02020R1682 — MT — 13.11.2020 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1682

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 379 13.11.2020, p. 31)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 22.4.2021, p.  21 (2020/1682)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1682

tat-12 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, fit-tabella, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:



▼C1

▼B

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/

INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“313

2-Idrossietil Metakrilat (*1)

HEMA

868-77-9

212-782-2

Prodotti tad-dwiefer

 

Użu professjonali biss

Għall-użu professjonali biss

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

314

Aċidu 11,14-Diossa-2,9-diażaeptadek-16-enojku, 4,4,6,16-tetrametil-10,15-diosso, 2-[(2-metil-1-osso-2-propenil)ossi]etil ester (*2)

DI-HEMA TRIMETILESSIL DIKARBAMAT

41137-60-4/72869-86-4

255-239-5/276-957-5

Prodotti tad-dwiefer

 

Użu professjonali biss

Għall-użu professjonali biss

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika

(*1)   

Mit-3 ta’ Ġunju 2021 il-prodotti li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx isiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

(*2)   

Mit-3 ta’ Ġunju 2021 il-prodotti li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx ma’ dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx isiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”

▼B