1.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9736 — Lone Star/BASF construction chemicals (EB) Business)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 217/08)

1.   

Fit-22 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Lone Star Funds (“Lone Star”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

in-negozju tal-kimiċi tal-kostruzzjoni ta’ BASF (“in-negozju EB tal-BASF”, il-Ġermanja)

Lone Star takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju EB tal-BASF.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Lone Star: Ditta tal-ekwità privata li tinvesti ma-dinja kollha fil-proprjetà immobbli, l-ekwità u assi finanzjarji oħra,

—

in-negozju EB tal-BASF: in-negozju tal-kimiċi tal-kostruzzjoni tal-BASF, li jikkonsisti f’żewġ unitajiet kummerċjali strateġiċi: (i) “sistemi għat-taħlit”, li tipprovdi soluzzjonijiet għal klijenti fil-manifattura tal-konkos, fl-industriji fl-industriji tas-siment u tal-kostruzzjoni taħt l-art, u (ii) “sistemi ta’ kostruzzjoni”, li toffri soluzzjonijiet għall-protezzjoni u t-tiswija ta’ bini u strutturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9736 — Lone Star/BASF construction chemicals (EB) business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).