Official Journal L 031 , 06/02/1986 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0104
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 254/86 ta' l-4 ta'Frar 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli fl-Istati Membri ħlief fi Spanja u l-Portugall għas-sardin u tonn ippreservat li jorigina fi Spanja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta' adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 175 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-prodotti tal-ħut [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni, u partikolarment l-Artikolu 19(4) tiegħu, Billi l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 jawtorizza lill-Istati Membri li jżommu, sakemm il-Komunità tkun għadha ma implimentatx arrangamenti għall-importazzjoni ta' sardin u tonn ippreservat, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fejn għandhom x'jaqsmu pajjiżi terzi applikabbli għal dawn il-prodotti meta r-Regolament in kwestjoni daħlu fis-seħħ; Billi l-Att ta' Adeżjoni jipprovdi li r-restrizzjonijiet kwantitattivi fis-seħħ dwar il-prodotti in kwestjoni għandhom jitnaqqsu progressivament u eliminati f'perijodi transitorji specifikati; Billi skeda għall-irtirar matul perjodu ta' żmien għandha titfassal; Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Prodotti mis-Sajd u l-Akwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi li jirriferi għalihom l-Artikolu 175 ta' l-Att ta' Adeżjoni applikabbli għas-sardin u tonn ippreservat għandu jkun abolit progressivament skond l-Artikolu 2. Artikolu 2 Esportazzjoni minn Spanja lill-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwita qabel l-1 ta' Jannar 1986 li fl-1 ta' Jannar 1985 applikat restrizzjonijiet kwantitattivi skond l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81, għandhom isiru: - dwar sardin ippreparat u ppreservat li jaqgħu taht is-subtitolu16.04 D tat-Tariffa Doganali Komuni: - mill-1 ta' Marzu 1986, soġġett għal massimu ta' 500 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1987, soġġett għal massimu ta' 610 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1988, soġġett għal massimu ta' 720 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1989, soġġett għal massimu ta' 830 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1990, soġġett għal massimu ta' 940 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1991, soġġett għal massimu ta' 1050 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1992, soġġett għal massimu ta' 1160 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1993, soġġett għal massimu ta' 1270 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1994, soġġett għal massimu ta' 1380 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1995, soġġett għal massimu ta' 1500 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1996, bla limitu, - dwar tonn ippreparat u ppreservat li jaqa’ taħt is-subtitolu 16.04 E tat-Tariffa Doganali Komuni: - mill-1 ta' Jannar 1986, soġġett għal massimu ta' 300 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1987, soġġett għal massimu ta' 415 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1988, soġġett għal massimu ta' 530 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1989, soġġett għal massimu ta' 645 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1990, soġġett għal massimu ta' 760 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1991, soġġett għal massimu ta' 875 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1992, soġġett għal massimu ta' 1000 tunnellata metrika - mill-1 ta' Jannar 1993, mingħajr limitu. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandhom jgħoddu mill-1 Marzu 1986. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Frar 1986. Għall-Kummissjoni António Cardoso E Cunha Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 379, tal-31.12.1981, pġ. 1. --------------------------------------------------