<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-762/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0762</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:22">EU:C:2021:22</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑762/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">CV-Online Latvia</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonjiet tal‑Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑762/19</HT></P><P>SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CV‑Online Latvia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P><P>vs</P><P>SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Melons<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Ċivili, il-Latvja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġuridika tad-databases</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Dritt <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tal-produtturi ta’ databases</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni għat-terzi kollha li ssir <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-produttur, tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tad-database</KEYWORD><KEYWORD>Database disponibbli fuq sit internet</KEYWORD><KEYWORD>Wiri mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija ta’ link ipertest li jirreferik lejn dan is-sit u meta tags li jinkludu informazzjoni li tinsab fid-database</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-familja tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> ta’ protezzjoni tad-databases huwa fost l-iktar reċenti. L-istabbiliment tiegħu huwa dovut għad-diġitalizzazzjoni u l-wasla tal-internet. Fil-fatt, iż-żieda esponenzjali tal-kwantità ta’ informazzjoni aċċessibbli grazzi għad-diġitalizzazzjoni rrendiet partikolarment utli, u għalhekk ekonomikament vantaġġuża, l-organizzazzjoni ta’ din l-informazzjoni f’databases li jistgħu jiġu kkonsultati online. Fl-istess waqt, fl-ambjent diġitali, huwa partikolarment faċli li ssir kopja ta’ kwalità perfetta tad-data ta’ database bi spiża negliġibbli u li jsiru għalhekk profitti indebiti mill-isforz ta’ ħaddieħor. Għalhekk ġie stabbilit mekkaniżmu ta’ protezzjoni fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ċertament, id-databases jistgħu, fid-dritt tal-Istati Membri, jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur. Madankollu, din il-protezzjoni normalment teħtieġ ċertu livell ta’ oriġinalità fl-għażla jew fl-arranġament tad-data. Issa, sabiex database tkun utli, hija għandha, sa fejn huwa possibbli, tkun eżawrjenti u d-data għandha tkun irranġata skont ordni rilevanti għat-tip ta’ data kkonċernata, jiġifieri alfabetikament, kronoloġikament jew mod ieħor, sabiex tippermetti li d-data mfittxija tinstab faċilment, għaliex din hija l-ewwel funzjoni ta’ database. Konsegwentement, fil-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet, la l-għażla tal-materjali ta’ database u lanqas id-dispożizzjoni tagħhom ma jistgħu jkunu oriġinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara b’mod partikolari, Derclaye, E., <HT TYPE="ITALIC">The Legal Protection of Databases : A Comparative Analysis</HT>, Edward Elgar Publishing, Cheltenham, 2008, p. 44 sa 47.</P></NOTE>. Barra minn hekk, minkejja li l-istruttura ta’ database tista’ tibbenefika mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, dan ma jistax ikun il-każ għall-kontenut tagħha, sa fejn dan ma jkunx oriġinali fih innifsu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Minn din il-ħtieġa ta’ protezzjoni minbarra dik tad-drittijiet tal-awtur biss tnissel, fid-dritt tal-Unjoni, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> ta’ protezzjoni tad-databases. Sikwit assimilat ma’ dritt relatat mad-drittijiet tal-awtur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara Derclaye, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 53 u 54.</P></NOTE>, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> huwa intiż li jipproteġi l-investiment tal-produttur ta’ database fil-kisba, fil-verifika u fil-preżentazzjoni ta’ din id-data. Peress li jinsab bejn id-dritt tal-proprjetà intellettwali u d-dritt tal-kompetizzjoni żleali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara Derclaye, E., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 53.</P></NOTE>, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> jeħtieġ ibbilanċjar prudenti bejn, minn naħa, l-interessi leġittimi tal-produtturi tad-databases fil-protezzjoni tal-possibbiltajiet li jagħmlu tajjeb għall-investiment tagħhom, u min-naħa l-oħra, l-interess tal-utenti u tal-kompetituri ta’ dawn il-produtturi fl-aċċess għall-informazzjoni mhux ipproċessata u fil-possibbiltà ta’ ħolqien ta’ prodotti innovattivi abbażi ta’ din l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din il-kawża, li tirrigwarda tali bbilanċjar, hija bejn produttur ta’ database, f’dan il-każ ta’ offerti ta’ impjieg, u aggregatur tal-kontenut fuq l-internet li jippermetti li dawn l-offerti jiġu kkonsultati fuq siti internet differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-punt 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. B’mod partikolari, il-kwistjoni ser tirrigwarda dwar jekk is-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>metamuturi ta’ tfittxija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Innoweb</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:850">EU:C:2013:850</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sentenza Innoweb<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE> hijiex trasponibbli f’dan il-każ. Din il-kawża tagħti wkoll l-okkażjoni li din is-soluzzjoni tiġi żviluppata u rfinuta fid-dawl tar-regoli ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kompetizzjoni żleali u l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija dwar il-protezzjoni legali ta’ databases ta’ kull xorta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finiijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>database<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kollezzjoni ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew materjali oħra irranġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwalment b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħra.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, li jinsab fil-Kapitolu III tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jipprovdu għal dritt għal min jagħmel database li juri li jkun sar investiment sostanzjali kwalitattiv u/jew kwantitattiv fil-kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut biex ma titħalliex li ssir estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tiegħu kollu jew parti sostanzjali minn, valutat b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv, tal-kontenut ta’ dik id-database.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser it-trasferiment permanenti jew temporanju tal-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database lil apparat ieħor b’kull mezz jew f’kull forma;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser kull mod li jagħmel disponibbli lill-pubbliku il-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database permezz tad-distribuzzjoni ta’ kopji, kiri, trasmissjoni on-line jew modi oħra ta’ trasmissjoni. L-ewwel bejgħ [fl-Unjoni] ta’ kopja tad-database mit-titulari tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxi d-dritt li jkun hemm kontroll tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dik il-kopja [fl-Unjoni].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid ta’ sikwit u sistematika ta’ partijiet żgħar tal-kontenut tad-database li jġibu magħhom atti kuntrarji għall-użu normali ta’ dik id-database jew li jagħmlu ħsara irraġonevoli lill-interessi leġittimi ta’ min ikun għamel id-database m’għandhomx jitħallew isiru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Finalment, skont l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Din id-Direttiva hi bla ħsara partikolarment għad-dispożizzjonijiet [...] dwar prattiċi ristrettivi u kompetizzjoni inġusta [...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/9 dwar id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> kienu trasposti fid-dritt Latvjan fl-Artikoli 57 sa 62 tal-Autortiesību likums (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur), tas‑<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Latvijas Vēstnesis, 2000, Nru 148/150.</P></NOTE>, kif emendata bil-Liġi tat‑<DATE ISO="20040422">22 ta’ April 2004</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Latvijas Vēstnesis, 2004, Nru 69.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>SIA CV‑Online Latvia (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>CV‑Online<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Latvjan, topera s-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan is-sit jinkludi database, żviluppata u regolarment aġġornata minn CV‑Online, li tinkludi avviżi ta’ impjieg ippubblikati mill-persuni li jimpjegaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fih meta tags, tat-tip <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>mikrodata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (<HT TYPE="ITALIC">microdata</HT>), skont vokabularju stabbilit minn Schema.org, konsorzju ta’ erba’ magni ta’ tfittxija fuq l-internet ewlenin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Bing, Google, Yahoo u Yandex.</P></NOTE>. Dawn it-tags ma humiex viżibbli waqt il-ftuħ tal-paġna internet ta’ CV‑Online. Huma jippermettu lill-muturi ta’ tfittxija fuq l-internet jidentifikaw aħjar il-kontenut ta’ kull paġna sabiex jindiċjawh b’mod korrett. Dan huwa importanti sabiex il-paġna titpoġġa fir-riżultati ta’ tfittxija magħmula permezz ta’ mutur ta’ tfittxija. Fil-każ tas-sit internet ta’ CV‑Online, dawn il-meta tags jinkludu, għal kull avviż ta’ impjieg vakanti li jinsab fid-database, il-kliem ewlieni li ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>denominazzjoni tal-pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>isem tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>post tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>SIA Melons, kumpannija rregolata mid-dritt Latvjan ukoll, topera s-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>KurDarbs.lv<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li huwa mutur ta’ tfittxija speċjalizzat fl-avviżi ta’ impjieg. Dan il-mutur jippermetti tfittxija fuq diversi siti internet li jinkludu avviżi ta’ impjieg, skont kriterji differenti, fosthom it-tip tal-pożizzjoni u l-post tax-xogħol. Permezz ta’ links ipertest, is-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>KurDarbs.lv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jirreferi lill-utenti lejn is-siti internet fejn l-informazzjoni mfittxija tkun ġiet ippubblikata inizjalment, fosthom is-sit ta’ CV‑Online. Il-meta tags imdaħħla minn CV‑Online fil-programmazzjoni tas-sit internet tagħha huma murija wkoll fil-lista ta’ riżultati miksuba waqt l-użu tal-mutur ta’ tfittxija ta’ Melons.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Peress li qieset li jeżisti ksur tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> tagħha, CV‑Online ressqet azzjoni ġudizzjarja kontra Melons. Hija ssostni li Melons twettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tad-database ppreżentata fuq is-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Il-qorti tal-ewwel istanza kkonstatat ksur tad-dritt inkwistjoni, għar-raġuni li jeżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tad-database.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Melons appellat mis-sentenza tal-ewwel istanza quddiem il-qorti tar-rinviju. Hija ssostni li s-sit internet tagħha ma jiżgurax trażmissjoni online, jiġifieri ma jiffunzjonax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>f’ħin reali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Barra minn hekk, hija targumenta li għandha ssir distinzjoni bejn is-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u d-database li dan jinkludi. F’dan ir-rigward hija tenfasizza li huma l-meta tags użati minn CV‑Online li juru informazzjoni dwar l-offerti ta’ impjieg fir-riżultati miksuba permezz tal-mutur ta’ tfittxija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>KurDarbs.lv<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Madankollu, dawn il-meta tags ma humiex parti mid-database.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Ċivili, il-Latvja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1)</NO.P><TXT>L-attività tal-konvenuta li hija li twassal lill-utent aħħari permezz ta’ ħolqa ta’ hypertext lejn is-sit internet tar-rikorrenti, fejn database dwar offerti ta’ impjieg tista’ tiġi kkonsultata, għandha tinftiehem fis-sens li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> li tinsab fl-Artikolu 7(2)(b) tad-[Direttiva 96/9], jiġifieri, l-użu mill-ġdid ta’ database permezz ta’ trażmissjoni f’forom oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-informazzjoni li fiha l-meta tags murija mill-mutur ta’ tfittxija tal-konvenuta għandha tiġi interpretata fis-sens li tidħol fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> li tinsab fl-Artikolu 7(2)(a) tad-[Direttiva 96/9], jiġifieri li dan jikkonsisti fit-trasferiment permanenti jew temporanju tal-kontenut kollu jew parti sostanzjali minnu ta’ database lil apparat ieħor b’kull mezz jew f’kull forma?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>. Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-partijiet fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Latvjan kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess persuni kkonċernati kienu rrappreżentati waqt is-seduta li nżammet fit‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel żewġ domandi preliminari li jirrigwardaw kemm l-estrazzjoni kif ukoll l-użu mill-ġdid eventwali tad-database ta’ CV‑Online minn Melons. Madankollu, nibża’ li dawn id-domandi, kif ifformulati, jħallu barra l-problemi ġuridiċi reali marbuta mal-użu magħmul minn Melons tad-database ta’ CV‑Online kif ukoll mar-rifjut ta’ din tal-aħħar li tittollera dan l-użu. Għalhekk, fil-fehma tiegħi, id-domandi għandhom jiġu rriformulati sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija bbażata fuq il-premessa li teżisti database protetta mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, iggarantit mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 96/9, mingħajr madankollu ma tissemma xi konstatazzjoni min-naħa tal-qrati nazzjonali f’dan ir-rigward. Issa, analiżi tal-kundizzjonijiet għal din il-protezzjoni fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ tista’ tkun utli għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ eventwali ksur tad-drittijiet mogħtija minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ database protetta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 jiddefinixxi d-database bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>kollezzjoni ta’ xogħlijiet [...], data jew materjali [indipendenti] oħra irranġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwalment b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħra<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>materjali indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għandhom ifissru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>materjali li jistgħu jkunu separati minn xulxin mingħajr ma jkun affetwat il-kontenut informattiv, litterarju, artistiku, mużikali jew kontenut ieħor tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, dawn il-materjali għandu jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>valur informattiv awtonomu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, database għandha tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>mezzi tekniċi bħal proċessi elettroniċi, elettromanjetiċi jew elettro-ottiċi, [...] jew mezzi oħra, [...] li jippermettu l-irkupru ta’ kull materjal indipendenti li jkun jinsab fil-kollezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, materjal utli ta’ database huwa materjal li jista’ jiġi rkuprat u jkun aċċessibbli minn din id-database, li għandu valur informattiv awtonomu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-protezzjoni ta’ database mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, din tapplika biss, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9, bil-kundizzjoni li l-kisba, l-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontenut ta’ din id-database juru investiment sostanzjali mill-perspettiva kwalitattiva u kwantitattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-fatt li l-protezzjoni ta’ database hija suġġetta għall-eżistenza ta’ investiment sostanzjali jiddistingwi d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 minn ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur li l-għan prinċipali tagħhom huwa wkoll l-ippremjar ta’ investiment, iżda li ma jinvolvux kundizzjoni simili (bħad-dritt tal-produtturi ta’ fonogrammi inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:624">EU:C:2019:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, l-iskop tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> huwa li jipproteġi l-investiment tal-produttur tad-database fil-ħolqien tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-premessi 39 sa 42 tad-Direttiva 96/9.</P></NOTE>. Peress li hija kwistjoni fattwali, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw jekk id-database li għaliha hija mitluba l-protezzjoni, tinvolvix tali investiment. Madankollu, din l-evalwazzjoni hija importanti mill-perspettiva tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 96/9 u tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jittrasponuha, għaliex l-eventwali ksur tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> stabbilit minn din id-direttiva għandu jiġi analizzat mhux fid-dawl tad-database b’mod astratt iżda fid-dawl ta’ dan l-investiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:695">EU:C:2004:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm id-Direttiva 96/9 ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>investiment sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja tat ċerti elementi ta’ din id-definizzjoni. Fil-fatt, hija ddeċidiet li l-investiment fil-kisba tal-kontenut ta’ database jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>mezzi użati fir-riċerka ta’ materjal eżistenti u għall-ġabra tiegħu fl-imsemmija database , bl-esklużjoni tar-riżorsi użati fil-ħolqien stess ta’ materjal<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:696">EU:C:2004:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-investiment fil-verifika ta’ tali kontenut jikkonsisti fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>mezzi użati matul il-ħolqien tad-database kif ukoll matul il-perijodu ta’ operazzjoni tagħha għall-kontroll ta’ l-eżattezza tal-materjal riċerkat sabiex ikun assigurat li l-informazzjoni inkluża fl-imsemmija database tkun informazzjoni li ta’ min joqgħod fuqha<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:696">EU:C:2004:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jinkludi neċessarjament l-aġġornament tad-database u l-eliminazzjoni ta’ materjal li ma għadux rilevanti. Finalment, l-investiment fil-preżentazzjoni tal-kontenut tad-database jinkludi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mezzi intiżi sabiex jikkonferixxu lil din id-database l-funzjoni tagħha ta’ pproċessar ta’ l-informazzjoni, jiġifieri dawk użati għall-arranġament sistematiku jew metodiku tal-materjal li jinsab f’din id-database kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ l-aċċessibbiltà individwali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:696">EU:C:2004:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din l-aħħar kategorija tinkludi għalhekk l-investiment f’dispożittiv ta’ tfittxija, jekk id-database jkollha dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-database ta’ CV‑Online, jidher li l-materjali indipendenti li jifformaw il-kontenut tagħha huma l-offerti ta’ impjieg. Fil-fatt, kull offerta ta’ impjieg tikkostitwixxi unità ta’ informazzjoni li, minn naħa, għandha valur informattiv awtonomu, u li min-naħa l-oħra, hija separabbli mill-offerti ta’ impjieg l-oħra inklużi f’din id-database. Barra minn hekk, kull offerta ta’ impjieg fid-database ta’ CV‑Online hija individwalment aċċessibbli grazzi għall-formola ta’ tfittxija inkluża f’din id-database.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dawn il-materjali ma humiex maħluqa minn CV‑Online iżda jiġu pprovduti lilha mill-persuni li jimpjegaw. Din il-kumpannija tiżgura wkoll, sa ċertu punt, il-verifika ta’ dawn il-materjali, kif ukoll il-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari billi tipprovdi formola ta’ tfittxija fuq is-sit internet tagħha. Minkejja li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk CV‑Online tistax turi investiment sostanzjali fil-ħolqien tad-database tagħha, mal-ewwel daqqa t’għajn, xejn ma jippermetti l-kontestazzjoni tal-premessa li dan huwa effettivament il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kontenut tad-domandi preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk il-fatt li l-utent jiġi rreferit, permezz ta’ link ipertest, lejn sit internet fejn il-kontenut ta’ database li jirrigwarda offerti ta’ impjieg jista’ jiġi kkonsultat, jaqax taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li tinsab fl-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 96/9.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Anki jekk jitqies li dan ma huwiex xi riferiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>lejn database<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, iżda riferiment lejn materjali individwali ta’ din id-database, f’dan il-każ, l-offerti ta’ impjieg, jidhirli li l-problema reali li tqajjem din id-domanda ma tinstabx fil-links ipertest fihom innifishom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-links ipertest, fosthom id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>deep links<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, ma jikkostitwixxux ksur tad-dritt tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku taħt is-sistema tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jiena ma narax raġuni għaliex dawn il-links jikkostitwixxu ksur tad-dritt ta’ użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ database aċċessibbli fuq l-internet, peress li dan l-użu mill-ġdid huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kull mod li jagħmel disponibbli lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> dan il-kontenut.</P></NOTE>, iżda fil-mod kif jintgħażlu l-offerti ta’ impjieg li għalihom jirreferu dawn il-links.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Issa, din l-għażla sseħħ bil-għajnuna tal-mutur ta’ tfittxija speċjalizzat fl-offerti ta’ impjieg ipprovdut minn Melons. Dan il-mutur ta’ tfittxija jirriproduċi u jindiċja s-siti li jinkludu offerti ta’ impjieg, bħas-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, u jippermetti imbagħad li jsiru tfittxijiet fil-kontenuti indiċjati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Skont id-deskrizzjoni tal-funzjonament ta’ dan il-mutur ta’ tfittxija mogħtija waqt is-seduta minn CV‑Online u mhux ikkontestata minn Melons.</P></NOTE> skont kriterji bħan-natura tal-impjieg u l-post tax-xogħol, li huma l-iktar żewġ kriterji importanti fit-tfittxija ta’ impjieg. Għalhekk, dan huwa mutur ta’ tfittxija speċjalizzat fit-tfittxija ta’ databases aċċessibbli fuq l-internet, f’dan il-każ databases ta’ offerti ta’ impjieg. Muturi ta’ tfittxija bħal dawn huma ħafna drabi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>aggregaturi ta’ kontenuti<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Hija l-klassifikazzjoni, mill-perspettiva tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, tar-riżultati li jistgħu jinkisbu mill-utenti grazzi għal dan il-mutur ta’ tfittxija li tikkostitwixxi l-punt ta’ liġi rilevanti sabiex tingħata risposta utli lill-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-informazzjoni li toriġina mill-meta tags ta’ sit internet li jinkludi database murija mill-mutur ta’ tfittxija fuq l-internet ipprovdut minn terz għandhiex tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> li tinsab fl-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 96/9.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar jekk ir-riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ meta tags ta’ sit internet li jinkludi database jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> tal-kontenut ta’ din id-database fis-sens tal-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 96/9, hija ċertament interessanti fiha nnifisha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>F’dan ir-rigward, jistgħu jinstabu ċerti indikazzjonijiet fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, hija ddeċidiet li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>estrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, ma jistgħux ikunu limitati għall-każijiet ta’ estrazzjoni u ta’ użu mill-ġdid imwettqa direttament mid-database oriġinali u lanqas jeżiġu aċċess dirett għal din id-database (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:695">EU:C:2004:695</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Jidhirli li dan iwieġeb għall-argument prinċipali ta’ Melons, li l-meta tags li fih is-sit internet ta’ CV‑Online ma jikkostitwixxux parti mid-database tagħha. Madankollu, għad irid jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni inkluża f’dawn it-tags tikkostitwixxix parti sostanzjali tal-kontenut ta’ din id-database.</P></NOTE>. Madankollu, jidhirli li din it-tieni domanda, bħall-ewwel waħda, tqajjem problema iktar ġenerali, jiġifieri, għal darba oħra, dik dwar l-evalwazzjoni tal-funzjonament ta’ mutur ta’ tfittxija speċjalizzat mill-perspettiva tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, nipproponi li ż-żewġ domandi preliminari jiġu analizzati flimkien, billi jinftiehmu fis-sens li jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 96/9 il-produttur ta’ database liberament aċċessibbli fuq l-internet għandux id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ din id-database minn mutur ta’ tfittxija fuq l-internet speċjalizzat fit-tfittxija tal-kontenuti ta’ databases (aggregatur ta’ kontenut).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 96/9</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-problema titressaq bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet jippermetti li tidher is-similarità bejn din il-kawża u l-kawża li tat lok għas-sentenza Innoweb, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni, mill-perspettiva tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst mid-Direttiva 96/9, ta’ metamutur ta’ tfittxija li jippermetti li jsiru tfittxijiet f’databases ta’ ħaddieħor. Għalhekk, il-kwistjoni hija dwar jekk – u sa fejn – is-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża hijiex trasponibbli għal dan il-każ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kawża Innoweb</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-kawża li tat lok għas-sentenza Innoweb kienet tirrigwarda mutur ta’ tfittxija speċjalizzat fir-reklami ta’ bejgħ ta’ vetturi użati. Dan il-mutur ta’ tfittxija, disponibbli fuq l-internet, kien jippermetti li jsiru tfittxijiet fuq siti internet ta’ reklami ta’ vetturi kklassifikati bħala databases protetti mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst mid-Direttiva 96/9, permezz tal-użu ta’ formola ta’ tfittxija tal-imsemmija siti internet stess, u għalhekk huwa msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>metamutur ta’ tfittxija<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Dan il-metamutur ta’ tfittxija kien jittraduċi t-talbiet tal-utenti b’mod li dawn isiru jinftiehmu mill-formoli ta’ tfittxija tas-siti internet li jinkludu reklami ta’ vetturi, u b’hekk jippermetti lill-utenti jwettqu tfittxija fuq diversi siti simultanjament, bejn wieħed u ieħor abbażi tal-istess kriterji bħal dawk użati minn dawn is-siti, jiġifieri l-karatteristiċi rilevanti tal-vetturi użati. Ir-riżultati ta’ tfittxija tal-metamutur kienu jinkludu r-reklami disponibbli skont il-kriterji magħżula, b’mod partikolari, b’links ipertest lejn siti internet li fuqhom ikunu tqiegħdu dawn ir-reklami<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza Innoweb, punti 9 sa 11, kif ukoll 25 u 26.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċedura prinċipali f’din il-kawża, l-operatur ta’ metamutur ta’ tfittxija kien wettaq użu mill-ġdid, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9, tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ database mwettaq permezz tas-sit internet li fih dan il-metamutur kien jippermetti li jsiru tfittxijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Innoweb, dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, b’mod partikolari, li metamutur ta’ tfittxija, billi jippermetti li tiġi esplorata d-data kollha li tidher f’database protetta, kien jipprovdi lill-utenti tiegħu, li għandhom jiġu kklassifikati bħala pubbliku, aċċess għal kontenut kollu ta’ din id-database b’mezz ieħor differenti minn dak previst mill-produttur tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza Innoweb, punti 40 u 51.</P></NOTE>. Għalhekk dan il-metamutur ta’ tfittxija jixbah lil prodott kompetitur parassitiku previst mill-premessa 42 tad-Direttiva 96/9, għaliex huwa simili għal database mingħajr, madankollu, ma jkollu data huwa stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza Innoweb, punt 48.</P></NOTE>. Għalhekk, l-operatur ta’ metamutur ta’ tfittxija wettaq intenzjonalment l-użu mill-ġdid ta’ parti sostanzjali, jew saħansitra tat-totalità, tal-kontenut tad-database li fiha dan il-metamutur wettaq tfittxijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza Innoweb, punti 52 u 53.</P></NOTE>. Barra minn hekk, ma kienx importanti li, sabiex jaċċedu għall-informazzjoni kollha dwar offerta ta’ bejgħ ta’ karozza użata, kien neċessarju li jsegwu l-link lejn d-database ta’ oriġini ta’ dan ir-reklam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Innoweb, punti 44 u 45.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal din il-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Mutur ta’ tfittxija speċjalizzat bħal dak ipprovdut minn Melons għandu funzjonament differenti minn dak ta’ metamutur ta’ tfittxija. Fil-fatt, huwa ma jużax il-formoli ta’ tfittxija tas-siti internet li fuqhom jippermetti li ssir it-tfittxija u lanqas jittraduċi f’ħin reali t-talbiet tal-utenti tiegħu fi kriterji użati minn dawn il-formoli. Minflok, huwa jindiċja regolarment dawn is-siti u jżomm kopja fuq is-servers tiegħu stess. Imbagħad, grazzi għall-formola ta’ tfittxija tiegħu, huwa jippermetti lill-utenti jwettqu tfittxijiet skont il-kriterji li huwa jipproponi, u din it-tfittxija ssir fost id-data li tkun ġiet indiċjata. Għalhekk, il-mutur ta’ tfittxija ta’ Melons jaħdem b’mod simili għall-muturi ta’ tfittxija fuq l-internet ġenerali, bħal Google. Id-differenza hija li għalkemm il-muturi ta’ tfittxija ġenerali jfittxu bħala prinċipju fil-World Wide Web kollu, billi jgħaddu minn paġna tal-internet għall-oħra permezz ta’ links ipertest li jinsabu f’dawn il-paġni, mutur ta’ tfittxija speċjalizzat huwa pprogrammat sabiex jindiċja biss is-siti tal-internet tal-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu, f’dan il-każ is-siti li jinkludu offerti ta’ impjieg. Barra minn hekk, il-metodu ta’ indiċjar u l-formola ta’ tfittxija tiegħu huma ottimizzati sabiex jippermettu tfittxijiet u l-għażla tar-riżultati skont il-kriterji rilevanti mill-perspettiva tal-persuni li qed ifittxu impjieg, b’mod partikolari t-tip tal-pożizzjoni u l-post tax-xogħol. Għalhekk, mutur ta’ tfittxija bħal dan juża b’mod intenzjonat is-siti internet partikolari, bħal dak ta’ CV‑Online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Issa, fis-sentenza Innoweb, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat il-karatteristiċi ta’ metamutur ta’ tfittxija li l-funzjonament tiegħu huwa kklassifikat bħala użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ databases li fihom dan il-mutur jippermetti li ssir tfittxija. Dawn il-karatteristiċi huma l-provvista ta’ formola ta’ tfittxija li toffri, essenzjalment, l-istess karatteristiċi bħall-formoli ta’ tfittxija tad-databases użati mill-ġdid, it-traduzzjoni f’ħin reali tat-talbiet u l-preżentazzjoni tar-riżultati f’ordni bbażat fuq kriterji komparabbli għal dawk użati minn dawn id-databases, bil-ġbir tad-duplikati misjuba f’diversi databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza Innoweb, dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, naħseb li din is-sentenza tista’ tiġi interpretata bil-kontra, fis-sens li kull servizz ieħor ipprovdut fuq l-internet ma jagħmilx użu mill-ġdid ta’ database sempliċement għaliex ma għandux l-istess karatteristiċi. Il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex tagħti risposta preċiża lill-qorti tar-rinviju. Il-konklużjoni li għaliha waslet il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex madankollu bbażata fuq id-dettalji tal-funzjonament tal-metamutur ta’ tfittxija inkwistjoni f’dak il-każ, iżda fuq il-fatt li dan kien jippermetti li jiġi esplorat, b’mod mhux previst mill-produttur tad-database inkwistjoni, il-kontenut kollu ta’ din id-database, u għalhekk qiegħed dan il-kontenut għad-dispożizzjoni tal-utenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-informazzjoni fit-talba għal deċiżjoni preliminari u fl-osservazzjonijiet tal-partijiet, l-istess kapaċità ta’ esplorazzjoni tal-kontenut kollu ta’ database (jew, b’mod iktar preċiż, ta’ diversi databases f’daqqa) hija offruta minn mutur ta’ tfittxija speċjalizzat, bħal dak ta’ Melons. Dan il-mutur ta’ tfittxija jippermetti li jsiru tfittxijiet fuq diversi siti tal-internet ta’ offerti ta’ impjieg, skont il-kriterji rilevanti u mingħajr l-użu tal-formoli ta’ tfittxija ta’ dawn is-siti. Ir-riżultat ta’ din it-tfittxija tagħti lill-utent l-aċċess għal offerti ta’ impjieg magħżula skont l-imsemmija kriterji. Sa fejn l-imsemmija siti internet jistgħu jiġu kklassifikati bħala databases protetti mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst mid-Direttiva 96/9, il-mutur ta’ tfittxija inkwistjoni jippermetti li jiġi esplorat il-kontenut kollu ta’ dawn id-databases, billi jwettaq użu mill-ġdid ta’ dan il-kontenut, fis-sens mogħti lit-terminu użu mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Innoweb. Barra minn hekk, peress li jindiċja u jikkopja mill-ġdid fuq is-server tiegħu stess il-kontenut tas-siti internet, il-mutur ta’ tfittxija ta’ Melons iwettaq estrazzjoni tal-kontenut tad-databases li jikkostitwixxu dawn is-siti. Il-provvista ta’ links ipertest lejn avviżi li jinsabu fis-sit internet ta’ CV‑Online u r-riproduzzjoni tal-informazzjoni kontenuta fil-meta tags ta’ dan is-sit, imsemmija fid-domandi preliminari, huma biss manifestazzjonijiet esterni, ta’ importanza sekondarja, ta’ din l-estrazzjoni u ta’ dan l-użu mill-ġdid. Għalhekk, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex differenti b’mod sostanzjali minn dik tal-kawża li tat lok għas-sentenza Innoweb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi konkluż li mutur ta’ tfittxija li jikkopja u jindiċja t-totalità jew parti sostanzjali ta’ databases liberament aċċessibbli fuq l-internet u li jista’ jippermetti lill-utenti tiegħu jwettqu tfittxijiet f’dawn id-databases skont kriterji rilevanti mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, iwettaq estrazzjoni u użu mill-ġdid ta’ dan il-kontenut fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 96/9. Madankollu, ma naħsibx li l-analiżi għandha tieqaf hemm. Fil-fatt, id-dritt li jiġu pprojbiti tali estrazzjoni u użu mill-ġdid għandu, fil-fehma tiegħi, jissodisfa rekwiżiti ulterjuri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-suġġett u l-għan tal-protezzjoni mid-dritt sui generis</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bilfors għandu jiġi kkonstatat li, fis-sentenza Innoweb, il-Qorti tal-Ġustizzja tat interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>użu mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> protettiva ħafna tal-interessi tal-produttur tad-databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Saħansitra protettiva żżejjed skont ċerti awturi. Ara b’mod partikolari, Husovec, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>The End of (Meta) Search Engines in Europe?<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, <HT TYPE="ITALIC">Chicago-Kent Journal of Intellectual Property</HT>, 2014, Nru 1, p. 145 sa 172.</P></NOTE>. Fil-fatt, metamutur ta’ tfittxija seta’ kien analizzat bħala sempliċi awtomatizzazzjoni tat-tfittxija f’diversi databases. Issa, din il-funzjonalità ta’ tfittxija hija fi kwalunkwe każ prevista mill-produtturi tad-databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>U tbiddel amalgama ta’ informazzjoni f’database billi tirrendi l-materjali tagħha individwalment aċċessibbli, kif jeħtieġ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 (ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kontenut ta’ database huwa diġà mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sa fejn din tirrigwarda database disponibbli b’aċċess liberu fuq l-internet, mill-produttur tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħti lill-produtturi tad-databases il-protezzjoni kontra l-metamuturi ta’ tfittxija f’sitwazzjonijiet bħal dik fil-kawża li tat lok għas-sentenza Innoweb, dan kien bil-għan li tipprevjeni l-ħolqien ta’ prodotti parassitiċi kompetituri. Fil-fatt, tali attività kienet tfisser li tneħħi d-dħul tal-imsemmija produtturi u ċċaħħadhom għalhekk mid-dħul li kellu jagħmel tajjeb għall-investimenti tagħhom fil-ħolqien u fil-funzjonament tad-databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza Innoweb, punti 41 sa 43, kif ukoll punt 48.</P></NOTE>. Fil-fatt, kif diġà indikajt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-protezzjoni ta’ dawn l-investimenti tikkostitwixxi r-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> aħħari tad-Direttiva 96/9<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-premessi 7 sa 12, kif ukoll 40 u 41 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-direttiva mingħajr, fl-istess ħin, ma jiġu ppreġudikati interessi leġittimi oħrajn, huwa neċessarju li t-tħassib li ggwida lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija kawża jiġi inkorporat fl-interpretazzjoni tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 għandu l-għan li jipproteġi l-produtturi ta’ databases mill-ħolqien ta’ prodotti parassitiċi kompetituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-premessa 42 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>, huwa ma għandux iwassal, fl-istess ħin, sabiex jipprekludi l-ħolqien ta’ prodotti innovattivi li għandhom valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-premessa 47 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>. Issa, jista’ jirriżulta diffiċli li ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti. Dak li jidher parassitiku għall-produttur ta’ database jirrappreżenta valur miżjud kbir għall-utenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-aggregaturi differenti ta’ kontenut fuq l-internet huma eżempju eċċellenti ta’ dan. Dawn mhux biss jippermettu strutturar aħjar u tfittxija iktar effettiv tal-informazzjoni fuq l-internet, iżda jikkontribwixxu wkoll għall-funzjonament tajjeb tal-kompetizzjoni u għat-trasparenza tal-offerti u tal-prezzijiet. Għalhekk, dawn jippermettu tnaqqis tal-ispejjeż għall-konsumaturi u allokazzjoni iktar effettiva tar-riżorsi. F’ċerti setturi, l-aggregaturi ta’ kontenut kienu l-oriġini ta’ rivoluzzjoni reali fis-suq, pereżempju f’dak tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri. Għalhekk, dawn l-aggregaturi kellhom rwol mhux negliġibbli fil-funzjonament tal-internet, u b’mod iktar ġenerali, f’dak tal-ekonomija diġitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, huwa inkontestabbli li dawn l-aggregaturi, billi jgħaqqdu s-servizzi tagħhom ma’ dawk tad-disinjaturi tal-kontenut fuq l-internet, jagħmlu profitt mill-isforz ekonomiku ta’ dawn id-disinjaturi. B’hekk, huma jidħlu, f’livelli varjabbli, fuq il-modelli ekonomiċi tal-operaturi li l-kontenut tagħhom huwa suġġett għall-aggregazzjoni, bħall-produtturi ta’ databases aċċessibbli fuq l-internet. Għalhekk, il-kwistjoni hija li jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn l-interessi ta’ dawn il-produtturi u dawk tal-aggregaturi tal-kontenut u tal-utenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-każ tad-databases protetti mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9, jidhirli li r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jibbaża dan il-bilanċ fuq il-kunċett tal-investiment tal-produttur tad-database. Għalhekk, il-kriterju tal-preġudizzju għall-investiment, fis-sens tar-riskju miġjub għall-possibbiltà li jagħmel tajjeb għal dan l-investiment, bħala rekwiżit għall-għoti tal-protezzjoni mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, jidhirli li jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan id-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Għandha ssir distinzjoni bejn is-<HT TYPE="ITALIC">suġġett</HT> tal-protezzjoni mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, jiġifieri l-kontenut tad-database, u l-<HT TYPE="ITALIC">għan</HT> ta’ din il-protezzjoni, jiġifieri l-investiment.</P></NOTE> mingħajr ma tiġi limitata b’mod sproporzjonat l-innovazzjoni tas-suq tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-test tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 jippermetti l-użu ta’ tali kriterju. Fil-fatt, skont l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, il-produttur ta’ database jgawdi d-dritt li jipprojbixxi l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut tagħha, <HT TYPE="ITALIC">meta l-kisba, il-verifika jew il-preżentazzjoni tal-kontenut juru li jkun sar investiment sostanzjali kwalitattiv u/jew kwantitattiv</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minn din il-formulazzjoni jirriżulta li l-ewwel għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tillimita l-protezzjoni mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> biss għad-databases, li l-ħolqien jew il-funzjonament tagħhom jeħtieġu investimenti sostanzjali. Dan l-għan huwa fuq l-istess linja ta’ dak tad-Direttiva 96/9, li huwa li tipproteġi u tistimula tali investimenti. Din il-limitazzjoni għandha madankollu funzjoni ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li l-investiment inkwistjoni għandu jirrigwarda, b’mod partikolari, il-ġbir ta’ informazzjoni li jifforma l-kontenut tad-database, bl-esklużjoni ta’ investimenti fil-ħolqien ta’ din l-informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑203/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:695">EU:C:2004:695</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tad-dispożittiv).</P></NOTE>. Dan jippermetti li jipprekludi l-monopolizzazzjoni tal-informazzjoni mill-entità li ħolqot din l-informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara b’mod partikolari, Derclaye, E., <HT TYPE="ITALIC">op.cit</HT>., p. 94.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-istess spirtu, il-protezzjoni mogħtija mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għandha tingħata biss meta l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid inkwistjoni jikkostitwixxu preġudizzju għall-investiment fil-ħolqien jew fil-funzjonament tad-database li l-protezzjoni tagħha hija mfittxija, fis-sens li jikkostitwixxu riskju għall-possibbiltajiet li jagħmlu tajjeb għal dan l-investiment, b’mod partikolari, billi jheddu d-dħul mill-operat tad-database inkwistjoni. Fil-fatt, l-iskop imfittex mil-limitazzjoni tal-protezzjoni għal databases li taw lok għal investimenti sostanzjali biss, jintlaħaq biss parzjalment jekk din il-protezzjoni tkun tista’ tiġi invokata kontra aġir li ma jippreġudikax l-investiment inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-qrati nazzjonali għandhom għalhekk jivverifikaw mhux biss jekk seħħitx estrazzjoni jew użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ database u jekk il-kisba, il-verifika jew il-preżentazzjoni ta’ dan il-kontenut jurux investiment sostanzjali, iżda wkoll jekk l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid inkwistjoni jikkostitwixxix riskju għall-possibbiltajiet li jagħmlu tajjeb għal dan l-investiment. Huwa biss jekk dan ikun il-każ li l-produtturi tad-databases għandu jkollhom id-dritt li jipprojbixxu l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid tal-kontenut tad-databases tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>CV‑Online tiddikjara li d-dħul tagħha huwa mill-ħlasijiet magħmula mill-persuni li jimpjegaw għall-avviżi mqiegħda fuq is-sit internet tagħha. Għalhekk, dan huwa mod ta’ finanzjament differenti minn dak tad-database inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Innoweb, li kien ibbażat fuq ir-reklamar. Skont CV‑Online, il-prezz li hija tkun tista’ titlob mingħand dawn il-persuni li jimpjegaw jiddependi min-numru ta’ persuni li jżuru s-sit tagħha. Issa, dan in-numru jonqos minħabba l-eżistenza ta’ servizzi bħall-mutur ta’ tfittxija ta’ Melons.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel, din id-dikjarazzjoni tidher purament ipotetika u teħtieġ li tkun ibbażata fuq provi solidi sabiex tkun tista’ tkun il-bażi ta’ preġudizzju għall-investiment fid-database ta’ CV‑Online minħabba l-eżistenza ta’ muturi ta’ tfittxija speċjalizzati bħal dawk ta’ Melons. It-tieni, tali mutur ta’ tfittxija ma jissostitwixxix il-formola ta’ tfittxija tas-sit internet ta’ CV‑Online. Mill-banda l-oħra, dan is-sit internet jibqa’ l-intermedjarju neċessarju bejn dawk li jfittxu impjieg u l-persuni li jimpjegaw, għaliex dan is-sit biss jinkludi l-informazzjoni kompluta dwar l-offerti ta’ impjieg kif ukoll dispożittiv li jippermetti lill-utenti jissottomettu l-kandidatura tagħhom direttament minn dan is-sit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Dan l-aħħar dispożittiv ma jagħmilx parti mid-database, iżda jikkostitwixxi servizz addizzjonali. Madankollu, huwa involut fl-operat normali tad-database tiegħu minn CV‑Online. Dan l-operat ma huwiex affettwat, dwar dan il-punt, mill-eżistenza tal-mutur ta’ tfittxija ta’ Melons.</P></NOTE>. Għalhekk, mill-perspettiva tal-persuni li jimpjegaw, l-effettività ta’ CV‑Online bħala post ta’ tfittxija ta’ impjegati ma tidhirx li hija affettwata. It-tielet, u finalment, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> huwa intiż sabiex jipproteġi, mhux kontra l-eżistenza ta’ kull kompetizzjoni, iżda kontra l-parassitiżmu kummerċjali. Għalhekk, CV‑Online ma tistax tipprevalixxi minn dan id-dritt sabiex topponi għall-eżistenza ta’ kull mutur ta’ tfittxija ieħor fil-qasam tal-offerti ta’ impjieg. Madankollu, dawn huma kollha evalwazzjonijiet fattwali li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll aspett addizzjonali, jiġifieri l-protezzjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-aspetti marbuta mal-protezzjoni tal-kompetizzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 96/9, din id-direttiva ma taffettwax id-dispożizzjonijiet dwar, b’mod partikolari, id-dritt tal-kompetizzjoni żleali. Din ir-regola, li barra minn hekk tinkludi lista twila ta’ oqsma tad-dritt li ma humiex affettwati mill-imsemmija direttiva, tista’ tidher li tikkostitwixxi biss riżerva ritwali, preżenti f’numru kbir ta’ testi leġiżlattivi tal-Unjoni. Madankollu, fil-każ tad-Direttiva 96/9, u b’mod partikolari tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> li hija tistabbilixxi, din l-invokazzjoni tal-kompetizzjoni żleali għandha importanza kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ladarba d-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> għandu l-forma ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, l-oriġini tiegħu tinsab fid-dritt tal-kompetizzjoni żleali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-proposta tad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, COM(92) 24 final, punti 5.3.6 sa 5.3.10, p. 35.</P></NOTE>. L-għan tiegħu huwa li jipproteġi lill-produtturi ta’ databases kontra l-prattika karatteristika tal-kompetizzjoni żleali li hija l-parassitiżmu. Madankollu, jidhirli li din il-protezzjoni ma tistax twassal għal aġir antikompetittiv ieħor, jiġifieri l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti. Issa, il-protezzjoni tal-produtturi ta’ databases mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> jirriskja li jwassal għal tali prattiki. L-awturi tad-Direttiva 96/9 kienu barra minn hekk konxji ta’ dan ir-riskju. L-għan li dan jiġi evitat huwa għalhekk imsemmi espressament bħala r-raġunament tar-regola ta’ nuqqas ta’ effett stabbilita mid-Direttiva 96/9 tad-dritt ta’ kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni li tinsab fl-Artikolu 13 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Skont il-premessa 47 tad-Direttiva 96/9, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>m’għandhiex tingħata protezzjoni mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> b’mod li jitħaffu l-abbużi minn pożizzjoni dominanti [...] għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Komunità jew nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha diversi okkażjonijiet tiddeċiedi li l-eżerċizzju tad-dritt esklużiv li jipproteġi database jista’ jagħti lok għal aġir abbużiv, peress li dan ir-rifjut kien jirrigwarda informazzjoni indispensabbli għall-eżerċizzju tal-attività inkwistjoni, kien jostakola l-ħruġ ta’ prodott ġdid li għalih teżisti domanda potenzjali, ma kienx iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u kien ta’ natura li jeskludi kull kompetizzjoni f’suq idderivat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>IMS Health</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:257">EU:C:2004:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa minnu li din il-ġurisprudenza kienet tirrigwarda r-rifjut ta’ liċenzja, filwaqt li din il-kawża tirrigwarda użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ database mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-produttur ta’ din id-database. Madankollu, il-kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tiddeċiedi kienu jirrigwardaw databases protetti mid-drittijiet tal-awtur, li jagħti lid-detentur tiegħu l-possibbiltà esklużiva li jawtorizza jew jipprojbixxi kull forma ta’ użu tas-suġġett protett. Fil-każ ta’ tali dritt, kull indħil fl-isfera rriżervata esklużivament lid-detentur tad-dritt jikkostitwixxi ksur tal-imsemmi dritt. Mill-banda l-oħra, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9 ma jagħtix dritt esklużiv estiż daqs id-drittijiet tal-awtur. Dan l-artikolu jistabbilixxi biss il-possibbiltà li l-produttur ta’ database jipprojbixxi l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid tal-kontenut ta’ din id-database. Għalhekk, huwa l-eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà li għandha tiġi evalwata mill-perspettiva tal-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Is-sit internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>CV.lv<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> huwa ppreżentat bħala l-iktar sit importanti tal-avviżi ta’ impjieg fil-Latvja. Għalhekk, huwa konċepibbli li l-użu tal-informazzjoni li huwa jinkludi huwa indispensabbli għall-eżerċizzju tal-attività ta’ aggregazzjoni ta’ offerti ta’ impjieg fuq l-internet f’dan l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fil-fatt, tali attività ma tantx hija utli għall-utenti jekk l-attur prinċipali tas-suq ma jkunx preżenti fir-riżultati aggregati.</P></NOTE>. Għalhekk, ir-rifjut ta’ aċċess għal din l-informazzjoni jostakola l-provvista ta’ tali servizzi f’dan is-suq. Jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-funzjonament ta’ muturi ta’ tfittxija bħal dak ta’ Melons ma jippreġudikax b’mod serju l-investiment ta’ CV‑Online fid-database tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-punti 48 u 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, dan iwassal sabiex tisparixxi, fil-fehma tiegħi, l-unika ġustifikazzjoni oġġettiva tar-rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Finalment, ir-rifjut inkwistjoni huwa evidentement tali li jeskludi l-kompetizzjoni tas-suq inkwistjoni. Fil-fatt, fl-ewwel lok, CV‑Online teżerċita d-dritt tagħha li tipprojbixxi l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-kontenut tad-database tagħha b’mod selettiv. Din il-kumpannija stess tiddikjara li ma tipprekludix l-indiċjar u r-riproduzzjoni tas-sit internet tagħha mill-muturi ta’ tfittxija ġenerali, bħal Google. Għall-kuntrarju, hija tiffaċilita dan l-indiċjar billi tqiegħed fis-sit tagħha meta tags sabiex tirrendi dan l-indiċjar iktar preċiż u tiġbed l-utenti li jfittxu offerti ta’ impjieg bl-intervent ta’ dawn il-muturi ta’ tfittxija ġenerali. Mill-banda l-oħra, CV‑Online tipprekludi l-istess aġir ta’ muturi ta’ tfittxija speċjalizzati bħal dak ta’ Melons, għaliex dawn jistgħu jidħlu f’kompetizzjoni mal-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, CV‑Online hija attiva mhux biss fis-suq prinċipali ta’ offerti ta’ impjieg fuq l-internet, iżda wkoll fis-suq idderivat tal-aggregaturi ta’ tali offerti permezz tas-sit internet l-ieħor tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Visidarbi.lv<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, aggregatur ta’ avviżi ta’ impjieg minn sorsi differenti, fosthom is-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Cv.lv<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Għalkemm ir-rappreżentant ta’ CV‑Online, mistoqsi dwar dan is-sit waqt is-seduta, indika li ma għandux mandat sabiex jitkellem dwar dan is-suġġett, l-informazzjoni li tinsab fis-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>Visidarbi.lv<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tindika b’mod ċar li dan huwa aggregatur ta’ avviżi ta’ impjieg fuq l-internet li jappartjeni lil CV-Online. Il-funzjonament ta’ dan l-aggregatur huwa ppreżentat fid-dettall mill-kostruttur tiegħu fl-indirizz li ġej: https://arkbauer.com/portfolio/building-a-brand-new-visidarbi-lv-job-portal-and-aggregator/.</P></NOTE>. Għalhekk, huwa possibbli li l-eżerċizzju minn CV‑Online tad-dritt tagħha li tipprojbixxi l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-kontenut tas-sit internet tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Cv.lv<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fir-realtà ma kellux l-għan li jiġi protett l-investiment fid-database tagħha, iżda t-tneħħija ta’ Melons mis-suq idderivat tal-aggregaturi ta’ offerti ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Naturalment, il-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw fil-kuntest tal-Artikolu 102 TFUE. Jekk l-aġir ta’ CV‑Online ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri, allura dan l-artikolu ma huwiex applikabbli. Madankollu, l-Artikolu 13 tad-Direttiva 96/9 jirreferi għad-dritt tal-kompetizzjoni kemm tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Għalhekk, huwa fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni Latvjan li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk l-aġir ta’ CV‑Online jikkostitwixxix abbuż ta’ pożizzjoni dominanti. Fl-affermattiv, din il-qorti għandha, fil-fehma tiegħi, tislet il-konsegwenzi li jirriżultaw, fid-dritt tal-kompetizzjoni, minn tali abbuż. Dawn il-konsegwenzi jistgħu jwasslu, jekk il-qorti tar-rinviju jidhrilha xieraq, għar-rifjut li CV‑Online tibbenefika mill-protezzjoni mid-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/9.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-limitazzjoni tad-dritt tal-produttur ta’ database</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Kif semmejt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara l-punti 39 sa 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ preġudizzju għall-investiment tal-produttur ta’ database għandha, fil-fehma tiegħi, tkun parti mid-delimitazzjoni tad-dritt ta’ dan il-produttur li jipprojbixxi l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ din id-database. L-istess japplika għar-riskju ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, għaliex tali abbuż ikun mingħajr ebda dubju kuntrarju għall-għan tad-dritt <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> stabbilit mid-Direttiva 96/9. Għalhekk, nipproponi li l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva jiġi interpretat fis-sens li l-produttur ta’ database ma għandux id-dritt li jipprojbixxi l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ din id-database ħlief meta dawn l-atti jippreġudikaw l-investiment tiegħu fil-kisba, fil-verifika jew fil-preżentazzjoni ta’ dan il-kontenut, jiġifieri jikkostitwixxi riskju għall-possibbiltajiet li jagħmel tajjeb għal dan l-investiment permezz tal-użu normali tad-database inkwistjoni. Barra minn hekk, tali projbizzjoni ma tistax tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti tal-produttur tad-database fis-suq ikkonċernat jew fis-suq idderivat. Naturalment, huma l-qrati kompetenti li għandhom jivverifikaw jekk dawn ir-rekwiżiti humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, nipproponi li tingħata r-risposta li ġejja għad-domandi preliminari magħmula mir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Ċivili, il-Latvja):</TXT><P>L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ databases għandu jiġi interpretat fis-sens li:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mutur ta’ tfittxija li jikkopja u jindiċja t-totalità jew parti sostanzjali tal-kontenut ta’ databases liberament aċċessibbli fuq l-internet u li mbagħad jippermetti lill-utenti tiegħu jwettqu tfittxijiet f’dawn id-databases skont kriterji rilevanti mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom iwettaq estrazzjoni u użu mill-ġdid ta’ dan il-kontenut fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni,</P></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><P>il-produttur ta’ database ma għandux id-dritt jipprojbixxi l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ din id-database ħlief meta dawn l-atti jippreġudikaw l-investiment tiegħu fil-kisba, fil-verifika jew fil-preżentazzjoni ta’ dan il-kontenut, jiġifieri jikkostitwixxu riskju għall-possibbiltajiet li jagħmel tajjeb għal dan l-investiment permezz tal-użu normali tad-database inkwistjoni, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</P></ITEM></LIST></P><P>Il-qrati nazzjonali għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ projbizzjoni tal-estrazzjoni jew tal-użu mill-ġdid tat-totalità jew ta’ parti sostanzjali tal-kontenut ta’ database ma jwassalx għal abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE jew tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni, mill-produttur ta’ din id-database fis-suq ikkonċernat jew f’suq idderivat.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>