|
9.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1440
tat-8 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jeżiġi li kull Stat Membru jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti biex jeżerċitaw il-kariga ta' operatur tat-trasport bit-triq. |
|
(2) |
L-Artikolu 16(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jeżiġi li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sal-31 ta' Diċembru 2012, filwaqt li jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tadotta regoli komuni li jikkonċernaw din l-interkonnessjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (2) biex tkun tista' ssir l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali mitluba mir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, permezz tas-sistema tal-iskambju tal-messaġġi elettroniċi msejħa l-ERRU (ir-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq). |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 tħassar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 (3) biex tiġi stabbilita verżjoni mtejba tal-ERRU sat-30 ta' Jannar 2019. |
|
(5) |
L-ERRU fih żewġ strutturi paralleli għall-iskambju tal-messaġġi bejn l-Istati Membri. L-ewwel struttura hi msejsa fuq sistema ċentrali mmexxija mill-Kummissjoni. Din is-sistema ċentrali tgħaqqad id-dejta tat-traffiku billi tiġbor il-messaġġi mibgħuta mill-Istati Membri u sussegwentement tibgħathom lill-Istati Membri li għalihom ikunu indirizzati l-messaġġi. Inkella l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw netwerk kummerċjali kompatibbli biex jiskambjaw il-messaġġi direttament bejniethom (konfigurazzjoni bejn il-pari), mingħajr ma dawn il-messaġġi jgħaddu mis-sistema ċentrali. |
|
(6) |
Peress li messaġġi skambjati direttament bejn l-Istati Membri ma jiġux direzzjonati mis-sistema ċentrali, in-nuqqasijiet eventwali fis-sistema b'rabta ma' dawk il-messaġġi jgħaddu mingħajr ma l-Kummissjoni tinduna bihom; għalhekk il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tissodisfa r-rwol tagħha bħala meniġer ġenerali tal-ERRU billi tieħu l-azzjoni korrettiva korrispondenti, u minħabba f'hekk jixxekkel it-tħaddim tajjeb tas-sistema kollha kemm hi. |
|
(7) |
Bil-konfigurazzjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni ma jistax ikollha aċċess f'waqtu għall-informazzjoni dwar il-volum u l-karatteristiċi tal-messaġġi skambjati; għalhekk mhux possibbli li l-Kummissjoni jkollha stampa ġenerali dwar l-użu tal-ERRU, informazzjoni tant siewja għat-titjib futur tas-sistema. |
|
(8) |
Il-problemi mġarrba bil-konfigurazzjoni bejn il-pari jnisslu l-ħtieġa li jkun żgurat li l-messaġġi kollha skambjati fil-qafas tal-ERRU jiġu direzzjonati mis-sistema ċentrali, u b'hekk titneħħa din il-possibbiltà mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480. |
|
(9) |
Minbarra dan, għandhom isiru xi żidiet jew bidliet żgħar fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 biex jindirizzaw dawn l-aspetti li ġejjin b'mod aktar preċiż u aktar ċar: il-proċedura għall-konnessjoni mal-ERRU, it-testijiet li jridu jsiru u l-konsegwenzi jekk ifallu, il-kontenut ta' xi messaġġi XML, id-definizzjoni tal-proċedura tal-eskalazzjoni li għandhom isegwu l-Istati Membri f'każ ta' errors fis-sistema, u għal kemm żmien id-dejta personali tista' tinżamm fir-reġistri tas-sistema ċentrali. Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma adottati skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480, jiżdied dan il-paragrafu li ġej:
“Il-konnessjoni mal-ERRU ta' Stat Membru għandha titqies li tkun ġiet stabbilita meta jitlestew it-testijiet tal-konnessjoni, tal-integrazzjoni u tal-prestazzjoni skont l-istruzzjonijiet u bis-sorveljanza tal-Kummissjoni. It-tul massimu ta' dawn it-testijiet għandu jkun sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri f'każ ta' falliment tat-testijiet imsemmija hawn fuq. Jekk dawk il-miżuri ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni tista' tirtira l-appoġġ tal-ittestjar sakemm l-Istat Membru jagħti prova li jkun sar progress biżżejjed fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-konnessjoni mal-ERRU”;
Artikolu 2
L-Annessi I, III, VI, VII, u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 għandhom jiġu emendati b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 tas-16 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport (ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta' April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 4).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
L-Annessi I, III, VI, VII u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/480 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, l-Appendiċi hu emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
Fl-Anness VI, fl-aħħar tal-punt 2.2, tiżdied din is-sentenza ġejja: “Meta jintalbu, il-Kummissjoni għandha tingħata dettalji dwar din il-proċedura tal-eskalazzjoni”; |
|
(4) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness VIII, il-punt 2.4 jinbidel b'dan li ġej:
|