<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700719501.case.xml"><NO.CASE>C-582/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0582</NO.CELEX><NO.SEQ>0018.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7197</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7210</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C-582/08</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IR-RENJU UNIT</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkonċerna d-dritt ta’ persuni minn pajjiżi terzi li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u li jipprovdu servizzi finanzjarji jew ta’ assigurazzjoni lil klijenti li wkoll ikunu barra mill-UE, li jagħmlu tnaqqis jew rimbors tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi miksuba fl-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ċaħad l-irkupru tat-taxxa tal-input imħallsa għal ċerti tranżazzjonijiet, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 169, 170 u 171 tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>id-Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dawn l-artikoli jissostitwixxu l-Artikolu 17(3) u 17(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>is-Sitt Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).</P></NOTE> u taħt l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE, tas-<DATE ISO="19861117">17 ta’ Novembru 1986</DATE>, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus - Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 129; iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>it-Tlettax-il Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-persuni taxxabbli kollha għandhom dritt, skont l-Artikoli 169 u 170 tad-Direttiva tal-VAT, inaqqsu jew jirċievu rimbors tat-taxxa tal-input fit-tliet sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 169<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Artikoli 169 u 170 tad-Direttiva tal-VAT (li kienu l-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT).</P></NOTE>. L-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Li kien l-Artikolu 17(3)(c) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</P></NOTE> jittratta tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni meta l-klijenti jkunu stabbiliti barra mill-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-regoli ta’ implementazzjoni dettaljati sabiex tinkiseb rimbors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Skont l-Artikolu 171 tad-Direttiva tal-VAT (li kien l-Artikolu 17(4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT), li jagħmel referenza għat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-<DATE ISO="19791206">6 ta’ Diċembru 1979</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>it-Tmien Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u għat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, kif stipulati fit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT għall-persuni minn pajjiżi terzi, ma jsemmux il-possibbiltà ta’ rimbors fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni. L-Artikolu 2(1) ta’ dik id-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jagħtu rimbors tal-VAT imposta safejn l-oġġetti jew is-servizzi jintużaw għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Li kien l-Artikolu 17(3)(a) u 17(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, iżda ma jagħmilx riferiment speċifiku<?PAGE NO="I-7198"?> għas-servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni inklużi fis-subparagrafu (c).</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT għaliex dan l-obbligu huwa inerenti għal-loġika tas-sistema tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit isostni li l-leġiżlazzjoni tiegħu tikkonforma mal-formulazzjoni espressa tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT u għalhekk ma kisirx il-liġi tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għażla li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha hija sempliċi iżda diffiċli, jiġifieri hija għandha tagħżel bejn l-interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjoni u l-interpretazzjoni intenzjonata tagħha, li tista’ tkun aktar adattata għas-sistema tal-VAT b’mod ġenerali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-Sitt Direttiva tal-VAT u d-Direttiva tal-VAT</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Inizjalment, l-oriġini u l-iskop tad-dritt għal tnaqqis kienu jinsabu fl-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-Artikolu 17(2), (3) u (4) ġie emendat bl-Artikolu 28(f) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, li ddaħħal permezz ta’ tliet direttivi: id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-<DATE ISO="19911216">16 ta’ Diċembru 1991</DATE>, li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temeda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160); id-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE>, li temenda d-Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ġodda sempliċi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud - skop għal ċerti eżenzjonijiet u arranġamenti prattiċi biex jimplimentawhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274), u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE, tas-<DATE ISO="20040426">26 ta’ April 2004</DATE>, li tadatta d-Direttivi 1999/45/KE, 2002/83/KE, 2003/37/KE u 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 77/388/KEE, 91/414/KEE, 96/26/KE, 2003/48/KE u 2003/49/KE, fl-oqsma tal-moviment liberu ta’ merkanzija, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-agrikoltura, il-politika dwar it-trasport u t-tassazzjoni, għar-raġuni tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2004">ĠU L 168, p. 35</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Id-Direttiva tal-VAT, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Artikolu 413 tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, ifformulat mill-ġdid is-Sitt Direttiva tal-VAT iżda ma kellhiex l-intenzjoni li tibdilha b’mod sostanzjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Premessi 1 u 3 tal-preambolu tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 17 tas-Sitt<?PAGE NO="I-7199"?> Direttiva tal-VAT issa jinsabu fl-Artikoli 168 sa 171 tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont l-Anness XII tad-Direttiva tal-VAT, imsemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Tabella ta’ Korrelazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, li jissostitwixxi l-Artikolu 17(3)(a), (b) u (c) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, jikkorrispondi għall-Artikolu 169(a), (b) u (c) u għall-Artikolu 170(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT. L-Artikolu 28(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, li jissostitwixxi l-Artikolu 17(4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, jikkorrispondi għall-Artikolu 171 tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 169 u 170 tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Li kienu l-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, kull persuna taxxabbli għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tkun intitolata li tnaqqas il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>jirċievu rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> għal oġġetti u servizzi użati għall-finijiet ta’ dan li ġej<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ta’ minn jinnota li filwaqt li s-Sitt Direttiva tal-VAT kienet tirreferi għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> għal tnaqqis jew rifużjoni, id-Direttiva tal-VAT titkellem dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>intitolament<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għal tnaqqis jew rifużjoni. Madankollu, jiena ma nqisx li din hija differenza sostanzjali fil-kontentut ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, billi tali bidla ma ġietx indikata espressament mil-leġiżlatur.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(a) transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet msemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Din id-dispożizzjoni tiddefinixxi l-attività ekonomika bħala kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, inkluż l-isfruttament ta’ proprjetà intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul.</P></NOTE>, li twettqu barra mill-Istat Membru li fih dik it-taxxa hi dovuta jew imħallsa, li fir-rigward tiegħu [tagħhom] il-VAT tista’ titnaqqas jekk dawn twettqu f’dak l-Istat Membru;</P><P>(b) […];<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Dan is-subparagrafu ma huwiex rilevanti għall-finijiet tagħna. Huwa jittratta l-eżenzjonijiet: relatati mal-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti; għal ċerti servizzi ta’ trasport u t-trasport internazzjonali; fuq l-importazzjoni; li jirrigwardaw ċerti tranżazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjonijiet; għall-provvista ta’ servizzi minn intermedjarji; għal tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ internazzjonali.</P></NOTE></P><P>(ċ) transazzjonijiet li huma eżenti skond il-punti (a) sa (f) ta’ l-Artikolu 135(1)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Li kien l-Artikolu 13B(a) u (d) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, jiġifieri, tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni.</P></NOTE>, fejn il-konsumatur ikun stabbilit barra mill-[UE] jew fejn dawk it-transazzjonijiet ikunu relatati direttament mal-merkanzija li ser tkun esportata barra mill-[UE].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 171 tad-Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Li kien l-Artikolu 17(4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</P></NOTE> jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għandha ssir rifużjoni tal-VAT […] skond ir-regoli ta’ implimentazzjoni ddettaljati stabbiliti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fit-Tmien Direttiva tal-VAT (fir-rigward ta’ persuni stabbiliti fl-UE) u fit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT (fir-rigward ta’ persuni stabbiliti barra mill-UE).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7200"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-Tmien Direttiva tal-VAT</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kull Stat Membru għandu jirrifondi lil kull persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita fit-territorju ta’ dak il-pajjiż iżda li tkun stabbilita fi Stati Membru ieħor, soġġetta għall-kondizzjoniiet preskritti taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud mitluba fir-rigward ta’ servizzi jew proprjetà li tista’ tiċċaqlaq ipprovduta lilha minn persuni oħra taxxabbli fit-territorju tal-pajjiż jew mitluba fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ merkanzija fil-pajjiż, sakemm tali merkanzija u servizzi jintużaw għall-għanijiet tat-transazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) ta’ Direttiva 77/388/KEE u tad-disposizzjoni ta’ servizzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(b).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>It-Tlettax-il Direttiva tal-VAT</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT huwa fformulat f’termini simili. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jagħti r-rifond lil kull persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità, bla ħsara għall-kondizzjonijiet dikjarati hawn taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq servizzi jew proprjetà mobbli fornita lilha fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuni taxxabbli oħra jew imposta fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti fil-pajjiż, safejn dawn l-oġġetti u servizzi jiġu użati għall-iskopijiet ta’ transazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) tad-Direttiva 77/388/KEE jew fid-disposizzjoni ta’ servizzi riferiti fil-punt 1 (b) ta’ l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tat-Tlettax-il Direttiva għadha tirreferi għad-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva, jiġifieri għall-Artikolu 17(3)(a) u (b) tagħha, minkejja d-dħul fis-seħħ sussegwenti tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mis-Sezzjonijiet 26 u 39 tal-Att tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, l-Artikolu 3 tal-Ordni tal-1999 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Taxxa tal-Input) (Provvisti Speċifiċi) u r-Regolament 190 tar-Regolamenti tal-2004 dwar it-Taxxa<?PAGE NO="I-7201"?> fuq il-Valur Miżjud (emenda) (Nru 4), il-kummerċjanti li ma humiex stabbiliti fl-UE ma humiex intitolati jirkupraw taxxa tal-input imħallsa fuq it-tranżazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit emenda l-leġiżlazzjoni tiegħu fl-2004 wara sentenza tal-Court of Appeal of England and Wales (Qorti tal-Appell tal-Ingilterra u ta’ Wales) li skontha, minħabba li t-tranżazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(3)(c) tas-Sitt Direttiva tal-VAT ma kinux stipulati fl-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT, ma kienx hemm dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20040514">14 ta’ Mejju 2004</DATE>, WHA Limited and others vs HM Commissioners of Customs and Excise (STC p. 1081, punti 123 sa 125).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Minħabba din il-bidla, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ avviż formali lir-Renju Unit fejn esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni l-ġdida tar-Renju Unit mal-liġi tal-UE. Billi ma kinitx sodisfatta bir-risposta tar-Renju Unit għal din l-ittra ta’ avviż formali u għall-opinjoni motivata sussegwenti, hija fetħet din il-kawża skont l-Artikolu 226 KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Illum l-Artikolu 258 TFUE (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 C 115, p. 47</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li l-kawża mressqa mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas tiegħu li jwettaq obbligu tirrigwarda l-perijodu li jibda mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, id-data ta’ meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva tal-VAT, billi l-opinjoni motivata ssemmi biss l-Artikoli 169, 170 u 171 tad-Direttiva tal-VAT, u mhux l-Artikolu 17(3) u (4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT. L-Artikolu 17(3) u (4) jissemma biss fl-ittra ta’ avviż formali, li ntbagħtet lir-Renju Unit qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tirrileva li dan ma jaffettwax din il-kawża għaliex il-mod kif inhuma fformulati l-artikoli taż-żewġ direttivi ma jvarjax b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dejjem qieset li proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tista’ tkun ibbażata biss fuq l-argumenti u l-motivi li diġà ġew stabbiliti fl-opinjoni motivata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/91" PAGE.ECR="I-6735" YEAR="1992">C-210/91, Ġabra p. I-6735</REF.DOC.ECR>, punt 10, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7202"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan ma jirrigwardax sitwazzjonijiet bħal dawk tal-kawża inkwistjoni. L-għan ta’ tali regola huwa li jiġi żgurat li d-dritt ta’ difiża ta’ Stat Membru jiġi rrispettat, u li dan ikun mgħarraf bil-kawża mibdija kontrih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19840711">11 ta’ Lulju 1984</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="51/83" PAGE.ECR="2793" YEAR="1984">51/83, Ġabra p. 2793</REF.DOC.ECR>, punt 4); ara, iktar reċentement, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Litwanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-274/07" PAGE.ECR="I-7117" YEAR="2008">C-274/07, Ġabra I-7117</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’din il-kawża ma hemmx ir-riskju ta’ ksur ta’ dawn id-drittijiet. L-argumenti u l-motivi inklużi fl-ittra tal-avviż formali u fl-opinjoni motivata huma l-istess. Fil-fehma tiegħi, it-tentattivi tar-Renju Unit li jwaqqfu l-kawża ma jistgħux jirnexxu billi l-intenzjoni tad-Direttiva tal-VAT kienet ir-riformulazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT mingħajr tibdil sostanzjali tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Premessa 3 tal-preambolu tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>. Barra minn hekk, huwa ċar li l-artikolu indikat mill-Kummissjoni fl-ittra ta’ avviż formali huwa espliċitament ekwiparat mal-artikoli indikati fl-opinjoni motivata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Anness XII tad-Direttiva tal-VAT, fit-taqsima dwar l-Artikolu 28f, punt (1), li jissostitwixxi l-Artikolu 17(2), (3) u (4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>. Kieku l-Kunsill kellu l-intenzjoni li jibdel is-sistema leġiżlattiva li kien hemm qabel id-Direttiva tal-VAT, huwa kien jindika l-Artikoli 169 sa 171 bħala dispożizzjonijiet li jintroduċu bidliet fis-sistema preeżistenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>L-aħħar sentenza tal-premessa 3 tal-preambolu tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>. Dan ma sarx.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kawża m’għandhiex tkun limitata għall-perijodu ta’ żmien indikat mir-Renju Unit.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Istati Membri huma obbligati jirrifondu l-persuni ta’ pajjiż terz li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fl-ambitu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, hija l-Kummissjoni li għandha turi li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’din il-kawża huwa diffiċli li jiġi sodisfatt dan l-oneru billi, peress li d-dispożizzjoni hija fformulata b’mod ċar u mingħajr ambigwità, hemm bżonn ta’ raġunijiet straordinarji sabiex id-dispożizzjoni tiġi interpretata mod ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, Carboni e derivati (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-263/06" PAGE.ECR="I-1077" YEAR="2008">C-263/06, Ġabra p. I-1077</REF.DOC.ECR>, punt 48), u tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Les Vergers du Vieux Tauves (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-48/07" PAGE.ECR="I-10627" YEAR="2008">C-48/07, Ġabra p. I-10627</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma tipprovdix għal rimbors għal persuni ta’ pajjiż terz li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7203"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tkun ’il bogħod wisq mill-formulazzjoni li effettivament hija użata fid-dispożizzjoni. Jekk dispożizzjoni tistipula espressament li tapplika għas-subparagrafi (a) u (b), hija ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tapplika għas-subparagrafu (c) għaliex b’hekk tkun qed titbiegħed mis-sens tal-lingwa użata f’dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Madankollu, l-interpretazzjoni litterali u s-sens ċar jistgħu ma jkunux sinonimi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mayras fis-sentenza tat-<DATE ISO="19800228">28 ta’ Frar 1980</DATE>, Fellinger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="67/79" PAGE.ECR="535" YEAR="1980">67/79, Ġabra p. 535</REF.DOC.ECR>, p. 550).</P></NOTE> billi s-sens litterali ta’ dispożizzjoni jista’ jkun ambigwu.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Meta l-formulazzjoni espressa ta’ dispożizzjoni tkun ambigwa jew kontradittorja, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċħad interpretazzjoni litterali u tiffavorixxi oħra li tkun iktar kompatibbli mal-għanijiet tal-liġi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minn naħa, is-sens tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma huwiex ambigwu: kif indika r-Renju Unit, it-test jirreferi għal tnejn mit-tliet subparagrafi tas-Sitt Direttiva tal-VAT permezz ta’ numri u ittri, jiġifieri, simboli u mhux kliem. Tali simboli, għall-kuntrarju tal-kliem, ma jistgħux ikunu ambigwi, u għalhekk, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jidher li ma hemmx bżonn jiġi analizzat is-sens tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, teżisti inkoerenza bejn l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT u l-Artikolu 169 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu analizzati l-għanijiet tal-Artikolu 169 tad-Direttiva tal-VAT u tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT. Il-preambolu ta’ dawn id-direttivi ma jagħmilx riferiment għall-għanijiet ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. F’dawk iċ-ċirkustanzi jkun utli li ssir analiżi tat-<HT TYPE="ITALIC">travaux préparatoires</HT> marbuta ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet tal-adozzjoni tal-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT jew tal-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT ma ġew stabbiliti b’mod ċar f’ebda dokument. Madankollu, kien hemm min issuġġerixxa li l-possibbiltà ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors ingħatat biex tiġi żgurata n-newtralità kompetittiva tal-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni tal-UE fis-swieq finanzjarji internazzjonali billi tiġi introdotta l-possibbiltà li tittaffa s-sitwazzjoni fejn taxxa tkun imposta f’diversi stadji (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tax cascading<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jiġifieri sitwazzjoni fejn ikun hemm VAT tal-input moħbija u mhux irkuprabbli fuq akkwisti ta’ oġġetti u servizzi li jkunu ta’ piż fuq l-istruttura tal-ispejjeż tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>O. Henkow, <HT TYPE="ITALIC">Financial Activities in European VAT</HT>, Kluwer Law International, 2008, p. 286.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7204"?><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-UE, is-servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni huma eżentati mill-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Skont l-Artikolu 135 tad-Direttiva tal-VAT (li kien l-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-VAT).</P></NOTE>, u dan ifisser li ma għandu jkun hemm ebda dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input għaliex is-servizzi eżentati ma humiex suġġetti għal taxxa tal-output<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, BLP (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-4/94" PAGE.ECR="I-983" YEAR="1995">C-4/94, Ġabra p. I-983</REF.DOC.ECR>, punt 28); ara wkoll is-sentenza tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Debouche (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/93" PAGE.ECR="I-4495" YEAR="1996">C-302/93, Ġabra p. I-4495</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Mingħajr il-possibbiltà ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors korrispondenti, il-persuni taxxabbli stabbiliti fl-UE u li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni se jinġiegħlu jassorbu taxxa tal-input li ma tistax titnaqqas meta jittrattaw mal-klijenti tagħhom li ma jkunux fl-UE. Peress li huma jgħaddu l-impossibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT tal-input lill-klijenti tagħhom permezz ta’ prezzijiet ogħla, dawk il-persuni taxxabbli tal-UE se jkunu fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-persuni taxxabbli f’ġurisdizzjonijiet oħra li fl-istruttura tal-ispejjeż tagħhom ma jkunx hemm VAT moħbija.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-possibbiltà ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors tidher li hija mixtieqa biex titħares il-kompetittività internazzjonali tas-settur finanzjarju tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-għażla ta’ politika ma timplikax li għandhom jingħataw possibbiltajiet simili lil persuni minn pajjiż terz li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-persuni taxxabbli kollha, inklużi dawk stabbiliti barra mill-UE, għandhom il-possibbiltà li jiksbu rimbors għaliex id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> skont is-sistema tal-VAT tal-UE hija waħda globali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Artikolu 9 tad-Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, il-persuni li ma humiex stabbiliti fl-UE ma ngħatawx dritt bla kundizzjonijiet li jitolbu rimbors skont l-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT. Oriġinarjament, l-Artikolu 17(4) ta’ dik id-direttiva kien jippermetti lill-Istati Membri jirrifjutaw li jagħtu rimbors jew jimponu kundizzjonijiet supplimentari għall-persuni li ma humiex stabbiliti fl-UE. Iktar tard, l-Artikolu 17(4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT ġie ssostitwit biex jinkludi referenzi, inizjalment, għat-Tmien Direttiva tal-VAT u, sussegwentement, għat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ukoll. Fit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT, għadhom possibbli ċerti limitazzjonijiet fir-rigward tal-għoti ta’ rimbors: l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-rimbors għall-kundizzjoni li jingħataw vantaġġi simili minn Stati terzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>, u l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta’ rappreżentant fiskali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Artikolu 2(3) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>It-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ġiet adottata biss wara diskussjonijiet fit-tul fil-Kunsill, li kienu neċessarji b’mod partikolari għaliex ma setax jintlaħaq qbil dwar lista’ ta’ nefqiet li ma kinux eliġibbli għal rimbors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>B. Terra u J. Kajus, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>The Thirteenth VAT Directive<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, <HT TYPE="ITALIC">A guide to the European VAT directives, IBFD, 2004</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-preambolu tagħha jistabbilixxi li t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT għandha l-għan<?PAGE NO="I-7205"?> li tiżviluppa relazzjonijiet kummerċjali armonjużi ma’ pajjiżi terzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Premessa 2 tal-preambolu tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont l-Espożizzjoni tal-Motivi tal-proposta għat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT, din id-direttiva kellha wkoll l-għan li jiġu eliminati d-differenzi fit-trattament ta’ kummerċjanti li ma humiex stabbiliti fl-UE min-naħa tal-Istati Membri billi tali differenzi kienu qed joħolqu żvijjar tal-kummerċ fl-UE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Paragrafi 3 u 4 tal-Espożizzjoni tal-Motivi tal-Proposta għat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus - Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-Espożizzjoni tal-Motivi tal-Proposta għat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT), COM(82) 443.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Espożizzjoni tal-Motivi tal-Proposta tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT kienet tagħmel riferiment espress għas-sistema u għad-diskussjonijiet ta’ qabel l-adozzjoni tat-Tmien Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 4).</P></NOTE>. Meta ż-żewġ Espożizzjonijiet tal-Motivi jinqraw flimkien, joħroġ b’mod ċar li l-għan tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT kien li jagħti lill-kummerċjanti stabbiliti barra mill-UE l-istess trattament mogħti lill-kummerċjanti tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għal dan l-iskop, it-<HT TYPE="ITALIC">travaux préparatoires</HT> tat-Tmien Direttiva tal-VAT jindikaw li t-Tmien Direttiva tal-VAT kienet meqjusa sempliċement bħala l-ewwel miżura li timplementa l-prinċipju tar-rimbors tal-VAT għall-persuni taxxabbli kollha mhux residenti, li kellha eventwalment tkun segwita bi proposti biex tissolva l-problema ta’ rimbors għal persuni taxxabbli residenti f’pajjiżi terzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Punt 3 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkorpora l-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej lill-Kunsill għal Tmien Direttiva fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus - arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewoprew) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="039" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1979">ĠU 1979 C 39, p. 14</REF.DOC.OJ>)<HT TYPE="ITALIC">.</HT></P></NOTE>. Fil-fatt, il-Parlament Ewropew ikkunsidra wkoll li d-distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità u dawk li ma humiex stabbiliti fil-Komunità ma hijiex sodisfaċenti billi daħħlet element ta’ akkumulazzjoni fl-impożizzjoni tat-taxxa, li jmur kontra l-prinċipju tas-sistema tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, (punt 4).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-Tlettax-il Direttiva tal-VAT kienet tindirizza wħud mill-istess problemi li kienet tindirizza t-Tmien Direttiva tal-VAT: l-evitar ta’ żvijjar tal-kummerċ fl-UE minħabba regoli differenti ta’ rimbors applikati mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’dan, il-Kummissjoni tifhem li dawn iż-żewġ direttivi għandhom jiġu interpretati bl-istess mod. Skontha, ma jistax jiġi sostnut li s-servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni huma inklużi f’direttiva minnhom iżda mhux fl-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar jekk l-interpretazzjoni mogħtija lil dispożizzjoni fformulata b’mod simili f’direttiva oħra tistax tiġi trasposta<?PAGE NO="I-7206"?> permezz ta’ analoġija għandha tiġi deċiża fid-dawl tal-għanijiet taż-żewġ direttivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19820209">9 ta’ Frar 1982</DATE>, Polydor u RSO (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="270/80" PAGE.ECR="329" YEAR="1982">270/80, Ġabra p. 329</REF.DOC.ECR>, punti 14 sa 18). Ara, iktar reċentement, is-sentenza tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Grimme (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/08" PAGE.ECR="I-10777" YEAR="2009">C-351/08, Ġabra p. I-10777</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża, minkejja l-għanijiet parzjalment komuni tat-Tmien u tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT, ma jidhirlix li għandhom jiġu interpretati bl-istess mod għaliex it-Tmien Direttiva tal-VAT tittratta persuni taxxabbli stabbiliti fl-UE filwaqt li t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT tittratta dawk stabbiliti f’pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jiġġustifika l-fatt li persuni taxxabbli li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni u li jaqgħu taħt it-Tmien Direttiva tal-VAT jiġu ttrattati b’mod differenti mill-persuni koperti bit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT għaliex il-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni li jinsabu fit-Trattati japplikaw għal dawk imsemmija tal-ewwel, u mhux għal dawk imsemmija tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ huwa konsistenti mal-ġurisprudenza li tipprovdi li kull dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl ta’ regoli legali ogħla, u li l-interpretazzjoni li tkun kompatibbli ma’ dawk ir-regoli legali ogħla għandha tiġi ppreferuta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19831213">13 ta’ Diċembru 1983</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="218/82" PAGE.ECR="4063" YEAR="1983">218/82, Ġabra p. 4063</REF.DOC.ECR>, punt 15). Ara, iktar reċentement, is-sentenza tal-<DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Schutzverband der Spirituosen-Industrie (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-457/05" PAGE.ECR="I-8075" YEAR="2007">C-457/05, Ġabra p. I-8075</REF.DOC.ECR>, punt 22).</P></NOTE>. Għaldaqstant, it-trattament ta’ persuni taxxabbli stabbiliti fl-UE jista’ jkollu riżultati differenti mit-trattament ta’ persuni li ma humiex.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>It-<HT TYPE="ITALIC">travaux préparatoires</HT> ma jsemmux espressament it-trattament ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni. Fil-fehma tiegħi, ma huwiex mingħajr sinjifikat il-fatt li l-proposta oriġinali tat-Tmien Direttiva tal-VAT kienet tagħmel riferiment għall-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT fil-forma ġenerali tiegħu, filwaqt li d-direttiva li finalment ġiet adottata tagħmel biss riferiment għas-subparagrafi (a) u (b) ta’ dak l-artikolu. Dan jindika li l-leġiżlatur deliberatament iddeċieda li ma jinkludix is-servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni billi din il-konsegwenza ċertament ġiet innotata meta ġiet emendata l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Kummissjoni ssostni li l-ommissjoni relatata mas-subparagrafu (c) fit-Tmien Direttiva tal-VAT kienet żball. Hija tirreferi għall-Espożizzjoni tal-Motivi tal-Proposta għat-Tmien Direttiva tal-VAT biex issostni l-argument tagħha, fejn il-Kummissjoni tispjega li s-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subparagrafu (c) probabbilment huma koperti bis-subparagrafu (a). Il-Kummissjoni issa taċċetta li din il-fehma hija kważi ċertament żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-argument li din l-ommissjoni kienet żball ma jikkonvinċinix. Fil-fehma tiegħi, anki jekk kien żball, dan ma huwiex rilevanti fil-liġi. Huwa diffiċli naċċetta li dan l-iżball baqa’ ma ġiex ikkorreġut sa issa, tletin sena wara li ġiet abbozzata t-Tmien Direttiva<?PAGE NO="I-7207"?> tal-VAT, speċjalment għaliex fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, li tistabbilixxi regoli ddettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-[Direttiva tal-VAT], għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Direttiva 2008/9<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2008">ĠU L 44, p. 23</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li daħlet fis-seħħ fl-2008, dan l-allegat żball baqa’ jidher.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, mill-għan jew mill-proċess leġiżlattiv tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma jistax jiġi aċċertat b’mod ċar li l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi inkluż f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Hemm raġunijiet imperattivi biex ma jiġix applikat is-sens litterali?</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-unika possibbiltà għall-Kummissjoni li r-rikors tagħha jkollu eżitu pożittiv hija billi turi li hemm raġunijiet imperattivi biex l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT jiġi interpretat b’mod li jmur kontra l-formulazzjoni tiegħu. Fil-fehma tiegħi, dan ikun jeħtieġ li t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT jew l-Artikolu 169(c) Direttiva tal-VAT jiċċaħħdu mis-sinjifikat jew mill-effettività tagħhom jekk l-Artikolu 2 tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma jinqrax fis-sens li jagħmel riferiment taċitu għal dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni li tkun konsistenti mal-prinċipju sottostanti t-test li jkun qed jiġi interpretat hija ppreferuta minn interpretazzjoni li tagħmel il-prinċipju ineffikaċi jew null<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19880204">4 ta’ Frar 1988</DATE>, Murphy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="157/86" PAGE.ECR="673" YEAR="1988">157/86, Ġabra p. 673</REF.DOC.ECR>, punt 10); sentenza tat-<DATE ISO="19880922">22 ta’ Settembru 1988</DATE>, Land de Sarre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="187/87" PAGE.ECR="5013" YEAR="1988">187/87, Ġabra p. 5013</REF.DOC.ECR>, punt 19). Ara, iktar reċentement, is-sentenza tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Zuid-Hollandse Milieufederatie u Natuur en Milieu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/05" PAGE.ECR="I-2443" YEAR="2006">C-174/05, Ġabra p. I-2443</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża, la t-Tlettax-il Direttiva u lanqas l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT ma jiċċaħħdu mis-sinjifikat jew mill-effettività jekk il-Qorti tal-Ġustizzja timxi mal-formulazzjoni espressa tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT: l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT xorta japplika għall-persuni stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat, u t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT xorta tkun applikabbli għal rimbors għal persuni li ma humiex stabbiliti fl-UE u li għalihom japplikaw iż-żewġ subparagrafi l-oħra tal-Artikolu 169 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT hija sempliċement miżura ta’ implementazzjoni u, għaldaqstant, f’każ ta’ kunflitt, għandu jipprevali d-dritt għal tnaqqis u għal rimbors stipulat fid-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 171 tad-Direttiva tal-VAT tirreferi espressament għat-Tmien u t-Tlettax-il Direttivi tal-VAT bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>regoli ta’ implimentazzjoni ddettaljati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.<?PAGE NO="I-7208"?> Abbażi ta’ dan, jistgħu jitqiesu sekondarji fir-rigward tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ovvjament, is-Sitt u t-Tlettax-il Direttivi tal-VAT, kif ukoll id-Direttiva tal-VAT, huma ugwali fil-ġerarkija tan-normi għaliex huma lkoll direttivi tal-Kunsill adottati abbażi tal-istess dispożizzjonijiet tat-Trattat. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">lex superior</HT> bejniethom hija eskluża. Hemm differenza bejn il-ġerarkija normattiva rispettiva ta’ dawn id-direttivi bejniethom stess, minn naħa, u bejnhom u bejn it-Trattati, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-prinċipju, dan ifisser li r-regoli ta’ implementazzjoni ddettaljati li hemm fit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT jistgħu jvarjaw mid-dispożizzjonijiet li hemm fis-Sitt Direttiva tal-VAT. Huwa konċepibbli li l-leġiżlatur, meta jimplementa att leġiżlattiv preċedenti, jiddeċiedi li ma jimplementax uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, u b’hekk ikun qed jagħmel emenda taċita tal-att, jew għall-inqas iħalli l-implementazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet suġġetta għal deċiżjonijiet futuri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Għandu jingħad ukoll li dan huwa possibbli biss għal atti tal-istess livell fil-ġerarkija tan-normi. Miżura tal-UE li timplementa u li tkun ta’ livell inferjuri fil-ġerarkija tan-normi jew miżura nazzjonali li timplementa jew li tittrasponi ma tistax tibdel il-portata jew is-sens ta’ dispożizzjonijiet tal-att li jkun irid jiġi implementat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa raġonevoli li wieħed jimxi fuq is-suppożizzjoni li meta jkun hemm lok għal interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni fl-att li jimplementa, l-interpretazzjoni għandha tfittex li tkun f’armonija mal-att oriġinali.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-għan tat-Tmien Direttiva tal-VAT ma huwiex li tippreġudika s-Sitt Direttiva tal-VAT, iżda pjuttost li tarmonizza d-dritt għal rimbors stipulat fl-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza Debouche, iċċitata fin-nota 29, punt 18; Sentenza tal-<DATE ISO="20070315">15 ta’ Marzu 2007</DATE>, Reemtsma Cigarettenfabriken (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/05" PAGE.ECR="I-2425" YEAR="2007">C-35/05, Ġabra p. I-2425</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>. Skont din il-loġika, l-Artikolu 2 tat-Tmien Direttiva tal-VAT għandu jinftiehem fis-sens li jsaħħaħ l-Artikolu 17(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, u dan jgħodd ukoll għall-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ obbligu ta’ rimbors fil-konfront ta’ persuni ta’ pajjiż terz li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji jew ta’ assigurazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, f’dan l-istadju ta’ żvilupp tal-liġi tal-UE, ma jeżisti ebda obbligu għall-Istati Membri ta’ rimbors tal-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT li ma humiex stabbiliti fl-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, id-diversi regoli relatati mat-tnaqqis jew rimbors tas-sistema tal-VAT jirriflettu għażliet ta’ politika fiskali iktar milli ħtiġijiet loġiċi jew legali. Eżempji fil-passat juru li xi drabi l-leġiżlatur jista’ jagħmel għażliet regolatorji fil-qasam tal-VAT li jkunu<?PAGE NO="I-7209"?> inkoerenti jew saħansitra ma jiffunzjonawx mill-perspettiva ekonomika jew fiskali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fil-passat kien hemm bżonn tiġi mmanipulata s-sistema tal-VAT, l-aktar fil-qasam tat-tnaqqis, sabiex l-impożizzjoni ta’ rati sostanzjalment ogħla minn dawk imposti bis-sistema tat-taxxa kumulattiva fuq dħul mill-bejgħ setgħet tiġi evitata. Dawn l-interferenzi f’sistema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>pura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-VAT għadhom jeżistu sallum. Pereżempju, ġiet introdotta regola <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>butoir<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>buffer rule<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li llimitat id-dritt tat-tnaqqis tal-ammont tal-VAT dovuta f’perijodu ta’ taxxa, bil-kumplament jiġi ttrasferit għall-perijodu li jkun imiss. Din ir-regola għadha permessa skont l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT (li kien l-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-VAT). Ara B. Terra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Developments in VAT — the deduction of input tax<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, <HT TYPE="ITALIC">VAT monitor</HT>, Volum 7, Nru 2, Marzu/April, 1996, p. 52.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Anki jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT kif proposta mill-Kummissjoni hija aktar adattata għall-iskema attwali tal-VAT mill-perspettiva tal-politika fiskali, dik l-interpretazzjoni ma tirriflettix it-test ta’ dik id-dispożizzjoni, speċjalment għaliex il-leġiżlatur konxjament iddeċieda li jibqa’ sieket f’dan ir-rigward<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Kif qal il-Professur Kaarle Makkonen: il-leġiżlatur jista’ jkun kapriċċuż. Ara K. Makkonen,, <HT TYPE="ITALIC">Zur Problematik der juridischen Entscheidung</HT>, <HT TYPE="ITALIC">Eine strukturanalytische Studie</HT>, Annales Universitatis Turkuensis Ser B Humaniora 93, Turku 1965, p. 203.</P></NOTE>. Hija għalhekk ir-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jirrimedja għal din l-ommissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19810709">9 ta’ Lulju 1981</DATE>, Gondrand u Garancini (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="169/80" PAGE.ECR="1931" YEAR="1981">169/80, Ġabra p. 1931</REF.DOC.ECR>, punti 16 u 17). Ara wkoll l-aħħar punt tal-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Slynn f’dik il-kawża, p. 1949. Ara, l-iktar reċentement, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Nijemeisland (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-170/08" PAGE.ECR="I-5127" YEAR="2009">C-170/08, Ġabra p. I-5127</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni tar-Renju Unit hija bbażata fuq it-test espress u mingħajr ambigwità ta’ dispożizzjoni tad-Direttiva tal-VAT li huwa obbligat jittrasponi u japplika. Iċ-ċertezza legali tipprekludi li l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT jiġi inkluż fl-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT meta tali interpretazzjoni ma ssegwix mill-kliem użat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Gaz de France - Berliner Investissement (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-247/08" PAGE.ECR="I-9225" YEAR="2009">C-247/08, Ġabra p. I-9225</REF.DOC.ECR>, punt 38). Ta’ min jinnota li f’dik il-kawża, għalkemm id-dispożizzjoni inkwistjoni kienet emendata mil-leġiżlatur f’direttiva sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet interpretazzjoni bbażata fuq l-għanijiet u l-iskema tal-leġiżlazzjoni u ffavorixxiet il-formulazzjoni espressa ta’ dik id-dispożizzjoni.</P></NOTE>. Ir-Renju Unit jista’ jinvoka dan il-prinċipju bħala sostenn tal-pożizzjoni tiegħu, liema prinċipju huwa partikolarment importanti fil-qasam tal-liġi fiskali billi kemm il-persuna taxxabbli u kemm l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom ikunu jistgħu jibbażaw irwieħhom fuq it-test tal-liġi tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jidhirli wkoll li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija problematika mill-perspettiva kostituzzjonali u istituzzjonali. Jekk il-Kummissjoni verament issostni li hemm żball ta’ ommissjoni fit-test tat-Tmien u tat-Tlettax-il Direttivi tal-VAT, ma huwiex raġonevoli li din ma tużax id-dritt tagħha li tieħu inizjattiva legali biex tirrimedja għal din is-sitwazzjoni. Hija għamlet eżattament bil-kontra: fl-istess waqt li rrepetiet dan l-allegat żball fil-proposta tagħha għad-Direttiva l-ġdida 2008/9, hija bdiet proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ksur kontra Stat Membru li qiegħed jibbaża ruħu fuq is-sens litterali tat-test tad-dispożizzjoni rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinvoka wkoll żewġ problemi prattiċi jekk l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT ma jiġix inkluż fl-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT. L-ewwel nett, il-fatt li ma jkunx hemm ċertezza dwar l-interpretazzjoni tat-Tmien Direttiva tal-VAT minħabba l-formulazzjoni simili tal-Artikolu 2 fit-Tmien u fit-Tlettax-il Direttiva tal-VAT, u, it-tieni nett, li l-maġġoranza tal-Istati Membri jkunu<?PAGE NO="I-7210"?> qegħdin jiksru t-Tlettax-il Direttiva tal-VAT billi attwalment huma jippermettu r-rimbors ta’ persuni li ma humiex stabbiliti fl-UE u li jwettqu t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-ebda waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet prattiċi ma hija raġuni valida biex l-Artikolu 169(c) tad-Direttiva tal-VAT jiġi inkluż fl-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali diffikultajiet jistgħu jiġu rrimedjati bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet legali adattati biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ rimbors ta’ persuni li ma humiex stabbiliti fl-UE u li jwettqu tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni, jekk dan jitqies neċessarju wara li tinqata’ din is-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, jiena nikkonkludi li l-Kummissjoni ma rnexxilhiex turi li r-Renju Unit kiser l-Artikoli 169 sa 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jew l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE, tas-<DATE ISO="19861117">17 ta’ Novembru 1986</DATE>, fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus - arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità. Għalhekk nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>