|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1724 |
14.7.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/1724
tat-13 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1705 tat-13 ta’ Lulju 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 (2) u r-Regolament (UE) 2023/2147 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi u projbizzjoni tat-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi disponibbli għal ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ April 2026, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tfakkar it-tliet snin minn meta faqqgħet il-gwerra fis-Sudan. Id-dikjarazzjoni enfasizzat li l-kunflitt bejn il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF), il-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) u l-milizzji affiljati rispettivi tagħhom qed jeqred il-ħajjiet u jċaħħad lill-popolazzjoni minn dak li aspirat għalih fir-rivoluzzjoni 2018/19. Id-dikjarazzjoni żiedet li l-Unjoni se tuża l-għodod kollha disponibbli, inkluż id-diplomazija u l-miżuri restrittivi, biex tagħmel pressjoni għall-paċi, inkluż sanzjonijiet addizzjonali mmirati lejn l-ekonomija tal-gwerra tas-Sudan. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sudan, fit-13 ta’ Lulju 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/1705, li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135, li tintroduċi projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ deheb jekk joriġina mis-Sudan u jkun ġie esportat mis-Sudan lejn l-Unjoni jew lejn kwalunkwe pajjiż terz u projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirettta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-estrazzjoni tad-deheb jew għall-isfruttament tad-deheb, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan jew għall-użu fis-Sudan. |
|
(4) |
Il-Kunsill identifika ċerti oġġetti li huwa jivvaluta li qegħdin fil-qalba tal-proċess tal-estrazzjoni tad-deheb u l-isfruttament tad-deheb fis-Sudan. Sabiex it-terminazzjoni ordnata tal-kuntratti rilevanti eżistenti tkun possibbli, huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni temporanja għall-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' uħud minn dawk l-oġġetti. |
|
(5) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2026/1705, bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati Membri kollha. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2023/2147 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/2147 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
; |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a 1. Għandu jkun ipprojbit ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, b’mod dirett jew indirett, ta’ deheb, kif elenkat fl-Anness III, jekk joriġina mis-Sudan u jkun ġie esportat mis-Sudan lejn l-Unjoni jew lejn kwalunkwe pajjiż terz wara l-15 ta’ Lulju 2026. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għad-deheb li huwa meħtieġ għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi, uffiċċji konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali fis-Sudan li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali.” |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1b 1. Għandu jkun pprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw għall-estrazzjoni tad-deheb jew l-isfruttament tad-deheb, kif elenkati fl-Anness IV, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan jew għall-użu fis-Sudan. 2. Għandhom ikunu pprojbiti:
3. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), fejn applikabbli, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti maħsuba għal finijiet umanitarji, emerġenzi tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew tal-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali. 4. Fir-rigward ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2837 11, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/821, il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-eżekuzzjoni sas-16 ta’ Jannar 2027 ta' kuntratti konklużi qabel il-15 ta’ Lulju 2026, jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. (*1) Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).”;" |
|
(4) |
jiżdied l-Anness III f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
jiżdied l-Anness IV f’konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2026/1705, 14.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1705/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jimminaw l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj).
ANNESS I
“ANNESS III
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1A
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
|
7108 |
Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
|
|
7112 91 |
Skart u laqx ta’ deheb, inkluż il-metall miksi bid-deheb, iżda esklużi r-residwi li jinġabru mal-knis li fihom metalli prezzjużi oħrajn |
|
ex |
7118 90 |
Muniti tad-deheb” |
ANNESS II
“ANNESS IV
LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1B
|
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
|
2805 40 |
Merkurju |
|
|
2837 11 |
Ċjanuri u ossidi taċ-ċjanur tas-sodju.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1724/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)