|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/912 |
P7_TA(2014)0407
Emenda tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2014)0181 – C7-0129/2014 – 2014/0101(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2017/C 443/83)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0181), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0129/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0264/2014), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |