02017R0086 — MT — 01.01.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/86

tal-20 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran

(ĠU L 014 18.1.2017, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/153 tat-23 ta' Ottubru 2017

  L 29

1

1.2.2018




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/86

tal-20 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran



L-Artikolu 1

L-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art

L-obbligu tal-ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fil-Baħar Mediterran għas-sajd kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-obbligu tal-ħatt l-art għandu japplika għall-ispeċijiet imsemmija f'dak l-Anness meta jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'ilmijiet barra dawk tal-Unjoni li mhumiex suġġetti għas-sovranità jew għall-ġurisdizzjoni ta' xi pajjiż terz.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran fl-Ilvant tal-linja 5°36′ tal-Punent;

(b) “is-Sottożoni Ġeografiċi tal-GFCM” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) kif inhuma ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(c)  ►M1  “il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2, u 12; ◄

(d) “il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM;

(e) “ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 15, 16, 19, 20, 22, 23 u 25 tal-GFCM.

L-Artikolu 3

L-eżenzjoni tas-sopravvivenza

1.   ►M1  L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li dwarhom l-evidenza xjentifika turi li għandhom rati għoljin ta' sopravivenza, fl-2018 għandha tapplika għall:

(a) lingwati komuni (Solea solea) li jinqabdu bir-rapido (xibka tat-tkarkir bi travu), (TBB) ( 2 ) fil-GSA 17 u 18;

(b) pellegrini (Pecten jacobeus) li jinqabdu bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar tal-Mediterran;

(c) vongole (Venerupis spp.) li jinqabdu bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar tal-Mediterran;

(d) gandoffli ta' venere (Venus spp.) li jinqabdu bil-gangmi mekkanizzati (HMD) fil-Punent tal-Baħar tal-Mediterran;

(e) Skampi (Nephrops norvegicus) maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX) fil-Punent tal-Baħar Mediterran. ◄

2.   ►M1  Il-lingwati komuni (Solea solea), il-pellegrini (Pecten jacobeus), il-vongole (Venerupis spp.) u l-gandoffli ta' venere (Venus spp.) u l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabdu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħelsu minnufih fiż-żona fejn ikunu nqabdu. ◄

3.   ►M1  Sal-1 ta' Mejju 2018, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Mediterran lill-Kummissjoni għandhom jippreżentawlha dejta dwar l-iskartar addizzjonali barra dik prevista fir-Rakkomandazzjonijiet Konġunti tat-2 u tat-28 ta' Ġunju kif ukoll tas-6 ta' Lulju 2017, u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li ssostni l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Għall-iskampu (Nephrops norvegicus), l-Istati Membri għandhom jissottomettu dejta li tkun tipprovdi prova addizzjonali għar-rati ta' sopravivenza fix-xhur tas-sajf. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-sajd (STECF) għandu jevalwa dik id-dejta u dik l-informazzjoni sa mhux aktar tard minn Lulju 2018. ◄

L-Artikolu 4

L-eżenzjoni de minimis

B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati skont l-Artikolu 15(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 il-kwantitajiet mill-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd kif stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament:

(a) fil-Punent tal-Baħar Mediterran (il-punt 1 tal-Anness):

▼M1

(i) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u fl-2018 u sa massimu ta' 6 % fl-2019, tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir; kif ukoll

(ii) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw l-għeżula;

(b) fil-Baħar Adrijatiku (il-punt 2 tal-Anness):

(i) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u t-trilja tal-ħama (Mullus spp.), sa 7 % fl-2017 u fl-2018 u sa 6 % fl-2019, tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir;

(ii) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trilja tal-ħama (Mullus spp.), sa 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tal-garġi mqabbda;

(iii) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trilja tal-ħama (Mullus spp.), sa 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu;

(iv) għal-lingwata komuni (Solea solea), sa 3 % fl-2017 u fl-2018 u sa 2 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir; u

(v) għal-lingwata komuni (Solea solea), 0 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tal-garġi mqabbda;

(c) fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran (il-punt 3 tal-Anness):

(i) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u t-trilja tal-ħama (Mullus spp.), sa 7 % fl-2017 u fl-2018 u sa 6 % fl-2019, tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir;

(ii) għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trilja tal-ħama (Mullus spp.), sa 1 % tal-qabdiet annwali totali ta' dawn l-ispeċijiet minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tal-garġi mqabbda; u

(iii) għall-gamblu roża tal-mediterran (Parapenaeus longirostris), sa 7 % fl-2017 u fl-2018 u sa 6 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir.

L-Artikolu 5

Il-lista tal-bastimenti

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stipulati fl-Anness, liema bastimenti jkunu suġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art għal kull attività ta' sajd partikolari.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tas-sit web ta' kontroll tal-Unjoni, il-listi tal-bastimenti kollha li jistadu għall-merluzz, għat-trilja tal-ħama, għal-lingwata komuni u għall-gamblu roża tal-mediterran. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati.

L-Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

▼M1

1.    Il-Punent tal-Baħar Mediterran



Tip ta' sajd

Irkaptu tas-sajd

L-obbligu ta' ħatt l-art

Merluzz

(Merluccius merluccius) (1)

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

(OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX)

Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u l-2016 kien jikkonsisti f'iktar minn 25 % ta' merluzz, il-qabdiet kollha tal-merluzz għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art.

Il-konzijiet kollha

(LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM)

Il-pariti u l-għeżula kollha

(GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN)

Trill (Mullus spp)

Kodiċijiet tal-FAO MUT, MUR, MUX (1)

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

(OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX)

Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u l-2016 kien jikkonsisti f'iktar minn 25 % ta' trill, il-qabdiet kollha tat-trill għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art.

Il-konzijiet kollha

(LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM)

Il-pariti u l-għeżula kollha

(GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN)

Pellegrini (Pecten jacobeus), vongole (Venerupis spp.), gandoffli ta' Venere (Venus spp.)

Il-gangmi mekkanizzati kollha

HMD

 

Skampi (Nephrops norvegicus)

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Il-qabdiet kollha tal-iskampi huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art.

(1)   Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd skont dan ir-Regolament għandhom jibqgħu fuq il-lista minkejja l-emendi għal dan ir-Regolament permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2018/153 u għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art f'dan it-tip ta' sajd.

▼B

2.    Il-Baħar Adrijatiku



Sajd

Irkaptu tas-sajd

L-obbligu ta' ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius), Trilja tal-ħama (Mullus barbatus), Lingwata komuni (Solea solea)

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

(OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX, TBB)

Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u l-2015 jikkonsisti minn iktar minn 25 % ta' Merluzz, jew Trilja tal-ħama jew Lingwata komuni, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika għall-Merluzz, jew għat-Trilja tal-ħama jew għal-Lingwata komuni jew kollha f'daqqa.

Ix-xbieki tal-garġi mqabbda fil-qiegħ u l-pariti kollha

(GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN)

3.    Ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran



Sajd

Irkaptu tas-sajd

L-obbligu ta' ħatt l-art

Merluzz (Merluccius merluccius), Trilja tal-ħama (Mullus barbatus), Gamblu abjad (Parapenaeus longirostris)

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

(OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX)

Fejn it-total ta' ħatt l-art għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2014 u l-2015 jikkonsisti minn iktar minn 25 % ta' Merluzz, jew Trilja tal-ħama, jew Gamblu Abjad, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika għall-Merluzz, jew għat-Trilja tal-ħama, jew għall-Gamblu Abjad, jew kollha f'daqqa.

Ix-xbieki tal-garġi mqabbda fil-qiegħ u l-pariti kollha

(GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN)



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

( 2 ) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament jirreferu għall-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 122, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.