12003TN06/09/B



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0818 - 0818


B. L-IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART

31999 L 0031: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar l-irdim ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

B'deroga mill-Artikoli 14(d)(i), 5(3)(a) u 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/31/KE u bla preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE [6] dwar l-iskart, u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE [7] dwar l-iskart perikoluż, il-ħtiġiet għall-iskart likwidu u korrużiv mhumiex ser japplikaw sas- 16 ta' Lulju 2009 fir-rigward ta' l-irmied ta' shale taż-żejt mitfugħ f'radam li jeżisti diġa' fl-Estonja. L-Estonja għandha tiżgura li tnaqqas b'mod gradwali l-irmied ta' shale taż-żejt mirdum kontra d-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija qabel skond l-ammonti massimi annwali li ġejjin:

- sad-data ta' l-adeżjoni: 3930000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2004: 3570000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2005: 3090000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2006: 2120000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007: 920000 tunnellata metrika;

- sal- 31 ta' Diċembru 2008: 350000 tunnellata metrika.

[6] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, 6.6.1996, p. 32).

[7] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

--------------------------------------------------