<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑264/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0264</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:290">EU:T:2017:290</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>azcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170428">28.4.2017</DATE> – KAWŻA T-264/15</P><P>GAMEART vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti stabbiliti minn Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal aċċess għad-dokumenti mibgħuta lill-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tat-talba għal aċċess lill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dokument li joriġina minn istituzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑264/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gameart sp. z o.o</HT>., stabbilita f’Bielsko-Biała (il-Polonja), irrappreżentata minn P. Hoffman, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Hottiaux, A. Buchet u M. Konstantinidis, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, M. Kamejsza u M. Pawlicka, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn D. Warin u A. Pospíšilová Padowska, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat inizjalment minn J.‑B. Laignelot, K. Pleśniak u E. Rebasti, sussegwentement minn Laignelot u Rebasti, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE> sa fejn din ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja, li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, J. Schwarcz (Relatur) u C. Iliopoulos, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Gameart sp. z o.o., hija impriża fis-settur tad-divertiment stabbilita fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141110">10 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ressqet, abbażi tal-polskie przepisy o dostępie do informacji publicznej (dispożizzjonijiet Pollakki dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika), quddiem il-ministeru tal-affarijiet esterni Pollakk (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>MAE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) talba għal aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw il-proċeduri mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea rigward il-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mil-liġi Pollakka tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-logħob tal-ażżard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn naħa, ir-rikorrenti talbet l-aċċess għall-kopji tal-ittri li l-Kummissjoni kienet bagħtet lir-Repubblika tal-Polonja fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri. Min-naħa l-oħra, hija talbet l-aċċess għall-kopji, fil-pussess tal-MAE, tal-ittri mibgħuta mir-Repubblika tal-Polonja lill-Kummissjoni rigward dawn l-istess proċeduri (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dokumenti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20141118">18 ta’ Novembru 2014</DATE>, l-MAE bagħat it-talba tar-rikorrenti permezz tal-posta elettronika lill-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, l-MAE informa lir-rikorrenti li t-talba tagħha kienet tirrigwarda dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li hija kienet suġġetta għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 u li, għaldaqstant, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, huwa kien bagħatha lill-Kummissjoni sabiex hija teżaminaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitluba, billi bbażat ruħha fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ibbażata fuq il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika, kif ukoll fuq il-fatt li l-proċedura rigward il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Repubblika tal-Polonja kienet pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150102">2 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet lill-Kummissjoni talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija sostniet fl-imsemmija talba, fost l-oħrajn, li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni rigward it-talba tagħha għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, hija sostniet li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma jistax japplika għal dawn id-dokumenti, peress li din id-dispożizzjoni tikkonċerna biss id-dokumenti li joriġinaw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), il-Kummissjoni ċaħdet it-talba konfermattiva u b’mod partikolari rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi billi bbażat ruħha mill-ġdid fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll fuq il-fatt li l-proċedura rigward il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Repubblika tal-Polonja kienet pendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150508">8 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrenti ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’atti ppreżentati, rispettivament, fit-8, fil-11 u fit-<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew talbu li jintervjenu f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’digrieti tad-<DATE ISO="20151019">19 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali ammetta dawn l-interventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti kontenzjużi;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tikkonstata li, skont l-Artikolu 277 TFUE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax jiġi applikat għal din il-kawża;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika tal-Polonja, mill-Kunsill u mill-Parlament, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interess ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, mingħajr ma tqajjem formalment eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, issostni li r-rikorrenti tista’ ma jkollhiex interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li r-rikorrenti ma tikkontestax id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti kontenzjużi, iżda sempliċement tikkontesta l-kompetenza tagħha sabiex tadotta din id-deċiżjoni. Ir-rifjut ta’ aċċess ma jikkostitwixxix għaldaqstant, inkwantu tali, att sfavorevoli għar-rikorrenti u ma jiġix affettwat minn eventwali annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Skont il-Kummissjoni, jekk il-Qorti Ġenerali tqis li ma hijiex kompetenti sabiex teżamina<?PAGE NO="4"?> l-integralità tat-talba li ntbagħtet lilha mill-awtoritajiet Pollakki, dan ma jibdilx is-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti, għaliex annullament tad-deċiżjoni kkontestata ma jagħtix lil din tal-aħħar aċċess għad-dokumenti kontenzjużi u ma jobbligax lill-awtoritajiet Pollakki jiżvelaw dawn id-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrispondi li, mill-perspettiva tal-awtoritajiet Pollakki, il-proċedura miftuħa wara t-talba tagħha ma’ dawn l-awtoritajiet, abbażi tal-leġiżlazzjoni Pollakka, ingħalqet bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, din ipprekludietha milli tikseb l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi. Hija żżid, minbarra dan, li, kieku t-talba tagħha ma kinitx intbagħtet lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001, l-MAE kien ikollu jeżaminaha abbażi tal-liġi Pollakka dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u jagħtiha l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi, peress li l-liġi Pollakka ma tipprevedix il-possibbiltà li jiġi rrifjutat l-iżvelar ta’ informazzjoni pubblika minħabba l-eżistenza ta’ proċedura pendenti quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset lilha nnifisha bħala kompetenti sabiex tiddikjara ruħha fuq it-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Jekk id-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata parzjalment minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tadotta din id-deċiżjoni, kif issostni r-rikorrenti, din tal-aħħar ma jkollhiex, huwa minnu, madankollu aċċess għad-dokumenti kontenzjużi. Madankollu minn dan ma jirriżultax li r-rikorrenti ma għandhiex interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, hija ġurisprudenza stabbilita li rikorrent għandu interess li jitlob l-annullament ta’ att ta’ istituzzjoni sabiex jiġi evitat li l-illegalità li biha huwa allegatament ivvizzjat ma sseħħx fil-futur. Tali interess ġuridiku jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, li jipprovdi li l-istituzzjoni li l-att tagħha jiġi annullat għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-qorti tal-Unjoni. Madankollu tali interess ġuridiku jista’ jeżisti biss jekk l-illegalità allegata tkun tista’ sseħħ mill-ġdid fil-futur, indipendentement miċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għar-rikors ippreżentat mir-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>LPN vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:448">EU:T:2011:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ f’din il-kawża. Minn naħa, l-illegalità allegata mir-rikorrenti hija bbażata fuq interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 li l-Kummissjoni għandha mnejn tadotta meta teżamina talba ġdida. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti tista’ tissottometti, fil-ġejjieni, talbiet għal aċċessi anologi, kif tistedinha tagħmel, barra minn hekk, il-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. Għaldaqstant, jeżisti riskju suffiċjentement konkret u indipendenti miċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni li, fil-ġejjieni, f’sitwazzjonijiet analogi, ir-rikorrenti tiġi esposta għall-istess illegalità allegata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fuq dan l-aħħar punt, għandu, fil-fatt, jiġi osservat li l-Kummissjoni sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li r-rikorrenti setgħet, indipendentement mid-deċiżjoni kkontestata, tindirizza mill-ġdid lill-awtoritajiet Pollakki sabiex titlobhom l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi. Madankollu, kif tallega ġustament ir-rikorrenti, għandu jiġi osservat li, minkejja li jkun possibbli li tiġi ppreżentata talba ġdida għal aċċess għal dawn id-dokumenti, xejn ma jipprekludi lill-awtoritajiet Pollakki, fl-assenza ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, milli jibagħtu din it-talba ġdida lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 u lill-Kummissjoni milli tiċħadha mill-ġdid għall-istess raġunijiet bħal dawk adottati fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni nett, id-deċiżjoni kkontestata hija l-unika deċiżjoni nnotifikata lir-rikorrenti sal-lum u tippreġudikaha, għaliex ma tagħtihiex l-aċċess mitlub u għalqet il-proċedura miftuħa mal-awtoritajiet Pollakki kif tirrikonoxxi, essenzjalment, ir-Repubblika tal-Polonja fin-nota ta’ intervent tagħha. Waqt<?PAGE NO="5"?> is-seduta, b’risposta għal domanda tal-Qorti Ġenerali, ir-Repubblika tal-Polonja indikat li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jġiegħel lill-korp nazzjonali jiftaħ mill-ġdid il-proċedura u jeżamina t-talba tar-rikorrenti abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li r-rikorrenti għandha interess li tikseb l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-att, insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-Kummissjoni fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr ma ġie kkonsultat l-Istat li minnu joriġinaw id-dokumenti kontenzjużi u minkejja l-fatt li huwa ma opponiex ruħu għall-iżvelar tagħhom. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u r-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq l-invalidità, taħt l-Artikolu 277 TFUE, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001. Minbarra dan, fir-replika, ir-rikorrenti tinvoka motiv ieħor, il-ħames wieħed, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma huwiex applikabbli għad-dokumenti kontenzjużi, għaliex din id-dispożizzjoni tikkonċerna biss id-dokumenti li joriġinaw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, li dawn id-dokumenti kienu wkoll miżmuma mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, ladarba hija ma bagħtitx talba għal aċċess lil din tal-aħħar. Skont ir-rikorrenti, is-sempliċi trażmissjoni ta’ talba għal aċċess minn Stat Membru lill-Kummissjoni, taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001, ma jagħtix kompetenza lill-Kummissjoni meta t-talba ma tkunx tirrigwarda dokumenti li joriġinaw minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja kif ukoll il-Kunsill jikkontestaw il-fondatezza ta’ din il-parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tammetti li l-MAE ma kienx marbut, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001, li jissottomettilha t-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi u seta’, billi jibbaża ruħu fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiddeċiedi b’mod awtonomu jekk dawn id-dokumenti setgħux jiġu pprovduti lir-rikorrenti. Fil-fatt, hija tosserva li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirrestrinġi l-obbligu tal-Istat Membru li jirċievi talba għal aċċess għal dokumenti fil-pussess tiegħu li jikkonsulta l-istituzzjoni tal-Unjoni jew li jissottomettilha t-talba biss għall-każ fejn dawn id-dokumenti joriġinaw minn din l-istituzzjoni. Madankollu, ladarba, minn naħa, it-talba għal aċċess kienet tikkonċerna kemm dokumenti li joriġinaw minnha kif ukoll id-dokumenti kontenzjużi u ladarba, min-naħa l-oħra, l-MAE bagħtilha din it-talba kollha kemm hi, hija ddeċidiet li tirrispondi għall-integralità tal-imsemmija talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx l-iċken dubju rigward il-fatt li d-dokumenti kontenzjużi jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>dokument miżmum minn istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fis-sens tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1049/2001. Mill-premessa 10 u mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>d-dokumenti kollha miżmuma mill-istituzzjonijiet jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk li joriġinaw mill-Istati Membri, b’mod li l-aċċess għal dawn id-dokumenti huwa in prinċipju rregolat permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ta’ l-aħħar, b’mod partikolari dawk li jipprovdu eċċezzjonijiet materjali għad-dritt ta’ l-aċċess<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑64/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:802">EU:C:2007:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Kummissjoni tenfasizza li huma dawn id-dispożizzjonijiet u din il-ġurisprudenza li hija tinvoka tradizzjonalment meta hija tiċħad<?PAGE NO="6"?> fl-integralità tagħhom talbiet ta’ terzi għall-aċċess għal dokumenti stabbiliti minn Stat Membru u mill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur. Minn dan hija tikkonkludi li hija kellha, għaldaqstant, bażi legali li kienet tippermettilha tadotta d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tad-dokumenti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1) sa (4) tar-Regolament Nru 1049/2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew bl-uffiċċju reġistrat f’Stat Membru, għandu dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f’dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandhu jgħodd lil kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni Ewropea.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li l-origini tiegħu ġejja minn istituzzjoni, jekk m’hiex ċar li d-dokument għandu jew m’għandux jiġi żvelat, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma’ l-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax il-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>L-Istat Membru jista’ minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 6(1) tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f’xi forma miktuba […] u b’mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni issib id-dokument [; l]-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata kompetenza tal-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001, għandu jiġi osservat li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri meta dawn tal-aħħar jirċievu talba għal aċċess għal dokumenti fil-pussess tagħhom li joriġinaw minn istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ħlief fil-każijiet previsti b’mod speċifiku minn din id-dispożizzjoni u meta dan ikun impost mir-rekwiżiti tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, it-talbiet għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu, inkluż meta tali dokumenti joriġinaw minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, irregolati mir-regoli nazzjonali applikabbli għall-imsemmija awtoritajiet, mingħajr ma d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 jissostitwixxuhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑64/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:802">EU:C:2007:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jipprevedix il-possibbiltà li tintbagħat lill-Kummissjoni talba għal aċċess għal dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru. Fil-fatt, jirriżulta b’mod espliċitu mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din huwa limitat għad-dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>li l-origini [tagħhom] ġejja minn<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq it-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi mibgħuta mill-MAE abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata bl-argumenti tal-Kummissjoni, u lanqas b’dawk tal-partijiet intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex teżamina t-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi tirriżulta mill-ispirtu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ir-Repubblika tal-Polonja, id-dokumenti skambjati fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huma atti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>mħallta<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għaliex il-kontenut tad-dokumenti stabbiliti mill-Kummissjoni matul din il-proċedura huwa marbut fil-qrib mal-kontenut tad-dokumenti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat u, għaldaqstant, li l-iżvelar tal-kontenut tal-ewwel iwassal, fl-istess waqt, għall-iżvelar tal-kontenut tat-tieni u viċi versa. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, id-dokumenti stabbiliti, f’dan il-kuntest, minn Stat Membru jistgħu għaldaqstant jiġu kklassifikati bħala li joriġinaw mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minbarra dan, ir-Repubblika tal-Polonja tosserva li mill-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll mill-ġurisprudenza, jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma jindikax, essenzjalment, il-kontenitur, iżda l-informazzjoni li tinsab fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biżżejjed jiġi osservat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001 irrakkomandata mir-Repubblika tal-Polonja, li ma għandha l-ebda bażi fir-Regolament Nru 1049/2001, hija inkompatibbli mal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (ara l-punt 36 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill isostnu li l-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq it-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi abbażi tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-prinċipju, imsemmi fil-premessa 15 tar-Regolament Nru 1049/2001 bħala dak li jirregola r-rapport bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, ma jistax ikun il-bażi, minnu nnifsu, għall-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex teżamina talba għal aċċess bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, fl-assenza ta’ kull bażi legali prevista mir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li ċertu numru ta’ argumenti, invokati mill-Kummissjoni nnifisha, imorru kontra l-imsemmi argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni tallega b’mod partikolari li l-MAE seta’, billi jibbaża ruħu fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiddeċiedi b’mod awtonomu jekk id-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Pollakki lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur setgħux jiġu pprovduti lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjoni kkontestata ma ġġiegħelx lill-awtoritajiet Pollakki jadottaw l-istess pożizzjoni bħal dik tagħha. Hija ssostni ġustament, f’dan ir-rigward, li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward noti ddepożitati quddiem il-qrati tal-Unjoni, li minnhom jirriżulta li, ħlief f’każijiet eċċezzjonali fejn l-iżvelar ta’ dokument jista’ jippreġudika l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-ebda regola jew dispożizzjoni ma tawtorizza jew tipprekludi lill-partijiet fi proċedura milli jiżvelaw in-noti proprji tagħhom lil terzi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>API vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑36/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:258">EU:T:2007:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000403">3 ta’ April 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑376/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:181">EU:C:2000:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija trasponibbli għall-atti stabbiliti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi miċħud l-argument invokat mill-Kummissjoni u mill-partijiet intervenjenti li jgħid li l-Kummissjoni kienet kompetenti sabiex teżamina t-talba għal aċċess għad-dokumenti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Polonja, għaliex dawn id-dokumenti kienu miżmuma mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat qabel kollox li r-rikorrenti ma tikkontestax il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex teżamina talbiet għal aċċess għad-dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet Pollakki u li huma fil-pussess tal-Kummissjoni, fl-ipoteżi li dawn it-talbiet jiġu ppreżentati direttament lill-Kummissjoni. Huwa ċar li tali dokumenti huma miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti lanqas ma tikkontesta l-fatt li, fil-prinċipju, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-aċċess għal tali dokumenti jekk ikunu jikkonċernaw proċedura pendenti ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu għandu jitqies, bħalma tagħmel ir-rikorrenti u bil-kontra ta’ dak li jallegaw, essenzjalment, il-Kummissjoni u l-partijiet intervenjenti, li l-fatt li tali dokumenti huma miżmuma minn istituzzjoni tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax jawtorizza lill-Kummissjoni tiddeċiedi, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fiċ-ċirkustanzi kollha, fuq talba għal aċċess li tikkonċernahom u, fejn xieraq, li tirrifjuta l-aċċess għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif issostni ġustament ir-rikorrenti, sabiex il-Kummissjoni tkun kompetenti sabiex tadotta deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-aċċess għal dokument li hija żżomm, hija għandha wkoll tirċievi talba għal aċċess għal dan id-dokument ippreżentata b’mod validu fil-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1049/2001 minn kull persuna fiżika jew ġuridika msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tal-imsemmi regolament, jew ittrasferita b’mod validu minn Stat Membru fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament. Għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma ġietx adita b’mod validu b’tali talba la mir-rikorrenti u lanqas mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu, għaldaqstant, jitqies li, bil-kontra ta’ dak li jallegaw b’mod partikolari l-Kummissjoni, il-Kunsill jew ir-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, iservi bħala bażi legali għal deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jiġi miċħud l-argument li jipprovdi, essenzjalment, li l-Kummissjoni kienet marbuta bit-trażmissjoni tal-MAE. Fil-fatt, għandu jiġi osservat li ma hemm l-ebda bażi legali li tippermetti li jitqies li l-Kummissjoni hija marbuta bid-deċiżjoni ta’ Stat Membru li jittrasferilha talba għal aċċess għal dokumenti li ma joriġinawx minnha, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu ma humiex issodisfatti. Kif tenfasizza ġustament ir-rikorrenti, jekk jista’ effettivament jitqies li d-deċiżjoni ta’ Stat Membru li jittrasferixxi t-talba għal aċċess għad-dokumenti li huwa jirċievi hija vinkolanti sa fejn il-Kummissjoni ma tistax tqisha bħala ineżistenti, ma jistax madankollu jitqies li tali trasferiment jawtorizza, minnu nnifsu, lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni fuq il-mertu, jiġifieri sabiex tirrifjuta jew tagħti l-aċċess għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni, li ma kinitx kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq it-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi, kisret l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandha tintlaqa’ l-ewwel parti tal-ewwel motiv u, għaldaqstant, għandha tiġi annullata parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-partijiet u l-motivi l-oħra ppreżentati mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti. Madankollu, skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għaldaqstant ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kunsill u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE> hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Iliopoulos</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20170428">28 ta’ April 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>