|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1222 |
20.6.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1222
tat-2 ta’ April 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati tas-sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi u għall-aġġornament tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi oħra lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija adotta l-opinjonijiet li ġejjin (2) dwar dawk il-proposti, wara li qies il-kummenti li waslu mingħand il-partijiet ikkonċernati:
|
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-partijiet ikkonċernati li kkontestaw il-valutazzjoni xjentifika stabbilita fl-opinjoni tal-RAC tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar l-ossidu nitruż. L-informazzjoni addizzjonali ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni u ma nstabitx li kienet biżżejjed biex tqajjem dubji dwar l-analiżi xjentifika li tinsab fl-opinjonijiet tal-RAC. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-RAC, huwa xieraq li jiġu introdotti jew aġġornati l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati tas-sustanzi kkonċernati abbażi tal-valutazzjoni magħmula f’dawk l-opinjonijiet u wara l-valutazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda jew aġġornati ma tkunx meħtieġa minnufih, peress li huwa neċessarju perjodu ta’ żmien sabiex il-fornituri jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew aġġornati u sabiex ibigħu l-stokkijiet eżistenti soġġetti għar-rekwiżiti regolatorji preeżistenti. Dak il-perjodu ta’ żmien huwa neċessarju ukoll sabiex il-fornituri jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità kontinwa ma’ rekwiżiti legali oħra wara l-bidliet li jsiru skont dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda jew aġġornati, u li jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u biex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-fornituri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn1 ta’ Frar 2027.
Madankollu, il-fornituri jistgħu jikklassifikaw, jittikkettaw u jippakkjaw is-sustanzi u t-taħlitiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/oj.
(2) L-opinjonijiet huma aċċessibbli fuq is-sit web li ġej: https://echa.europa.eu/registry-of-clh-intentions-until-outcome/-/dislist/name/-/ecNumber/-/casNumber/-/dte_receiptFrom/-/dte_receiptTo/-/prc_public_status/Opinion+Adopted/dte_withdrawnFrom/-/dte_withdrawnTo/-/sbm_expected_submissionFrom/-/sbm_expected_submissionTo/-/dte_finalise_deadlineFrom/-/dte_finalise_deadlineTo/-/haz_addional_hazard/-/lec_submitter/-/dte_assessmentFrom/-/dte_assessmentTo/-/prc_regulatory_programme/-/.
ANNESS
Il-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni konsekuttiva tan-numri tal-indiċi li jikkorrispondu għal kull entrata:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
l-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 015-012-00-1, 601-027-00-6, 602-025-00-8, 607-231-00-1, 613-044-00-6, 613-045-00-1, 615-008-00-5, 616-145-00-3, 616-211-00-1, 616-212-00-7 jinbidlu bl-entrati li ġejjin rispettivament:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1222/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)