|
21.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1067
tat-13 ta’ Lulju 2020
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1864 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-9 ta’ Diċembru 2019, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna esklużivament il-politika kummerċjali tal-Unjoni u timplimenta ftehim wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, dritt tal-Unjoni skont il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fil-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Approvazzjoni tas-17 ta’ Ġunju 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1864 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 1).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.