22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/102


P7_TA(2014)0341

Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0520 – C7-0223/2013 – 2013/0253(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 443/24)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0520),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0223/2013),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara/jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2013 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2013 (2),

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0478/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 58.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-6 ta' Frar 2014 (Testi adottati P7_TA(2014)0095).


P7_TC1-COD(2013)0253

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 806/2014.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

Il-firmatarji għall-Ftehim Intergovernattiv dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni jiddikjaraw li ser jaħdmu bla heda biex ilestu l-proċess ta' ratifika tiegħu f'konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali rispettivi fiż-żmien debitu sabiex il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jkun qed jopera għalkollox sal-1 ta' Jannar 2016.