Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0069 - 0070
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpanniji) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXII ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2002 ta' l-1 ta' Frar 2002 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal kumpannija Ewropea (SE) [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim: "10a. 32001 R 2157: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, ta' l-10.11.2001, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: (a) Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness I tar-Regolament: "- L-Islanda Hlutafélag; - Liechtenstein: die Aktiengesellschaft, die Kommanditaktiengesellschaft; - In-Norveġja Allmennaksjeselskap." (b) Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness II tar-Regolament: "- L-Islanda Hlutafélag, Einkahlutafélag; - Liechtenstein: die Aktiengesellschaft die Kommanditaktiengesellschaft die Gesellschaft mit beschränkter Haftung; - In-Norveġja Allmennaksjeselskap, Aksjeselskap."" Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, previst li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, 25 Ġunju 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 88, ta' l-4.4.2002, p. 22. [2] ĠU L 294, ta' l-10.11.2001, p. 1. [3] Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------