12004V030

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU IV - ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - L-ISTITUZZJONIJIET L-OħRA U L-KORPI KONSULTATTIVI TA'L-UNJONI - Artikolu I-30

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0025 - 0025


Artikolu I-30

Il-Bank Ċentrali Ewropew

1. Il-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali, jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Il-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali, ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li jikkostitwixxu l-Ewrosistema għandhom imexxu l-politika monetarja ta' l-Unjoni.

2. Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali għandha tkun iggvernata mill-korpi deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-għan prinċipali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali għandu jkun li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għal dan il-għan, għandha tagħti s-sostenn tagħha lill-politika ġenerali ekonomika fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għat-twettiq ta' l-għanijiet ta' l-Unjoni. Għandha tmexxi kompiti oħrajn tal-Bank Ċentrali skond il-Parti III u għall-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

3. Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa istituzzjoni. Għandu personalità ġuridika. Hu biss jista' jawtorizza l-ħruġ tal-euro. Għandu jkun indipendenti fl-eżerċizzju tal-poteri tiegħu u fl-amministrazzjoni tal-finanzi tiegħu. L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw dik l-indipendenza.

4. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jadotta l-miżuri li huma meħtieġa sabiex jeżegwixxi l-kompiti tiegħu skond l-Artikoli III-185 sa III-191 u l-Artikolu III-196, u skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Skond dawn l-istess Artikoli, dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, u l-banek ċentrali tagħhom, għandhom iżommu l-kompetenza tagħhom fil-kamp monetarju.

5. Fl-oqsma tas-setgħat tiegħu, l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi konsultat fuq kull proġettazzjoni ta' l-Unjoni, kif ukoll fuq kull proġett ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali, u jista' jagħti l-opinjoni tiegħu.

6. Il-korpi deċiżjonali tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-komposizzjoni tagħhom u l-metodi tal- ħidma tagħhom huma stabbiliti fl-Artikoli III-382 u III-383, kif ukoll fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

--------------------------------------------------