Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0040 - 0041
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 67/2002 tal-31 ta' Mejju 2002 li temenda l-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) L-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Komitat Konġunt ŻEE Nru 165/2001 tal-11 ta' Diċembru [1]. (2) Huwa xieraq li tkompli l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiet preparatorji għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-politika dwar iż-żgħażagħ - nefqa dwar l-immaniġġar amministrattiv. (3) Huwa xieraq li tkompli l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiet Preparatorji għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-politika dwar iż-żgħażagħ. (4) Il-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat biex jippermetti li l-koperazzjoni tkompli 'l hinn mil-31 ta' Diċembru 2001, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-test tal-punt 2f (Azzjonijiet preparatorji għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-politika taż-żgħażagħ) fl-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "2f. L-Istati EFTA gġandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu mal-linji ta' l-estimi li ġejjin, imdaħħla fl-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2001 u 2002: - B3-1 0 0 0 A: "Azzjonijiet preparatorji għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-politika dwar iż-żgħażagħ - nefqa dwar l-immaniġġar amministrattiv"; - B3-1 0 0 0: "Azzjonijiet preparatorji għall-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u l-politika dwar iż-żgħażagħ."." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [2]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2002. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 48. [2] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------