|
26.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 172/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10684 — SWISS LIFE / VAUBAN / WASCOSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 172/03)
1.
Fid-19 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Vauban Infrastructure Partners SCA (“Vauban”, Franza), ikkontrollata minn BPCE S.A. (Franza), |
|
— |
WASCOSA Holding AG (“WASCOSA”, l-Iżvizzera). |
Swiss Life u Vauban se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Wascosa kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Swiss Life hija fornitur Ewropew ta’ pensjonijiet tal-ħajja komprensivi u soluzzjonijiet finanzjarji. Hija attiva fl-UE, fl-Iżvizzera, fir-Renju Unit, fil-Liechtenstein u f’Singapore. Swiss Life hija attiva fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u fis-segment tal-investiment u tal-ġestjoni tal-assi; tipprovdi wkoll soluzzjonijiet ta’ benefiċċji tal-impjegati lill-korporazzjonijiet multinazzjonali, |
|
— |
Vauban hija kumpanija Ewropea tal-ġestjoni tal-assi b’enfasi fuq investimenti ta’ ekwità infrastrutturali b’enfasi qawwija fi Franza iżda wkoll investimenti diretti fil-Finlandja, fl-Italja, fin-Norveġja, fil-Portugall u fi Spanja. Tirristruttura u timmaniġġja fondi ta’ ekwità li jinvestu fit-tfassil, fil-kostruzzjoni, fil-manutenzjoni, fil-finanzjament u fl-operat ta’ assi ta’ infrastruttura essenzjali fis-setturi tat-trasport, soċjali, diġitali u tal-utilitajiet, |
|
— |
WASCOSA hija kumpanija ta’ kiri u ġestjoni ta’ vaguni tal-merkanzija li hija attiva fil-livell internazzjonali. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-kiri pan-Ewropew ta’ vaguni tal-merkanzija, il-ġestjoni tal-flotot tal-vaguni tal-klijenti stess u pariri dwar il-manutenzjoni, l-assigurazzjoni u s-sikurezza madwar il-vaguni tal-merkanzija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10684 — SWISS LIFE / VAUBAN / WASCOSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).