Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidraw il-Ftehim taż- Żona Ekonomika Ewropea, hekk kif emendat mill-Protokoll li jirranġa l-Ftehim taż- Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż- ŻEE Nru. 114/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/714/KE tas-7 ta' Novembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 97/778/KE u li taġġorna l-lista ta' posti ta' l-inspezzjoni tal-fruntieri li huma approvati għall-kontroll veterinarju [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (3) Din id- Deċiżjoni ma tapplikax għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/778/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness 1 mal-Ftehim: "- 32000 D 0714: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/714/KE tas-7 ta' Novembru 2000 (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 38)." Artikolu 2 Il-Deċiżjonijiet 2000/714/KE, bil-miktub, fil-lingwi ta' l-Islanda u tan- Norveġja, li ser ikunu ppublikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id- Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru 2002, iżda n- notifikazzjonijiet, taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, iridu jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż- ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id- Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-sezzjoni taż- ŻEE u fis-Suppliment taż- ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 5. [2] ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 38. [3] Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------