|
11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10428 — CDPQ/OTPP/CMLIC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 411/04)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Columbian Mutual Life Insurance Company (“CMLIC”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
CDPQ and OTPP jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CMLIC kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CDPQ investitur istituzzjonali fit-tul li tiġġestixxi fondi primarjament għal pjanijiet ta’ pensjoni u assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi bil-kwariteri ġenerali f’Québec City. Hija tinvesti dawn il-fondi fi swieq finanzjarji importanti, f’ekwità privata, fi dħul fiss, fl-infrastruttura u fil-proprjetà immobbli. |
|
— |
OTPP hija impenjata bl-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment ta’ assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 331,000 għalliem attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario. |
|
— |
CMLIC hija fornitur ta’ assigurazzjonijiet tal-ħajja għall-individwi esklużivament fl-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10428 — CDPQ/OTPP/CMLIC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).