|
25.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/853
tal-24 ta’ April 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna waħda elenkata fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 titneħħa minn dak l-Anness. Jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda inkluża fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
ANNESS
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 10 (li tikkonċerna lil Rostam QASEMI) fil-lista bl-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana (IRGC)”, taħt is-subintestatura “A. Persuni” titħassar; |
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma’ missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|