ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ungulati minħabba s-sitwazzjoni favorevoli tagħhom tas-saħħa tal-annimali fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-FMD. Sabiex ma jkun hemm l-ebda tfixkil għall-kummerċ u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jkun hemm ukoll lista separata ta’ pajjiżi terzi jew territorji li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tiben f’forma ta’ gerbuba maħsub għall-kombustjoni f’impjant. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat il-kuntatt ta’ kunsinni ta’ tiben f’forma ta’ gerbuba maħsub għall-kombustjoni ma’ annimali suxxettibbli għall-FMD, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll miżuri stretti ta’ mitigazzjoni tar-riskju għat-twassil ta’ kunsinni bħal dawn fl-impjant tad-destinazzjoni fl-Unjoni. Jenħtieġ li jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura doganali speċjali prevista fl-Artikolu 210(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u t-trasport tagħhom jenħtieġ li jkun immonitorjat, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 (7), permezz tas-sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) prevista fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625, u jenħtieġ li mad-dħul fl-Unjoni jitwasslu direttament mill-post ta’ kontrolli fuq il-fruntiera sal-impjant tad-destinazzjoni fl-Unjoni fejn ikunu se jiġu maħruqa. |
|
(6) |
Il-kodiċijiet NM għall-ħuxlief u t-tiben huma stabbiliti fil-Kapitolu 12 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 (8), u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu f’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2208 (9) li bħalissa jawtorizza l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben mill-Gran Brittanja u mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jitħassar, u jenħtieġ li dawn jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben minn pajjiżi terzi u territorji.
Artikolu 2
Rekwiżiti għad-dħul ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben fl-Unjoni
1. Kunsinni ta’ tiben (kodiċi NM Ex12130000) kif imsemmi fil-Kapitolu 12 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632, jew ħuxlief (kodiċi NM: Ex12 14 90) kif imsemmi fil-Kapitolu 12 ta’ dak l-Anness, għandhom ikunu permessi jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-kunsinni joriġinaw minn pajjiżi terzi jew territorji elenkati fil-Parti 1 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kunsinni tat-tiben f’forma ta’ gerbuba maħsuba għall-kombustjoni f’impjant għandhom ikunu permessi jidħlu fl-Unjoni dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu joriġinaw minn pajjiżi terzi jew territorji elenkati fil-Parti 2 tal-Anness; |
|
(b) |
mad-dħul fl-Unjoni, jitqiegħdu taħt il-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 210(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; it-trasport tagħhom jiġi mmonitorjat, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2019/1666, permezz tas-sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) prevista fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625; u jitwasslu direttament mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni għall-impjant ta’ destinazzjoni fl-Unjoni, fejn ikunu se jinħarqu. |
Artikolu 3
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2208 jitħassar.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 tal-24 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasport u l-wasla ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 255, 4.10.2019, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632 tat-13 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom, prodotti komposti, u ħuxlief u tiben soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 24).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2208 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jinkludi lir-Renju Unit bħala pajjiż terz awtorizzat għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 21).
ANNESS
Parti 1 - Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħuxlief u tiben, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)
|
Kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew territorju |
Isem tal-pajjiż terz jew territorju |
||
|
AU |
L-Awstralja |
||
|
CA |
Il-Kanada |
||
|
CH |
L-Iżvizzera |
||
|
CL |
Iċ-Ċilì |
||
|
GB |
Ir-Renju Unit (1) |
||
|
GG |
Guernsey |
||
|
GL |
Greenland |
||
|
IM |
Isle of Man |
||
|
IS |
L-Iżlanda |
||
|
JE |
Jersey |
||
|
NZ |
New Zealand |
||
|
RS |
Is-Serbja (2) |
||
|
US |
L-Istati Uniti |
||
|
|||
Parti 2 - Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tiben f’forma ta’ gerbuba, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)
|
Kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew territorju |
Isem tal-pajjiż terz jew territorju |
|
UA |
L-Ukrajna |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(2) Għall-fini tal-miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 1, meta ssir referenza għas-Serbja f’dan l-Anness, it-territorju tal-Kosovo* mhuwiex inkluż.