|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 272/2014
tat-12 ta' Diċembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2139]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2014 tas-26 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta’ skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi etossisulfuron, ossadiarġil u warfarin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13aa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 R 0186: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2014 tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 22).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 186/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 204/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 57, 27.2.2014, p. 22.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.