<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-90/11</NO.CASE><NO.CASE>C-91/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0090</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:147">EU:C:2012:147</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120315">15.3.2012</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-90/11 U C-91/11</P><P>STRIGL U SECURVITA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade marks</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/95/KE</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Espressjonijiet verbali magħmula minn kombinazzjoni ta’ kliem u minn sekwenza ta’ ittri identiċi għall-ittri inizjali ta’ dawn il-kliem</KEYWORD><KEYWORD>Karattru distintiv</KEYWORD><KEYWORD>Karattru deskrittiv</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-90/11 u C-91/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20110111">11 ta’ Jannar 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110225">25 ta’ Frar 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alfred Strigl — Deutsches Patent- und Markenamt</HT> (C-90/11)</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH</HT> (C-91/11)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), E. Juhász, G. Arestis u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH, minn J. Nabert, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. van Rijn u F. Bulst, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal domandi preliminari jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="25" NO.OJ="299" DATE.PUB="2008">ĠU L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ proċeduri, waħda mibdija minn A. Strigl kontra d-Deutsches Patent- und Markenamt (Uffiċċju Ġermaniż għall-privattivi u t-trade marks, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, l-oħra bejn Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Securvita<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Öko-Invest<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar ir-reġistrazzjoni, bħala trade marks verbali, tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Multi Markets Fund MMF<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, f’dak li jikkonċerna l-ewwel waħda minn dawn il-proċeduri, u tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>NAI — Der Natur-Aktien-Index<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> f’dak li jikkonċerna t-tieni waħda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Raġunijiet għal rifjut jew nullità [invalidità]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Is-segwenti m’għandhomx jiġu reġistrati jew, jekk jiġu reġistrati, għandhom ikunu suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta’ produzzjoni tal-merkanzija jew ta’ l-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz;</TXT><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 2 tal-Artikolu 8(2) tal-liġi dwar il-protezzjoni tat-trade marks u sinjali distintivi oħra (Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen), tal-<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 3082, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>MarkenG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għandha tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni ta’ trade marks</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li huma nieqsa minn karattru distintiv għal prodotti jew servizzi kkonċernati;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, il-kwalità, il-kwantità, id-destinazzjoni, il-valur, l-oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-prodott jew tal-provvista tas-servizz jew karatteristiċi oħra ta’ dawn tal-aħħar […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-90/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Multi Markets Fund MMF<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> saret fl-2008 minn A. Strigl ġewwa l-Uffiċċju sabiex tkopri ċerti servizzi fil-klassi 36 skont il-Ftehim ta’ Nice, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, kif rivedut u emendat, u li d-deskrizzjoni tiegħu hija s-segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>assigurazzjoni (konsultazzjoni, bejgħ u senseriji fl-assigurazzjoni); konsultazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni; kwistjonijiet finanzjarji (servizzi ta’ korpi bankarji u finanzjarji, konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju, investimenti kapitali, tranżazzjonijiet fiduċjarji, kwistjonijiet monetarji); kwistjonijiet relatati ma’ propjetà immobbli (amministrazzjoni ta’ propjetà immobbli u ta’ propjetajiet, aġenziji ta’ propjetà); konsultazzjoni fil-qasam finanzjarju u ġestjoni ta’ partimonju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tat-23 ta’ Mejju u tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, l-Uffiċċju ċaħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni abbażi tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 8(2) tal-MarkenG.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għaqda ta’ kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Multi Markets Fund<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, l-Uffiċċju kkunsidra li din kienet tkopri fondi li jinvestu f’diversi suq finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna s-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>MMF<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Uffiċċju qies b’mod partikolari li kien possibbli li l-pubbliku, fl-ipoteżi li ma jkunx jaf it-tifsira ta’ din is-sekwenza, jifhem din tal-aħħar bħala taqsira evidenti tat-tliet elementi verbali tas-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Multi Markets Fund<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, peress li l-imsemmija taqsira ssegwi direttament dawn it-tliet elementi filwaqt li tieħu l-inizjali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Filwaqt li jiġi rikonoxxut li huwa possibbli li jingħataw diversi sensi lis-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>MMF<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> meta din tiġi kkunsidrata b’mod iżolat, l-Uffiċċju madankollu kkonkluda li l-għażla tonqos b’mod manifest meta wieħed jieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-elementi l-oħra tat-trade mark li għaliha tkun saret l-applikazzjoni u s-servizzi relatati.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>A. Strigl ippreżenta rikors quddiem il-Bundespatentgericht (qorti federali tal-brevetti) kontra din id-deċiżjoni. Skont dan, it-trade mark mitluba għandha diversi sinjifikati fil-qasam finanzjarju u ma tistabbilixxi l-ebda rabta speċifika ma’ servizz finanzjarju partikolari. Fil-fatt, l-element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>MMF<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jista’ jikkorrispondi għal serje ta’ taqsiriet, u huwa biżżejjed sabiex titwarrab it-teżi li tgħid li din l-espressjoni tista’ tintuża b’mod deskrittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F ’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundespatentgericht iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-[Direttiva] għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-91/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>It-trade mark verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>NAI — Der Natur-Aktien-Index<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ġiet irreġistrata fil-<DATE ISO="20010625">25 ta’ Ġunju 2001</DATE> fi ħdan id-Deutsche Patent- und Markenamt f’isem Securvita għas-servizzi fil-klassi 36 tal-Ftehim ta’ Nice.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Öko-Invest talbet l-annullament ta’ din it-trade mark filwaqt li sostniet li s-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> hija użata fil-qasam finanzjarju bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Natur-Aktien-Index<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Skont din, din l-għaqda ta’ kliem, li tinsab wara s-sekwenza ta’ ittri, tikkostitwixxi indikazzjoni deskrittiva. Is-sekwenza ta’ ittri, ikkunsidrata bħala sempliċi taqsira tal-għaqda ta’ kliem, tista’, hi wkoll, tiġi kkunsidrata bħala deskrittiva. Skont Öko-Invest, il-pubbliku relevanti jifhem li din l-indikazzjoni tiddeskrivi s-servizzi koperti mit-trade mark irreġistrata, peress li dawn tal-aħħar huma relatati ma’ indiċi li jinkludi l-azzjonijiet ta’ impriżi ta’ natura ekoloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080528">28 ta’ Mejju 2008</DATE>, id-Deutsche Patent- und Markenamt laqa’ t-talba għall-invalidità tal-imsemmija trade mark. Insostenn ta’ din id-deċiżjoni, huwa ddikkjara li r-raġuni ta’ invalidità stabbilita fil-punt 1 tal-Artikolu 8(2) tal-MarkenG tipprekludi r-reġistrazzjoni tat-trade mark, peress li din, meħuda fit-totalità tagħha, hija sempliċi kombinazzjoni ta’ indikazzjonijiet purament deskrittivi preċeduti minn abbrevjazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Uffiċċju, is-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li tinsab qabel l-għaqda ta’ kliem hija taqsira li l-pubbliku jipperċepixxi bħala tali. Dan jirriżulta, minn naħa, mill-konkordanza tal-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem mas-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u, min-naħa l-oħra, tas-sing li jinsab wara l-imsemmija sekwenza, li jkompli jsaħħaħ l-idea ta’ taqsira.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Securvita ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bundespatentgericht, fejn sostniet li l-ebda raġuni ta’ invalidità ma tipprekludi t-trade mark irreġistrata.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundespatentgericht issospendiet il-proċeduri quddiemha u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-[Direttiva] għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, iż-żewġ kawżi ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura u tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li r-raġunijiet għal rifjut jew invalidità stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva huma identiċi għar-raġunijiet ta’ rifjut imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 353), il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-imsemmija regolamenti, hija applikabbli għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva li hija s-suġġett tal-kawżi prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju evokat — jew b’mod kumulattiv, jew b’mod alternattiv — iż-żewġ raġunijiet ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità li jinsabu fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva, għandu jitfakkar, qabel xejn, li għalkemm, ċertament, kull waħda minn dawn ir-raġunijiet ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, hija indipendenti mill-oħrajn u teħtieġ eżami separat, teżisti madankollu koinċidenza evidenti tal-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-imsemmija dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, KPN Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/99" PAGE.ECR="I-1619" YEAR="2004">C-363/99, Ġabra p. I-1619</REF.DOC.ECR>, punt 85).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li sinjal għandu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark, karattru deskrittiv, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva, huwa, minħabba f’hekk, neċessarjament nieqes minn karattru distintiv fir-rigward ta’ dawn l-istess prodotti jew servizzi, fis-sens tal-imsemmi paragrafu 1(b) tal-imsemmija direttiva (ara s-sentenzi KPN Nederland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 86, u tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/10 P" PAGE.ECR="I-1541" YEAR="2011">C-51/10 P Ġabra, p. I-1541</REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija raġunijiet għal rifjut għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull waħda minnhom. L-interess ġenerali meħud inkunsiderazzjoni waqt l-eżami ta’ kull waħda minn dawn ir-raġunijiet jista’, anzi għandu, jirrifletti kunsiderazzjonijiet differenti, skont ir-raġuni għal rifjut inkwistjoni (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20040829">29 ta’ Awwissu 2004</DATE>, Henkel vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/01 P+C-457/01 P" PAGE.ECR="I-5089" YEAR="2004">C-456/01 P u C-457/01 P, Ġabra p. I-5089</REF.DOC.ECR>, punti 45 u 46, kif ukoll tas-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, SAT.1 vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-329/02 P" PAGE.ECR="I-8317" YEAR="2004">C-329/02 P, Ġabra p. I-8317</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-espressjonijiet verbali magħmula minn kombinazzjoni ta’ elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li eventwali karattru deskrittiv jista’ jiġi eżaminat, parzjalment, għal kull wieħed minn dawn l-elementi, meħuda separatament, iżda għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi kkonstatat ukoll għat-totalità li jikkomponu (ara d-digriet tas-<DATE ISO="20090206">6 ta’ Frar 2009</DATE>, MPDV Mikrolab vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/08 P" PAGE.ECR="I-16" YEAR="2009">C-17/08 P, Ġabra p. I-16</REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għaqdiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ kliem inkwistjoni fil-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna ż-żewġ għaqdiet ta’ kliem prinċipali li jinsabu fit-trade marks inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Multi Markets Fund<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Der Natur-Aktien-Index<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-qorti tar-rinviju tindika li dawn jindikaw, minn naħa, fond attiv f’diversi swieq finanzjarji u, min-naħa l-oħra, indiċi fil-borża li jiġbor l-azzjonijiet ta’ kumpannija ta’ natura ekoloġika.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti nazzjonali, dawn l-għaqdiet ta’ kliem, bħala tali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jiddeskrivu karatteristiċi tas-servizzi finanzjarji offruti, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva, peress li dawn jinkludu, fil-kummerċ, tip ta’ servizzi kif ukoll ċerti karatteristiċi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sekwenzi ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ittri inkwistjoni fil-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna s-sekwenzi ta’ ittri inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti nazzjonali tikkunsidra li, meħuda waħedhom, is-sinjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>MMF<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma għandhomx karattru deskrittiv skont l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmija sekwenzi, bħala tali, ma humiex suxxettibbli li jindikaw xi karatteristika tas-servizzi kkonċernati fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tad-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-trade marks li għalihom saret applikazzjoni evalwati fit-totalità tagħhom</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju trid issir taf jekk ir-raġunijiet għal rifjut previsti fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-Direttiva, japplikawx għal trade mark verbali komposta mit-tqegħid ħdejn xulxin ta’ għaqda ta’ kliem deskrittiv u minn sekwenza ta’ ittri mhux deskrittiva li tinkludi l-ittri inizjali tal-kliem li jikkomponu l-imsemmija għaqda ta’ kliem.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, permezz tal-Artikolu 3(1)(b) tagħha, id-Direttiva hija intiża li tipprekludi r-raġistrazzjoni tat-trade marks li ma għandhomx karattru distintiv, li waħdu, jrendihom kapaċi jissodisfaw il-funzjoni essenzjali tat-trade mark, li hija li tiggarantixxi lill-konsumatur jew lill-utent finali l-identità ta’ oriġini tal-prodott jew tas-servizz kopert mit-trade mark, billi tippermettilu jiddistingwi mingħajr probabbiltà ta’ konfużjoni dan il-prodott jew dan is-servizz minn dawk li għandhom oriġini oħra (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20020618">18 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Philips, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-299/99" PAGE.ECR="I-5475" YEAR="2002">C-299/99, Ġabra p. I-5475</REF.DOC.ECR>, punt 30, u SAT.1 vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva, l-interess ġenerali li hija msejsa fuqu din id-dispożizzjoni jikkonsisti f’li jiġi żgurat li s-sinjali deskrittivi ta’ karatteristika waħda jew iktar tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark ikunu jistgħu jiġu użati liberament mill-operaturi ekonomiċi kollha li joffru tali prodotti jew servizzi (ara s-sentenza Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, f’kull wieħed minn dawn il-każijiet, it-tliet ittri kapitali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri, rispettivament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>MMF<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jirrappreżentaw l-inizjali tal-għaqdiet ta’ kliem li huma marbuta magħhom. Għalhekk, l-għaqda ta’ kliem u s-sekwenza ta’ ittri, f’kull każ inkwistjoni, huma intiżi sabiex jispjegaw lil xulxin u sabiex jenfasizzaw ir-rabta li teżisti bejniethom. Kull sekwenza ta’ ittri għalhekk hija maħsuba sabiex issostni l-perċezzjoni mill-pubbliku tal-għaqda ta’ kliem, billi jiġi ssemplifikat l-użu u l-memorizzazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt li s-sekwenza ta’ ittri tippreċedi jew issegwi l-għaqda ta’ kliem ma għandu l-ebda importanza.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>NAI — Der Natur-Aktien-Index<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, huwa importanti wkoll li jiġi osservat li s-sekwenza ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> hija segwita minn sing li jorbotha mal-għaqda ta’ kliem. Dan is-sing huwa tali, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, li jsaħħaħ l-impressjoni ġenerali li din hija sempliċi taqsira tal-għaqda ta’ kliem li tiġi wara. Barra minn hekk, u kif tirreleva l-qorti nazzjonali, din l-evalwazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li l-għaqda ta’ ittri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>NAI<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ma tinkludix l-ewwel ittra tal-artiklu definit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Der<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li jinsab fl-għaqda ta’ kliem sussegwenti, sa fejn l-artiklu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Der<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jikkostitwixxi element aċċessorju meta mqabbel man-nomi li huma meħudin minnhom l-ewwel ittri fis-sekwenza ta’ ittri inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda element ieħor ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li t-tqegħid ħdejn xulxin tal-għaqda ta’ kliem u tas-sekwenza ta’ ittri ma huwiex normali jew għandu tifsira għalih tali li tiddistingwi, fil-perċezzjoni tal-pubbliku relevanti, is-servizzi kkonċernati minn dawk li għandhom oriġini kummerċjali oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Eurohypo vs UASI, iċċitata iktar ’il fuq, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kuntrarjament, is-sempliċi fatt li jinġabru flimkien sekwenza ta’ ittri bħala taqsira u għaqda ta’ kliem, mingħajr ma jsir bdil mhux normali, huwa suxxettibbli li jwassal għal espressjoni verbali komposta esklużivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw karatteristiċi tas-servizzi inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, KPN Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-363/99" PAGE.ECR="I-1619" YEAR="2004">C-363/99, Ġabra p. I-1619</REF.DOC.ECR>, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk, kif tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, is-sekwenzi ta’ ittri inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma pperċepiti mill-pubbliku relevanti bħala taqsiriet tal-għaqdiet ta’ kliem li huma mqiegħda ħdejhom, l-imsemmija sekwenzi ma jistgħux imorru lil hinn mis-somma tal-elementi kollha tat-trade mark meħuda fit-totalità tagħha, u dan anki meta dawn jistgħu jiġu kkunsidrati li għandhom, fihom infushom, karattru distintiv.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Kuntrarjament, kif ippreċiża l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sekwenza ta’ ittri li tieħu l-ewwel ittra tal-kliem li jikkomponu l-għaqda ta’ kliem għandha biss, meta mqabbla ma’ din, pożizzjoni aċċessorja. Kif tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, kull sekwenza ta’ ittri kkonċernata, filwaqt li għandha karattru mhux deskrittiv meta tittieħed waħidha, hija suxxettibbli li jkollha karattru deskrittiv minħabba l-kombinazzjoni tagħha, fi ħdan it-trade mark inkwistjoni, b’espressjoni prinċipali, li hija stess hija deskrittiva bħala tali, fejn hija pperċepita bħala t-taqsira.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li jekk il-pubbliku relevanti jipperċepixxi t-trade marks inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikkunsidrati fit-totalità tagħhom, bħala li jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-servizzi finanzjarji li jkopru, dawn għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala deskrittivi, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva, u, għaldaqstant, bħala li huma neċessarjament nieqsa minn karattru distintiv għas-servizzi kkonċernati, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza KPN Nederland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 86).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal trade mark verbali komposta mit-tqegħid ħdejn xulxin ta’ għaqda ta’ kliem deskrittiv u minn sekwenza ta’ ittri mhux deskrittiva fiha nfisha, jekk din is-sekwenza, minħabba li hija magħmula mill-ewwel ittra ta’ din l-għaqda ta’ kliem, hija pperċepita mill-pubbliku bħala taqsira tal-imsemmija għaqda ta’ kliem u li t-trade mark inkwistjoni, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, tista’ għalhekk tiġi mifhuma bħala kombinazzjoni ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li, għaldaqstant, hija nieqsa minn karattru distintiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal trade mark verbali komposta mit-tqegħid ħdejn xulxin ta’ għaqda ta’ kliem deskrittiv u minn sekwenza ta’ ittri mhux deskrittiva fiha nfisha, jekk din is-sekwenza, minħabba li hija magħmula mill-ewwel ittra ta’ din l-għaqda ta’ kliem, hija pperċepita mill-pubbliku bħala taqsira tal-imsemmija għaqda ta’ kliem u li t-trade mark inkwistjoni, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, tista’ għalhekk tiġi mifhuma bħala kombinazzjoni ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li, għaldaqstant, hija nieqsa minn karattru distintiv.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>