25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8903 — BHAP/Gestamp China/Manufacturing JV/Sales JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 179/04)

1.   

Fit-18 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Beijing Hainachuan Automotive Parts Co., Ltd (“BHAP”) (iċ-Ċina), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Beijing Automotive Group Co., Ltd (“il-Grupp BAIC”) (iċ-Ċina),

—

Gestamp (China) Holding Co., Ltd (“Gestamp China”), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Acek Desarrollo y Gestión Industrial, S.L. (“il-Grupp CEK”) (Spanja),

—

Gestamp Auto Komponenti Co., Ltd (il-joint venture, “Manufacturing JV”) (iċ-Ċina),

—

Gestamp Auto Komponenti Sales Co., Ltd (is-“Sales JV”) (iċ-Ċina).

BHAP u Gestamp China jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Manufacturing JV u s-Sales JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BHAP hija manifattur ta’ prodotti bħalma huma seats tal-karozzi, l-intern u l-estern tal-karozzi, sistemi tal-motopropulsjoni tal-karozzi tax-xażi, sistemi tax-xażi tal-karozzi, sistemi tal-body tal-karozzi, elettronika tal-karozzi u serje oħra. BHAP hija wkoll fornitur tal-komponenti awtomobilistiċi fiċ-Ċina.

—

Gestamp China hija manifattur u bejjiegħ tal-komponenti tal-karozzi, inklużi komponenti u mekkaniżmi tal-azzar ċatti, u assemblaġġi.

—

Il-Manufacturing JV se timmanifattura fiċ-Ċina komponenti awtomobilistiċi tal-azzar ċatti inklużi partijiet ħfief tal-body tal-karozzi, tax-xażi, u komponenti tal-karozzi oħra.

—

Is-Sales JV se tbigħ fiċ-Ċina komponenti tal-karozzi u tipprovdu servizzi ta’ wara l-bejgħ, servizzi tekniċi, u servizzi ta’ konsultazzjoni lill-industrija awtomobilistika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8903 — BHAP/Gestamp China/Manufacturing JV/Sales JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.