|
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/833
tal-24 ta’ Mejju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ April 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2022/16) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2017, Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023. |
|
(3) |
Il-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2), u Národná banka Slovenska estenda l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. għas-sena finanzjarja 2021. |
|
(4) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 (3). Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022. |
|
(5) |
Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. sas-snin finanzjarji 2022 u 2023. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o. |
|
(6) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Audit s.r.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2022 u 2023. |
|
(7) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (4) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“16. Deloitte Audit s.r.o. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2022 u 2023.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 160, 13.4.2022, p. 9.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 tal-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tan-Národná banka Slovenska (ĠU L 255, 16.7.2021, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).