31996R0904



Official Journal L 122 , 22/05/1996 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 904/96

tal-21 ta’ Mejju 1996

li jikkorreġi, għat-tieni darba, ir-Regolament (KE) Nru 1802/95 li jemenda r-Regolamenti li ffissaw, qabel l-1 ta’ Frar 1995, ċerti prezzijiet u ammonti fis-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib li l-valur tagħhom f’ecu kien adattat bħala riżultat ta’ l-abolizzjoni tal-fattur korrettiv għar-rati agrikoli ta’ konverżjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2931/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5c (7) tiegħu,

Billi għandu jiġi korrett żball mhux apposta fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1802/95 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/95 [4];

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1802/95 il-linja li ġejja hija mdaħħla wara r-Regolament (KEE) Nru 1547/87 u qabel ir-Regolament (KEE) Nru No 570/88:

"(ECU) |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

Regolament | Riferenzi | L-Ammont ta' qabel il-qalba | L-ammont il-ġdid mingħajril-qalba. | L-ammont il-ġdid applikabbli mill-fl-1 ta' Settembru 1995 |

(KEE) Nru 1589/87 | Artikolu 4(1) | 40 | 48,30 | 48" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 10.

[3] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

[4] ĠU L 280, tat-23.11.1995, p. 24.

--------------------------------------------------